31991R3411



Official Journal L 321 , 23/11/1991 P. 0023 - 0023
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0100
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0100


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3411/91

tal-21 ta'Novembru 1991

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 964/91 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1991 fuq in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u fuq it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2242/91 [2], u partikolarment Artikolu 9 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 964/91 [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2293/91 [4], li kklassifika, fost ħwejjeġ oħra, ċertu faqqiegħ fil-kodiċi NM 20031010, hu applikabbli f'dan ir-rigward mill-1 ta' Novembru 1991; billi jidher mixtieq, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-politika kummerċjali komuni, li tkun postposta għall-perjodu ieħor din id-data li diġa kienet postposta darba oħra; billi huwa xieraq li jkun emendat ir-Regolament (KEE) Nru 964/91 kif xieraq;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-data ta' l-1 ta' November 1991 li tidher f'Artikolu 2, paragrafu tnejn, tar-Regolament (KEE) Nru 964/91 għandha tiġi sostitwita bl-1 ta' Mejju 1992.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Huwa applikabbli mill-1 ta' Novembru 1991.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussell, fil-21 ta' Novembru 1991.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 204, tas-27.7.1991, p. 21.

[3] ĠU L 100, ta' l-20.4.1991, p. 14

[4] ĠU L 209, tal-31.7.1991, p. 22.

--------------------------------------------------