31991R3402



Official Journal L 321 , 23/11/1991 P. 0001 - 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3402/91

tad-19 ta' Novembru 1991

li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u r-Regolamenti dwar it-Tariffa Doganali Komuni u r-Regolament (KEE) Nru 2915/79 illi jistabilixxi l-gruppi ta' prodotti u d-dispożizzjonijiet speċjali għall-kalkolu tal-imposti fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Il-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mogħod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 16309/91 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi d-distinzjoni bejn ġobnijiet friski illi huma skond il-kodiċi CN 0406 dwar skond jekk humiex fermentati jew le toħloq problemi ta' sorveljanza; billi l-Kunsill Għall Koperazjoni Doganali irrakomanda illi l-ġobnijiet friski kollha jiġu raggruppati fil-kodiċi CN 040610; billi, għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 2915/79 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3116/90 [4], għandu jiġi emendat u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2658/87 [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2587/91 [6], għandu jiġi addattat kif xieraq; billi għandha tiġi użata anke l-opportunità illi tiġi reveduta il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

In-Nomenklatura kombinata annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 qed tiġi hawn emendata skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 2915/79 qed jiġi hawn emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

- L-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"1. jekk tkun skond il-kodiċi CN 04061020 u 04069093, għas-somma tal-komponenti illi ġejjin:"

- L-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 għandha tiġi mibdulha b'dan li ġej:

"2. jekk tkun skond il-kodiċi CN 04061020 u 04069093, għas-somma tal-komponenti illi ġejjin:"

2. Fl-Anness, il-gruppi ta' prodotti fi' grupp 11 għandhom jiġu mibdula mill-gruppi li ġejjin:

Numru ta' gruppi | Gruppi ta' prodotti skond in-nomenklatura ikkombinata | Prodott Ewlieni għall-kull grupp ta' prodotti |

"11 | 04061004063004069023040690250406902704069029040690310406903304069035040690370406903904069050040690730406907504069077040690790406908104069085040690890406909304069099 | Ġobon sħiħ, illi jkun immatura għal sitta sa fil- tmien ġimgħat, b'kontenut ta' xaħam ta' 45 % piż fil-parti xotta, u mingħajr imballaġġ" |

|

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1992.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fid-19 ta' Novembru 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Bukman

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] ĠU L 150, tal-15.6.1991, p. 19.

[3] ĠU L 329, ta' l-24.12.1979, p. 1.

[4] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 1.

[5] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[6] ĠU L 259, tas-16.9.1991, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni tar-Rata tal-Kodiċi | CN ta' taxxa | ta' qasam Supplimanetarju | Supplementari |

awtonomu (%) jew imposta (AGR) | Konvenzjonali (%) |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 |

0406 | Ġobon u curd: | | | |

040610 | — ġobon frisk (mhux misjur jew trattat bil-ħwawar u bil-melħ), inkluż il-ġobon tal-whey, u curd | | | |

04061020 | — — ta' kontenut ta' xaħam, bil-piż, illi ma jeċċdix l-40 % | 23 (AGR) | — | — |

04061080 | — — oħra | 23 (AGR) | — | — |

sa | mhux mibdul | | | |

— — — — ieħor: | | | |

— — — — — ta' kontenut ta' xaħam, bil-piż, illi ma jeċċedix l-40 % u kontenut ta' ilma, bil-piż, fil-parti mhux ta' xaħam: | | | |

— — — — — — illi ma jeċċedix l-47 %: | | | |

04069061 | — — — — — — — Grana padano, Parmigiano Reggiano | 23 (AGR) | — | — |

04069063 | — — — — — — — Fiore sardo, Pecorino | 23 (AGR) | — | — |

04069069 | — — — — — — — oħrajn | 23 (AGR) | — | — |

— — — — — — illi jeċċedu 47 % imma li ma' jeċċedux it-72 %: | | | |

04069073 | — — — — — — — Provolone | 23 (AGR) | — | — |

04069075 | — — — — — — — Asiago, Caciocavallo, Montasio, Ragusano | 23 (AGR) | — | — |

04069077 | — — — — — — — Danbo, Fontal, Fontina, Fynbo, Gouda, Havarti, Maribo, Samsoe | 23 (AGR) | — | — |

04069079 | — — — — — — — Esrom, Italico, Kernhem, Saint-Nectaire, Saint-Paulin, Taleggio | 23 (AGR) | — | — |

04069081 | — — — — — — — Cantal, Cheshire, Wensleydale, Lancashire, Double Gloucester, Blarney, Colby, Monterey | 23 (AGR) | — | — |

04069085 | — — — — — — — Kefalograviera, Kasseri | 23 (AGR) | — | — |

04069089 | — — — — — — — oħra | 23 (AGR) | — | — |

04069093 | — — — — — — illi jeċċedu it-72 % | 23 (AGR) | — | — |

04069099 | — — — — — oħra | 23 (AGR) | — | — |

--------------------------------------------------