Official Journal L 319 , 21/11/1991 P. 0040 - 0045
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0164
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0164
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3378/91 ta’ l-20 ta’ Novembru 1991 li jistipula Regolamenti dettaljati għall-bejgħ ta’ butir minn ħażniet ta’ intervent għall-esportazzjoni u li jemenda r-Regolament Nru 569/88 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1630/91 [2], b’mod partikolari l-Artikoli 6(7) u 28 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1678/85 tal-11 ta’ Ġunju 1985 dwar ir-rati tal-kambju li għandhom jiġu applikati għall-fini ta’ l-agrikoltura [3], kif emendat bir-Regolament(KEE) Nru 1640/91 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu, Billi l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 985/68 tal-15 Lulju 1968 li jistipula regoli ġenerali għall-intervent fis-suq tal-butir u l-krema [5], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2045/91 [6], jagħmel provvediment li jistgħu jsiru kondizzjonijiet speċjali meta l-butir jiġi mibjugħ barra l-pajjiż biex jittieħed kont tal-bżonnijiet speċjali għall-bejgħ ta’ dan it-tip u biex jiġi żgurat li l-prodott ma jiġix żvijat mid-destinazzjoni tiegħu; Billi l-kwantitajiet ta’ butir li hemm bħalissa f’ħażna pubblika huma tant li sforz kbir għandu jsir biex jintużaw opportunitajiet biex il-butir jiġi mibjugħ f’suq ta’ ċerti terzi pajjiżi mingħajr bl-ebda mod ma jindaħal fis-suq dinji; Billi, allura, il-kwantitajiet ta’ butir f’ħażniet pubbliċi għandhom isiru disponibbli lil operaturi u b’hekk isiru stediniet għall-appalti b’mod organizzat, inter alia, biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet minimi ta’ bejgħ biex l-ftehim internazzjonali tal-Komunità jiġu milħuqa; billi għandhom ukoll jittieħdu miżuri biex jiġi assigurat li butir li jinbiegħ skond dan ir-Regolament, ma jiġix irrilaxxjat fil-Komunità; Billi, sabiex jiżdied l-iskop tal-bejgħ f’ċerti swieq internazzjonali, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex il-butir jiġi esportat jew fl-istat li jkun jew wara li jiġi pproċessat; Billi l-operaturi jkunu jistgħu jixtru l-butir inkwistjoni minn kull parti tal-Komunità; billi jittieħdu passi, allura, biex isir aġġustament fl-ammonti ta’ flus li jingħataw bħala kumpens, f’relazzjoni mal-livell ta’ prezzijiet li bih jiġi mibjugħ il-butir mill-intervent; Billi, biex ikun assigurat li l-butir ma jiġix żvijat mid-destinazzjoni maħsuba, sistema ta’ kontroll għandhom jiġi applikati minn meta l-butir jitneħħa mill-ħażniet sakemm jasal fid-destinazzjoni fil-pajjiż terz ikkonċernat; billi għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandu jkun magħmul ċar li d-disposizzjonijet imsemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 569/88 tas-16 Frar 1988 li jistabbilixxi regolamenti komuni dettaljati sabiex jiġi vverifikat l-użu u/jew id-destinazzjoni tal-prodotti mill-intervent [7], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3278/91 [8], japplika; billi, barra minn dan, in vista tan-natura speċifika tat-transazzjoni, kondizzjonijiet addizzjonali għandhom isiru; Billi il-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-president tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Skond il-kondizzjonijiet imqiegħda f’dan ir-Regolament għandu jsir il-bejgħ ta’ butir li nxtara konformi ma’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KEE) Nru 804/68, li daħal fil-maħżen qabel l-1 ta’ Settembru 1990. 2. Butir mibjugħ skond dan ir-Regolament għandu jiġi esportat kif inhu jew wara li jiġi pproċessat. Artikolu 2 1. Il-butir għandu jinbiegħ mill-ħażna ffriżata b’mod konformi mas-sejħa għall-appalti organizzata minn kull aġenzija ta’ intervent għall-kwantitajiet rilevanti ta’ butir li għandha. 2. L-aġenziji ta’ intervent għandhom jippreparaw avviż dwar is-sejħiet għall-appalti li fih jissemmew: (a) Il-kwantità ta’ butir li hemm għall-bejgħ; (b) Id-data ta’ l-għeluq u l-post fejn għandhom jiġu sottommessi l-offerti. 3. L-avviżi dwar is-sejħa għall-appalt għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mhux anqas minn tmint ijiem qabel ma tiskadi l-ewwel data fissa għas-sottomissjoni ta’ l-offerti. L-aġenziji ta’ intervent, jistgħu wkoll, jagħmlu notifiki f’pubblikazzjonijiet oħra. Artikolu 3 1. Fiż-żmien li s-sejħa għall-offerti tkun għadha valida, l-aġenziji ta’ intervent għandhom jorganizzaw sejħiet għall-offerti speċjali. Kull wieħed minn dawn ta’ l-aħħar għandu jkopri l-butir kollu li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 1 li jibqa disponibbli. 2. Id-data ta’ l-għeluq għas-sommissjoni ta’ l-offerti għal kull sejħa speċjali għandha tittieħed f’nofsinhar tat-tieni u r-raba’ nhar ta’ Tlieta ta’ kull xahar. Billi, ħlief għar-raba’ nhar ta’ Tlieta f’Diċembru, in-nhar ta’ Tlieta hija festa pubblika, iż-żmien għandu jiżdied sa nofsinhar ta’ l-ewwel ġurnata ta’ xogħol sussegwenti. Artikolu 4 1. L-aġenziji ta’ intervent għandhom iżommu aġġornati u jagħmlu disponibbli lil partijiet interessati fuq it-talba tagħhom, lista tad-depożiti ta’ friża li fihom jinħażen il-butir li hu għall-bejgħ kif ukoll lista tal-kwantitajiet korrispondenti. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom ukoll jippubblikaw din il-lista aġġornata regolarment b’mod xieraq li għandhom jispeċifikaw fl-avviżi ta’ sejħiet għall-offerta kif imsemmija fl-Artikolu 2. 2. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jgħinu lill-partijiet interessati biex, a spejjeż tagħhom, jeżaminaw kampjuni tal-butir offrut għal bejgħ qabel jissottomettu l-offerti tagħhom. Artikolu 5 1. Partijiet interessati għandhom jipparteċipaw f’sejħiet speċjali għall-offerta jew billi jagħmlu l-offerti tagħhom bil-miktub ma’ l-aġenzija ta’ intervent u jingħataw riċevuta jew billi jibagħtu ittra rreġistrata lill-aġenzija jew b’kull mezz ieħor ta’ telekommunikazzjoni bil-miktub. 2. L-offerta għandha ssemmi: (a) l-isem u l-indirizz ta’ min qed jagħmel l-offerta; (b) il-kwantità totali li jixtieq japplika għaliha; (ċ) id-destinazzjoni maħsuba tal-butir, b’dettalji tal-kwantitajiet li ser jiġu esportati mingħajr ma jkunu pproċessati u dawk li ser jiġu esportati wara li jiġu pproċessati; (d) Il-prezz offrut għal kull tunnellata ta’ butir, li jeskludi taxxi domestiċi, ex-depost ta’ friża, f’ecus; (e) id-deposti ta’ friża fejn hu miżmum il-butir. (f) Il-kwantitajiet li għalihom ġiet mitfugħa l-offerta li jinsabu fi Stati Membri oħra. 3. L-offerti għandhom ikunu validi biss jekk: (a) ikopru minimu ta’ 500 tunnellata, li jinkludu kwantitajiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn; (b) ikunu akkumpanjati minn impenn minn min qed jagħmel l-offerta li jesporta l-butir allokat lilu kif inhu fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 9(3) jew wara l-ipproċessar fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 10(5); (ċ) prova, jekk mogħtija li l-partijiet li tefgħu l-offerti, ddepożitaw il-garanzija msemmija, qabel ma tgħaddi d-data għas-sottomissjoni ta’ l-offerti, kif imsemmija fl-Artikolu 6 għas-sejħa speċjali kkonċernata. 4. L-offerti ma jistgħux jiġu rtirati wara li jiskadi ż-żmien imsemmi fl-Artikolu 3(2) għas-sottomissjoni ta’ l-offerti li jikkonċernaw is-sejħa għall-offerti kkonċernati. Artikolu 6 1. Skond dan ir-Regolament, il-manteniment ta’ l-offerti wara li jeskadi żmien stipulat għas-sottomissjoni ta’ l-offerti u l-ħlas tal-prezz fiż-żmien stipulat kif jissemma fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(1) għandu jikkostitwixxi impenji primarji li l-ħarsien tagħhom għandu jkun assigurat bil-ħlas ta’ garanzija ta’ EUR 10 għal kull tunnellata. 2. Il-garanziji għandhom isiru fl-Istat Membru fejn jingħataw l-offerti. Iżda jekk l-offerta tgħid li l-butir għandu jiġi pproċessat f’butir ikkonċentrat fi Stat Membru differenti minn dak li fih ingħatat l-offerta, il-garanzija tista’ tinżamm minn awtorità kompetenti nnominata mill-ewwel Stat Membru, li għandha tipprovdi l-prova msemmija fl-Artikolu 5(3)(ċ) lil min qed jagħmel l-offerta. F’dak il-każ, l-aġenzija ta’ l-intervent kkonċernata għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru imsemmi l-aħħar bil-fatti li jirriżultaw jekk il-garanzija għandhiex tiġi illiberata jew miżmuma. Artikolu 7 1. Għandu jiġi stabbilit prezz ta’ bejgħ minimu sew għall-butir li ser jiġi esportat kif inhu u sew għall-butir li ser jiġi esportat wara li jiġi pproċessat. Dan għandu jsir skond l-offerti li ntlaqgħu u b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68. Jekk il-prezz propost huwa inqas mill-prezz minimu, l-offerti ma jiġux milqugħa. Fejn żewġ offerti jew iżjed li jkunu qegħdin jiġu kkunsidrati jirrelataw għall-istess maħżen u joffru l-istess prezzijiet jew l-istess differenzi mill-prezz mininimu jirrelataw għal kwantità li tkun aktar mill-kwantità disponibbli, il-kwantità disponibbli għandha tiġi allokata proporzjonatament lil dawk il-kwantitajiet li għalihom tkun intefgħet l-offerta. Tista tittieħed deċiżjoni li ma ssir l-ebda allokazzjoni fis-sejħa għall-offerti. 2. Fl-istess ħin li jiġu stabbiliti l-prezzijiet minimi ta’ bejgħ, għandhom jiġu wkoll stabbiliti b’mod konformi għall-istess proċedura dawn li ġejjin: (a) l-ammont li għandu jitħallas bħala garanzija biex jiġu mħarsa l-obbligi primarji li jikkonċernaw l-esportazzjoni tal-butir kif inhu fiż-żmien prospettat kif imsemmi fl-Artikolu 9(3) jew wara li jkun ipproċessat fiż-żmien prospettat kif imsemmi fl-Artikolu 10(5); (b) Il-koeffiċjent applikabbli lill-ammonti ta’ flus kompensatorji, meta xieraq, lill-butir mibjugħ. 3. Il-prezzijiet minimi ta’ bejgħ imsemmija fil-paragrafu 1, il-prezzijiet li għandhom jitħallsu minn dawk li jieħdu l-kuntratt u l-garanziji msemmija fl-Artikolu 6 u fil-paragrafu 2 għandhom jiġu kkonvertiti fil-munita nazzjonali billi tintuża r-rata ta’ konverżjoni agrikola applikabbli dakinhar ta’ l-għeluq tas-sottomissjoni ta’ l-offerti b’risposta għas-sejħa għall-appalt speċjali kkonċernata. 4. Obbligazzjonijiet li jitqajmu fis-sejħa għall-offerti ma jistgħux jiġu ttrasferiti. 5. Il-partijiet li jitfgħu l-offerti għandhom jiġu mgħarrfa minnufih individwalment mill-aġenzija ta’ l-intervent, bir-riżultat ta’ l-offerta tagħhom. 6. L-aġenziji ta’ intervent għandhom joħorġu ordnijiet ta’ tneħħija li għandhom juru: (a) Il-kwantità li taqbel mal-garanzija li tħallset; (b) Il-maħżen ta’ friża fejn jinsab; (ċ) Id-data sa meta għandu jitneħħa. Artikolu 8 1. Il-partijiet li l-offerta tagħhom tkun aċċettata għandhom ineħħu l-butir li nbiegħ lilhom f’45 ġurnata wara d-data ta’ l-għeluq tas-sottomissjoni ta’ l-offerti taħt is-sejħa għall-appalti speċjali kkonċernati. Il-butir jista’ jittieħed f’konsenji, kull konsenja ma tistax tkun ta’ anqas minn 15-il tunnellata. Ħlief fil-każ ta’ forza maġġuri, meta l-butir ma jitneħħiex fiż-żmien stipulat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ispejjeż tal-ħażna għandhom ikunu mħallsa mix-xerrej b’effett mill-ewwel ġurnata wara l-iskadenza ta’ dak iż-żmien stipulat. 2. Ix-xerrej għandu jħallas lill-aġenzija ta’ intervent fiż-żmien stipulat imsemmi fil-paragrafu 1, qabel jitneħħa l-butir, u skond il-kwantità li jneħħi, il-prezz muri fl-offerti u għandu jħallas il-garanzija kif imsemmi fl-Artikolu 7(2). Il-garanziji għandhom jiġu mħallsa fl-Istat Membru fejn intefgħet l-offerta. Jekk, iżda, l-offerta tipprospetta li l-butir ser jiġi pproċessat f’butir ikkonċentrat fi Stat Membru differenti minn dak fejn intefgħet l-offerta, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 7(2) tista titħallas lill-awtorità kompetenti magħżula mill-ewwel Stat Membru. F’dak il-każ, l-aġenzija ta’ intervent kkonċernata għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-aħħar Stat Membru bil-fatti li jirriżultaw fil-liberalizzazzjoni jew żamma tal-garanzija. Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri, meta x-xerrej jonqos milli jagħmel il-ħlas dovut imsemmi fl-ewwel paragrafu fiż-żmien stipulat, b’żieda mat-telf tal-garanzija msemmija fl-Artikolu 6(1), il-bejgħ tal-kwantitajiet li jkun fadal għandu jiġi mħassar. Artikolu 9 1. Butir li ser jiġi esportat kif inhu għandu jitforna mill-aġenzija ta’ l-intervent f’imballaġġ li jkollu mill-inqas deskrizzjoni waħda minn dawn miktuba b’ittri viżibbli ċari u leġibbli: - Mantequilla destinada a la exportación con arreglo al Reglamento (CEE) no 3378/91; - Smør bestemt til udførsel i henhold til forordning (EØF) nr. 3378/91; - Butter zur Ausfuhr — Verordnung (EWG) Nr. 3378/91; - Βούτυρο που προορίζεται να εξαχθεί βάσει του κανονισμού (ΕΟΚ) αριθ. 3378/91· - Butir għall-esportazzjoni skond ir-Regolament (KEE) Nru 3378/91; - Beurre destiné à être exporté au titre du règlement (CEE) no 3378/91; - Burro destinato ad essere esportato nel quadro del regolamento (CEE) n. 3378/91; - Boter voor uitvoer in het kader van Verordening (EEG) nr. 3378/91; - Manteiga destinada à exportação em conformidade com o Regulamento (CEE) no 3378/91. 2. Il-butir imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi esportat fil-pakketti oriġinali tiegħu jew f’pakketti ġodda. Jekk il-butir jiġi esportat f’pakketti ġodda, il-pakketti għandu jkollhom mill-inqas wieħed mid-deskrizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 b’ittri viżibbli ċari u leġibbli miktub fuqhom. 3. L-aċċettazzjoni mis-servizz doganali tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni tal-butir imsemmi f’dan l-Artikolu għandu jsir fl-Istat Membru li fih il-butir tneħħa mill-ħażna, fi żmien 90 ġurnata mid-data ta’ l-għeluq tas-sottomissjoni ta’ offerti skond is-sejħa għall-offerti speċjali kkonċernata. Artikolu 10 1. Il-butir mibjugħ skond dan ir-Regolament jista’ jiġi esportat wara li jkun ipproċessat. 2. F’dak il-każ, l-offerta għandha: - tispeċifika l-kwantità ta’ butir mibjugħa li ser tkun ipproċessata, - tinkludi l-impenn sabiex tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti, qabel jitneħħa l-butir, bl-impriza li biha se jsir l-ipproċessar, approvat għal dan il-għan mill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom ser isir l-ipproċessar b’mod konformi ma l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 570/88 [9]. 3. Il-butir għandu jitforna mill-aġenzija ta’ l-intervent f’pakketti li jkollhom mill-inqas wieħed mid-deskrizzjonijiet li ġejjin miktubin fuqhom b’ittri viżibbli ċari u leġibbli: - Mantequilla destinada a la transformación [Reglamento (CEE) no 3378/91]; - Smør til forarbejdning [forordning (EØF) nr. 3378/91]; - Zur Verarbeitung bestimmte Butter [Verordnung (EWG) Nr. 3378/91]; - Βούτυρο που προορίζεται για μεταποίηση [Κανονισμός (ΕΟΚ) αριθ. 3378/91]; - Butir għall-ipproċessar (Regolament (KEE) Nru 3378/91); - Beurre destiné à la transformation [règlement (CEE) no 3378/91]; - Burro destinato alla trasformazione [regolamento (CEE) n. 3378/91]; - Boter voor verwerking [Verordening (EEG) nr. 3378/91]; - Manteiga destinada à transformação [Regulamento (CEE) no. 3378/91] 4. Il-kwantità totali tal-butir imsemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 hawn fuq għandu jiġi pproċessat fl-impriżi msemmija fit-tieni inċiżfit-tieni paragrafu fi prodott b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ aktar minn 99,5 % skond il-piż u għandu jipproduċi mill-inqas 100 kilogramm ta’ butir ikkonċentrat għal kull 122,1 kilogrammi ta’ butir użat. Butir ipproċessat kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi esportat wara li jiġi ppakkjat, f’pakketti li jkollhom mill-inqas wieħed mid-deskrizzjonijiet li ġejjin f’ittri viżibbli ċari u leġibbli: - Mantequilla concentrada destinada a la exportación con arreglo al Reglamento (CEE) no 3378/91; - Koncentreret smør bestemt til udførsel i henhold til forordning (EØF) nr. 3378/91; - Zur Ausfuhr bestimmtes Butterfett — Verordnung (EWG) Nr. 3378/91; - Συμπυκνωμένο βούτυρο που προορίζεται να εξαχθεί βάσει του κανονισμού (ΕΟΚ) αριθ. 3378/91; - Butir ikkonċentrat għall-esportazzjoni skond ir-Regolament (KEE) Nru 3378/91; - Beurre concentré destiné à être exporté au titre du règlement (CEE) no 3378/91; - Burro concentrato destinato all’esportazione a norma del regolamento (CEE) n. 3378/91; - Boterconcentraat voor uitvoer op grond van Verordening (EEG) nr. 3378/91; - Manteiga concentrada destinada à exportação em conformidade com o Regulamento (CEE) n.o 3378/91; 5. L-aċċettazzjoni mis-servizz doganali tad-dikjarazzjoni għall-esportazzjoni tal-butir ipproċessat skond dan l-Artikolu għandu jsir fl-Istat Membru fejn il-butir ġie pproċessat fi żmien 120 ġurnata mid-data ta’ l-għeluq għas-sottomissjoni ta’ offerti skond is-sejħa speċjali għall-offerti kkonċernata. 6. Minn meta jitneħħa l-butir sakemm il-prodott finali jiġi esportat, il-butir imsemmi fl-Artikolu 9 u prodotti pproċessati skond il-paragrafi 4 u 5 għandu jittieħed taħt il-kontroll tad-dwana jew għandu jitpoġġa taħt kontroll amministrattiv li joffri garanziji ekwivalenti. Artikolu 11 L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li fhihom isiru x-xogħolijiet ta’ proċessar u ppakkajar kif imsemmi fl-Artikolu 10 għandhom jissorveljaw dawk ix-xogħolijiet. L-ispejjeż ta’ dan l-issorveljar għandhom ikunu a kariga ta’ l-operatur ikkonċernat. Artikolu 12 1. Ħlief f’każi ta’ forza maġġuri, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 7(2) tintilef skond il-proporzjon tal-kwantitajiet li għalihom il-provi msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 569/88 ma jiġux ippreżentat fi żmien 12-il xahar mid-data ta’ l-aċċetazzjoni tad-dikjarazzjoni għall-esportazzjoni. Iżda, jekk il-provi jiġu pprovduti fi żmien 18-il xahar mill-perijodu msemmi hawn fuq, 85 % tal-garanzija għandha tiġi mogħtija lura. 2. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 569/88 u (KEE) No 2220/85 [10] għandhom japplikaw ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor. L-entrati speċjali li għandhom isiru f’Sezzjonijiet 104 u 106 tal-kopja ta’ kontroll għandhom isiru fil-Parti 1, punt 113, u Parti II, punt 40 ta’ l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 569/88. Artikolu 13 1. Il-punt li ġej kif ukoll in-notament rilevanti li tinsab fil-qiegħ għandhom jiżdiedu mall-Parti I "il-prodotti għandhom jiġu esportati fl-istess stat kif kienu meta tneħħew mill-ħażniet ta’ intervent" ta’ l-Anness lir-Regolament (KEE) Nru 569/88: "113. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3378/91 ta’ l-20 ta’ Novembru li jistipula regoli dettaljati għall-bejgħ ta’ butir mill-ħażniet ta’ intervent [11];" . 2. Il-punt 40 li ġej u n-notament ta’ taħt rilevanti għandhom jiżdiedu mall-Parti II "Prodotti suġġetti għall-użu u/jew destinazzjoni apparti minn dak imsemmi skond" 1-Anness lir-Regolament (KEE) Nru 569/88: "40. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3378/91 ta’ l-20 ta’ Novembru 1991 li jistipula regoli dettaljati għall-bejgħ ta’ butir għall-esportazzjoni mill-ħażniet ta’ intervent [12]: (a) meta l-butir jintbagħat biex jiġi pproċessat: - Taqsima 104: - destinada a la transformación y exportación posterior [Reglamento (CEE) no 3378/91]; - til forarbejdning og senere eksport [forordning (EØF) nr. 3378/91]; - zur Verarbeitung und späteren Ausfuhr bestimmt [Verordnung (EWG) Nr. 3378/91]; - προοριζόμενο για μεταποίηση και για μετέπειτα εξαγωγή [Κανονισμός (ΕΟΚ) αριθ. 3378/91]; - maħsub għall-ipproċessar u, sussegwentement, għall-esportazzjoni (Regolament (KEE) Nru 3378/91); - destiné à la transformation et à l’exportation [règlement (CEE) no 3378/91]; - destinato alla trasformazione e alla successiva esportazione [regolamento (CEE) n. 3378/91]; - bestemd om te worden verwerkt en vervolgens te worden uitgevoerd [Verordening (EEG) nr. 3378/91]; - destinada à transformação e à exportação posterior [Regulamento (CEE) no. 3378/91]; - Taqsima 106: Id-data ta’ l-għeluq għat-tneħħija tal-butir (b) Fl-esportazzjoni tal-prodott lest: - Sezzjoni 104: - Mantequilla concentrada destinada a la exportación [Reglamento (CEE) no 3378/91]; - Koncentreret smør bestemt til eksport [forordning (EØF) nr. 3378/91]; - zur Ausfuhr bestimmtes Butterfett [Verordnung (EWG) Nr. 3378/91]; - Συμπυκνωμένο βούτυρο προοριζόμενο για εξαγωγή [Κανονισμός (ΕΟΚ) αριθ. 3378/91]; - Butir konċentrat għall-esportazzjoni (Regolament (EEC) Nru 3378/91); - Beurre concentré destiné à l’exportation [règlement (CEE) no 3378/91]; - Burro concentrato destinato all’esportazione [regolamento (CEE) n. 3378/91]; - Boterconcentraat bestemd voor uitvoer [Verordening (EEG) nr. 3378/91]; - Manteiga concentrada destinada à exportação [Regulamento (CEE) no. 3378/91]; - Taqsima 106: - id-data ta’ l-għeluq għat-tneħħija tal-butir, - il-piż tal-butir użat biex jiġi ffabbrikat il-kwantità tal-prodott lest kif jidher fi-Taqsima 103." Artikolu 14 1. Ma ssir l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-butir mibjugħ skond dan ir-Regolament. Ammonti kompensatorji ta’ l-aċċettazzjoni ma japplikawx. L-ammonti ta’ flus li jitħallsu bħala kumpens applikabbli għall-butir mibjugħ skond dan ir-Regolament għandhom jiġu mmultiplikati mal-koeffiċjent iffissat skond l-Artikolu 7(2). 2. L-ordnijiet għal tneħħija msemmijin fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 569/88, dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni u, fejn applikabbli kopji ta’ kontroll T5 għandhom jinkludu dan li ġej: "Sin restitución [Reglamento (CEE) no 3378/91]; Uden restitution [Forordning (EØF) nr. 3378/91]; Keine Erstattung [Verordnung (EWG) Nr. 3378/91]; Χωρίς επιστροφή [Κανονισμός (ΕΟΚ) αριθ. 3378/91]; Mingħajr kumpens (Regolament (KEE) Nru 3378/91); Sans restitution [Règlement (CEE) no 3378/91]; Senza restituzione [Regolamento (CEE) n. 3378/91]; Zonder restitutie [Verordening (EEG) nr. 3378/91]; Sem restituição [Regulamento (CEE) n.o 3378/91]." . Artikolu 15 L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih dwar il-kwantitajiet ta’ butir li huwa s-suġġett ta’: - kuntratt tal-bejgħ, - tneħħija, - proċessar, skond dan ir-Regolament. Artikolu 16 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Novembru 1991. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 150, tal-15.6.1991, p. 19. [3] ĠU L 164, ta’ l-24.6.1985, p. 11. [4] ĠU L 150, tal-15.6.1991, p. 38. [5] ĠU L 169, tat-18.7.1968, p. 1. [6] ĠU L 187, tat-13.7.1991, p. 1. [7] ĠU L 55, ta’ l-1.3.1988, p. 1. [8] ĠU L 308, tad-9.11.1991, p. 49. [9] ĠU L 55, ta’ l-1.3.1988, p. 31. [10] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5. [11] ĠU L 319, tal-21.11.1991, p. 40 [12] ĠU L 319, tal-21.11.1991, p. 40. --------------------------------------------------