Official Journal L 219 , 07/08/1991 P. 0001 - 0001
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2380/91 tad-29 ta' Lulju 1991li jaġġusta l-aġġustamenti fil-pagi applikati f'ċeri Stati Membri għal rimunerazzjonijiet u pensjonijiet ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta' Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru. 259/68 [1], kif l-aħħar emendati bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru. 3736/90 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65 u 82 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 20 u l-Artikolu 64 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/1061/Euratom, KEFA, KEE tal-15 ta' Diċembru 1981 li temenda l-metodu ta' kif jiġu aġġustati r-rimunerazzjonijiet ta' uffiċjali u mpjegati oħra tal-Komunitajiet [3], Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-għoli tal-ħajja żdied b'mod sostanzjali fit-tieni semester ta' l-1990 f'ċerti Stati Membri fejn kienu mpjegati uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej; billi l-aġġustamenti fil-pagi applikabbli għar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet ta' uffiċjali u impjegati oħra skond ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru. 3736/90 għandhom ikunu aġġustati b'effett mill-1 ta' Jannar 1991, kif ukoll fis-16 ta' Novembru 1990 għal pajjiżi fejn iż-żjieda ta' l-għoli tal-ħajja kienet partikolarment għolja, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. B'effett mis-16 ta' Novembru 1990, l-aġġustamenti fil-paga applikabbli għar-rimunerazzjoni ta' uffiċjali u impjegati oħra li jaħdmu fil-pajjiżi msemmija hawn taħt għandhom ikunu kif ġej: Greċja: | 88.3 | Il-Portugall: | 90.3. | 2. B'effett mill-1 ta' Jannar 1990, l-aġġustamenti fil-paga applikabbli għar-rimunerazzjoni ta' uffiċjali u impjegati oħra li jaħdmu fil-pajjiżi jew ibliet imniżżla hawn taħt għandhom ikunu kif ġej: ir-Renju Unit (ħlief Culham): | 106.5 | Culham: | 96.8 | Spanja: | 114.0 | Varese: | 109.6. | 3. L-aġġustamenti fil-paga applikabbli għall-pensjonijiet għandhom jiġu ddeterminati skond l-Artikolu 82(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. L-Artikoli 3 sa' 10 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru. 2175/88 [4] għandhom jibqgħu jgħoddu. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament ghandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, id-29 ta' Lulju 1991. Għall-Kunsill Il-President H. Van Den Broek [1] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1. [2] ĠU L 360, tat-22.12.1990, p. 1. [3] ĠU L 386, tal-31.12.1981, p. 6. [4] ĠU L 191, tat-22.7.1988, p. 1. --------------------------------------------------