Official Journal L 193 , 17/07/1991 P. 0016 - 0017
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0029
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0029
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2084/91 tat-12 ta' Lulju 1991 dwar il-klassifikazzjoni ta' xi oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif emendati l-aħħar bir-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 2080/91 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi, biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li tkun kollha kemm hi jew parti minnha bażata fuqha jew li żżid magħha xi subdiviżjonijiet addizzjonali u li tkun stabbilita permezz ta' disposizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb li jiġu applikati miżuri dwar it-tariffa jew xi oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ f'oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3; Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża issa huma klassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fit-12 ta' Lulju 1991. Ghall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] Ara paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni fil-kodiċi tan-NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Preparazzjoni magħmula f'dak li hu piż minn klorur tal-klorin 50 %, dijossidu tas-silikon kollojdali 35 %, ilma 15 %, użata fl-għalf ta' l-annimali (taħlita lesta) | 23099099 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet 2309, 230990 u 23099099 tan-NM. | 2.Tetraossidu ta' trikolbalt ta' purità ta' bejn wieħed u ieħor ta' 96 % jew aktar f'dak li hu piż miksub mill-idrossidu tal-kobalt | 28220000 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, min-Nota 1a tal-Kapitolu 28 u mill-kliem tal-kodiċi 28220000 tan-NM. | 3.Prodott magħmul minn aċidu koliku (aktar minn 95 % piż pur), aċidi xaħmin u melħ inorganiku li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura | 29181930 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet 2918, 291819 and 29181930 tan-NM. | 4.Estratt tal-bili tal-gendus, miksub bil-purifikazzjoni ta' bili likwidi bl-etanol u iswed ta' l-annimal (biex ineħħi r-riħa u l-kulur) u bl-evaporazzjoni sakemm jinxef | 30012090 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet 3001, 300120 u 30012090. Dan il-prodott jintuża b'mod terapewtiku Billi ġew trattati b'mod mhux permess għal prodotti ta' l-intestatura 0510 u billi jintużaw (direttament) fit-terapija, prodotti ta' dan it-tip għandhom jiġu klassifikati taħt l-intestatura 3001 (ara wkoll in-noti ta' spjega ma' SS, intestatura 30.01, ittra B). | 5.Prodott li jkun intermedjarju fil-preparazzjoni ta' aċidu koliku mill-bili tal-gendus li l-kostitwenti bażiċi tiegħu huma taħlita ta' aċidi koliċi u deossikoliċi (mat-80 % f'dak li hu piż), aċidi xaħmin u melħ inorganiku | 38239091 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet 3823, 382390 and 38239091. | 6.Taħlita ta' esteri ta' aċidi adipiċi ta' alkoħol bi 12 jew 13 atomi tal-karbonju, użata l-aktar fil-manifattura ta' lubrikanti sintetiċi | 38239098 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet 3823, 382390 u 38239098 tan-NM. | --------------------------------------------------