Official Journal L 149 , 14/06/1991 P. 0013 - 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0254
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0254
Ir-regolament Tal-kunsill (KEE) Nru 1604/91 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1037/72 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għotja u finanzjar ta’ għajnuna għall-produtturi tal-hops IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-hops [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3577/90 [2], u b’mod partikolari Artikolu 13(3) tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Billi, bl-inserzjoni ta’ Artikolu 12a fir-Regolament (KEE) Nru 1696/71 bir-Regolament (EEC) Nru 2780/90 [3], saret referenza ġdida għall-għoti ta’ għajnuna lill-produtturi tal-hops; billi huwa għaldaqshekk neċessarju li jiġu emendati Artikoli 1 u 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1037/72 [4] sabiex jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet il-ġodda li jirrelataw għall-għoti ta’ għajnuna lill-produtturi tal-hops, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 F’Artikoli 1 u 5 tar-Regolament (EEC) Nru 1037/72, "Artikolu 12" ser jinbidel b’"Artikoli 12 u 12a". Artikolu 2 Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Ġunju 1991. Għall-Kunsill Il-President J.-c. Juncker [1] ĠU L 175, ta’ l-4.28.1990, p. 1. [2] ĠU L 353, tas-17.12.1972, p. 23. [3] ĠU L 265, tad-9.8.1977, p. 1. [4] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1985, p. 1. --------------------------------------------------