31991R1559



Official Journal L 144 , 08/06/1991 P. 0040 - 0040
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0235
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0235


Ir-Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1559/91

tas-7 ta’ Ġunju 1991

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2077/85 li jagħmel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għal produzzjoni ta’ ananas tal-landa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 525/77 ta’ l-14 ta’ Marzu, 1977, li jipprovdi għal sistema ta’ għajnuna għal produzzjoni ta’ ananas tal-landa [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1699/85 [2], u b’mod parikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2077/85 [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 344/86 [4], jestendi għal ananas tal-landa l-applikazzjoni ta’ ċerti standards li japplikaw għal għajnuna għall-produzzjoni ta’ frott u ħaxix ipproċessati; billi r-riferenzi mogħtija f’dak ir-Regolament għandhom jiġu aġġornati wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1558/91 [5] u l-emenda għan-nomenklatura maqugħda murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2472/90 [7];

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1558/91 jagħmel regoli ġodda dettaljati għall- applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għal produzzjoni ta’ prodotti pproċessati minn frott u ħaxix; billi dawk il-miżuri japplikaw ukoll għal ananas tal-landa;

Billi l-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ Prodotti pproċessati minn Frott u ħaxix,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2077/85 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 1

1. Għall-finijiet tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni msemmija fir-Regolament (KEE) Nru 525/77, "ananas tal-landa’" tfisser ananas jew biċċiet ta’ ananas, mingħajr il-qoxra u l-qalba, li jkunu għaddew minn trattament ta’ sħana, ippakkjati f’containers issiġillati ermetikament b’kisja ta’ xropp taz-zokkor likwidu b’kontenut totali ta’ zokkor stabbilit wara omoġenizzazzjoni ta’ mhux inqas minn14 % u regolat bil Kodiċi NM20082051, 20082059, 20082071 u 20082079.

2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet msemmija fl-Artikoli ta’ hawn taħt, l-Artikoli 2, 3, 6, 7, 9, 10, 11, 12 (1) u 14 sa 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1558/91 [8] għandhom japplikaw għall-għoti ta’ għajnuna għal produzzjoni ta’ ananas tal-landa."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ Ġunju, 1991.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 73, tal-21.3.1977, p. 46.

[2] ĠU L 163, tat-22.6.1985, p. 12.

[3] ĠU L 196, tas-26.7.1985, p. 28.

[4] ĠU L 41, tat-18.2.1986, p. 15.

[5] ĠU L 144, tat-8.6.1991, p. 31.

[6] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[7] ĠU L 107, tas-27.4.1991, p. 10.

[8] ĠU L 144, tat-8.6.1991, p. 31.

--------------------------------------------------