Official Journal L 140 , 04/06/1991 P. 0019 - 0019
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0207
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0207
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1497/91 tat-3 ta’ Ġunju 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2191/81 dwar l-għoti ta’ għajnuna għax-xiri ta’ butir minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li ma joperawx għall-profitt IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3641/90 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2191/81 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1679/89 [4], jipprovdi għall-għoti ta’ għajnuna għax-xiri ta’ butir minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li ma joperawx għall-profit; billi l-għajnuna għandha tingħata lil min jissupplixxi l-butir fuq it-talba tiegħu bil-miktub u wara s-sottomissjoni ta’ dokument ġustifikattiv li jġib in-numru ta’ serje maħruġ għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur; billi dak il-perjodu għandu jiġi estiż sabiex inaqqas il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet nazzjonali; Billi l-miżuri li hemm dispożzizjonijiet dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għallĦalib u għall-Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2191/81, il-kliem "sitt xhur" qed jiġu b’dan sostitwiti bi "12-il xahar". L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament jibda jseħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Ġunju 1991. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 362, tas-27.12.1990, p. 5. [3] ĠU L 213, ta’ l-1.8.1981, p. 20. [4] ĠU L 164, tal-15.6.1989, p. 14. --------------------------------------------------