31991R1382



Official Journal L 133 , 28/05/1991 P. 0001 - 0011
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0164
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0164


IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1382/91

tal-21 ta' Mejju tal-1991

dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar il-qbid tal-prodotti tas-sajd fl-Istati Membri

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi, b'mod partikolari, l-imaniġġar tas-suq tal-prodotti tas-sajd, kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3796/81 tad-29 ta' Diċembru 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd (3), kif l-aħħar emendat b'Regolament (KEE) Nru 2886/89 (4), jiġi ameljorat bl-eżistenza ta' statistika armonizzata tal-Komunità dwar il-qbid totali ta' prodotti tas-sajd,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kumissjoni dettalji dwar il-kwantità u l-prezz medju ta' prodotti tas-sajd maqbuda minn dgħajjes tas-sajd tal-Komunità f'kull xahar kalendarju f'dak l-Istat Membru.

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, il-qbid ta' prodotti tas-sajd ser ikun:

- il-prodotti li jinħattu minn dgħajjes tas-sajd jew komponenti oħra tal-flotta tas-sajd,

- il-prodotti mħatta minn dgħajjes tal-Komunità ġewwa portijiet mhux tal-Komunità koperti mid-Dokument T2M tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 137/79 (5)

u

- il-prodotti ttrasportati lejn dgħajjes ta' Stati mhux Membri minn dgħajjes Komunitarji u partijiet oħra tal-flotta tas-sajd tal-Komunità fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li ħlief fejn derogi u esklużjonijiet huma mogħtija skond l-Artikolu 5(4) u (6) rispettivament, id-dettalji mogħtija għandhom ikopru l-qbid kollu tal-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness I f'dak ix-xahar kalendarju. Madankollu, metodi ta' teknika ta' prova jistgħu jintużaw sabiex issir stima sal-10 % bl-użin tal-prodotti tas-sajd maqbuda f'dak ix-xahar. Dawn il-metodi ta' teknika ta' prova għandhom jiġu rrapurtati skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) u (2).

L-Artikolu 2

Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu mogħtija lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur tax-xahar kopert.

L-Artikolu 3

1. Il-prodotti tas-sajd li għalihom hemm bżonn l-għoti tad-dettalji skond l-Artikolu 1 huma elenkati fl-Anness I. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jagħtu dettalji għal prodotti oħra tas-sajd li huma identifikati individwalment.

Id-dettalji għal prodotti ta' ftit importanza fl-Istati Membri m'għandhomx għalfejn jiġu identifikati individwalment fl-għoti tal-informazzjoni imma jistgħu jiġu mgħaqqda flimkien bhala prodott wieħed bil-patt li l-piż tal-prodotti li hekk qed jiġu rreġistrati ma jeċċedix l-10 % tat-toqol tal-qbid totali f'dak l-Istat Membru f'dak ix-xahar.

2. Definizzjonijiet li għandhom jintużaw għat-tqassim tal-unitajiet tal-piż u prezz medju, id-destinazzjoni u preżentazzjoni tal-prodotti huma msemmija fl-Anness II.

3. Il-lista ta' prodotti fl-Anness I u t-tifsiriet fl-Anness II jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6.

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2 lill-Kummissjoni fil-format muri fl-Anness III.

2. L-informazzjoni tista' tiġi mogħdija permezz ta' mezzi manjetiċi, wara li l-format ta' dan l-għoti ta' dettaljijkun ġie miftiehem bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

L-Artikolu 5

1. Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħtu rapport lill-Kummissjoni li jiddeskrivi kif id-dettalji dwar il-qbid ikunu ġew miġbura u għandhom jindikaw kemm huma rapreżentattivi u kemm huma ta' min joqgħod fuqhom. Il-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha tikkomponi verżjoni qasira ta' dawn ir-rapporti.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar xi tibdiliet fid-dettalji pprovduti skond paragrafu 1 fi żmien tliet xhur mill-introduzzjoni tagħhom.

3. Fil-każ li r-rapporti metodoloġiċi msemmija fil-paragrafu 1 juru li Stat Membru ma jistax jilħaq immedjatament ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u li tibdil fl-istudju tal-metodi ta' teknika u l-metodoloġija huma meħtieġa, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi, b'koperazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, perjodu ta' transizzjoni ta' mhux aktar minn tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, f'liema żmien il-programm ta' dan ir-Regolament għandu jiġi miksub; waqt dan il-perjodu ta' transizzjoni, derogi temporanji li jeżentaw l-Istat Membru mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu permessi għal mhux aktar minn tliet snin. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dawn id-derogi li jużaw il-proċedura msemmija fil-paragrafu 7.

4. F'każijiet fejn l-inklużjoni ta' settur partikolari tas-sajd ta' Stat Membru tista' tikkawża diffikultajiet lill-awtoritajiet nazzjonali u li m'għandiex x'taqsam mal-importanza ta' dak is-settur, tista' tiġi mogħtija deroga, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6, li tippermetti lil dak l-Istat Membru li jeskludi d-dettalji dwar dak is-settur mill-għoti nazzjonali ta' dettalji.

5. Id-derogi mogħtija skond il-paragrafu 4 għandhom ikunu għall-mhux iktar minn tliet snin, imma jistgħu, madankollu, jiġu estiżi għal-perjodi oħra ta' tliet snin. F'talba għal-estensjoni, l-Istat Membru għandu jgħaddi lill-Kummissjoni r-riżultati ta' studju ta' prova li juru l-problemi li jiltaqa' magħhom fl-applikar ta' dan ir-Regolament għall-qbid totali ta' dak l-Istat Membru. It-talba għandha tkun bla ħsara għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 6.

6. Id-dettalji dwar qbid ġewwa portijiet żgħar tista', fuq talba raġjonevoli ta' Stat Membru li għandha jssir lill-kummissjoni fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tiġi eskluża mill-għoti ta' dettaljinazzjonali bil-kundizzjonijiet li ġejjin.

Din l-eskluzzjoni għandha tiġi mogħtija jekk is-sottomissjoni tad-dettalji mitluba tikkaġuna diffikultajiet għall-awtoritajiet nazzjonali li mhumiex proporzjonali mal-importanza tal-qbid kollu jekk il-prodotti korrispondenti maqbuda huma biss mibjugħa fis-suq lokali. Lista tal-portijiet ikkonċernati għandha tiġi magħmula għal kull Stat Membru rilevanti skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 6.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni kull tliet snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament rapport li fiħ jinsabu d-dettalji kollha rilevanti, sabiex jippermetti lill-Kumitat għall-Istatistika Agrikola stabbilit b'Deċiżjoni 72/279/KEE (6) biex jeżamina, u jekk ikun hemm bżonn, biex jirrevedi, skond il-proċedura esiġita fl-Artikolu 6, il-kriterji u l-listi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-istess l-Artikolu.

7. Rapporti metodoloġiċi, arranġamenti transizzjonali, disponibilità ta' dettalji, dettaljita' min joqgħod fuqhom, u affarijiet oħra rilevanti konessi mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu eżaminati darba fis-sena fi ħdan il-grupp ta' ħidma kompetenti tal-Kumitat għall-Istatisika Agrikola.

L-Artikolu 6

1. Fejn il-proċedura esiġita f'dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, il-President għandu jgħaddi l-kas lill-Kumitat għall-Istatistika Agrikola, hawn iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq it-talba ta' rappreżentant ta' Stat Membru.

2. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri illi għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandhu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fiż-żmien li l-president jista' jistipula skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tiġi mogħtija bill-maġġoranza kif esiġita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat tal-KEE fil-kas ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa rikjest li jadotta fuq proposta tal-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jiġu mgħobbija skond kif spjegat f'dak l-Artikolu. Il-president ma jistgħax jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri maħsuba jekk huma jkunu skond l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tiġi mogħtija, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta li għandha x'taqsam mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata.

Jekk meta jiskadu t-tliet xhur mid-data li fiha jkun hemm riferiment lill-Kunsill, il-Kunsill jkun għadu m'aġixxiex, il-miżuri proposti għandom jiġu addottati mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1992.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Mejju 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

R. STEICHEN

(1) ĠU C 214, tal-21.8.1989, p. 21.

(2) ĠU C 113, tas-7.5.1990, p. 216.

(3) ĠU L 379, tal-31.12.1981, p. 1.

(4) ĠU L 282, tat-2.10.1989, p. 1.

(5) ĠU L 20, tas-27.1.1979, p. 1.

(6) ĠU L 179, tas-7.8.1972, p. 1.

L-ANNESS I

LISTA TA' PRODOTTI TAS-SAJD LI GĦALIHOM HEMM BŻONN L-GĦOTI TA' DETTALJI

Kodiċi Speċi Preżentazzjoni

CDZ Cod (Gadus morhua, Boreogadus saida, Gadus ogac) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat mhux imqatta' Fillets iffriżati Immellaħ

HAD Bakkaljaw (Melanogrammus aeglefinus) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat mhux imqatta' Fillets iffriżati

POK Saithe (Coalfish) (Pollachius virens) Frisk Sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat mhux imqatta' Fillets iffriżati

HKE Merluzz (Merluccius spp.) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat sħiħ Iffriżat, imnaddaf u bir-ras maqtugħa Fillets iffriżati Iffriżat, ieħor

WHG Whiting (Merlangius merlangus) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat sħiħ Fillets iffriżati

LNZ Ling (Molva spp.) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat sħiħ Fillets iffriżati

POL Pollack (Pollachius pollachius) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat sħiħ Fillets iffriżati

BIB Pouting (Trisopterus luscus) Frisk

NOP Norveġja pout (Trisopterus esmarkii) Frisk

WHB Blute whiting (Micromesistius poutassou) Frisk

PLE Plaice (Pleuronectes platessa) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat sħiħ Fillets iffriżati

Kodiċi Speċi Preżentazzjoni

SOL Lingwata (Solea vulgaris) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat sħiħ Fillets iffriżati

MEG Megrim (Lepidorhombus spp.) Frisk Iffriżat sħiħ

DAB Dab (Limanda limanda) Frisk Iffriżat

LEM Lemon sole (Microstomus kitt) Frisk Iffriżat

RED Redfish (Sebastes spp.) Frisk Iffriżat sħiħ Fillets iffriżati

MNZ Monkfish (Lophius spp.) Frisk sħiħ Dnub friski Dnub iffriżati

BOZ Bogue (Boops spp.) Frisk Iffriżat

PIC Picarel (Spicara (= Maena) spp.) Frisk Iffriżat

CGZ Morina conger (Conger spp.) Frisk Iffriżat

GUX Gurnard (Triglidae) Frisk Iffriżat

MUL Mulett (Mugilidae) Frisk Iffriżat

HER Aringa (Clupea harengus) Frisk Iffriżat sħiħ Fillets iffriżati

PIL Sardin (Sardina pilchardus) Frisk Iffriżat

ANE Inċova (Engraulis spp.) Frisk Iffriżat

SPR Sprat (Sprattus sprattus) Frisk

ALB Albacore (Thunnus alalunga) Frisk Iffriżat

YFT Tonn tal-pinenn sofor (Thunnus albacares) Frisk Iffriżat

SKJ Tonn skipjack (Katsuwonus pelamis) Frisk Iffriżat

BET Tonn Big-eye (Thunnus obesus) Frisk Iffriżat

BFT Tonn tax-xewka blu (Thunnus thynnus) Fresh Iffriżat

SWO Pixxispad (Xiphius gladius) Frisk Iffriżat

TUN Tonn ieħor (Thunnini) Frisk Iffriżat

MAC Makarel tal-Atlantiku (Scomber scombrus) Frisk Iffriżat

MAZ Omakarel ieħor (Scomber japonicus, Scomber australasicus) Frisk Iffriżat

JAX Horse mackerel (Trachurus spp.) Frisk Iffriżat

SRX Skate and ray (Rajiformas) Frisk Iffriżat

DGZ Dogfish (Squalus acanthias, Scyliorhinus spp.) Frisk Iffriżat

NEP Langustura tan-Norveġja (Nephrops norvegicus) Frisk sħiħ Dnub friski Dnub iffriżati

CNZ Gambli (Crangon spp.) Frisk Iffriżati

PDZ Gambli (Pandalidae) Friski Iffriżati

CRE Granċ tal-ikel (Cancer pagurus) Frisk Iffriżat

CRS Swimcrab (Portunus spp.) Frisk

LBE Langostura Ewropea (Homarus gammarus) Frisk Dnub iffriżati

SCE Common scallop (PKEten maximus) Frisk

SQC Klamar komuni (Loligo spp.) Frisk Iffriżat, imnaddaf Iffriżat, mhux imnaddaf

SQX Shortfin u flying Kalamari (Todarodes saggittatus, Illex spp.) Frisk Iffriżat, imnaddaf Iffriżat, mhux imnaddaf

OMZ Klamar (ieħor) (Omnastrephidae) Frisk Iffriżat, imnaddaf Iffriżat, mhux imnaddaf

OCZ Qarnit (Octopus spp.) Frisk Iffriżat

CTL Siċċ (Sepia officinalis, Rossia macrosoma, Sepiola rondeleti) Frisk Iffriżat

FIN Ħut ieħor Frisk Iffriżat

CRU Krustaċeji oħra Frisk Iffriżat

MOL Molluski oħra Frisk Iffriżat

L-ANNESS II

TIFSIRIET LI GĦANDHOM JINTUŻAW FL-GĦOTI TA' DETTALJI DWAR QBID TA' PRODOTTI TAS-SAJD

KEJL

Piż: Il-piż imniżżel għandu jkun il-piż tal-prodott kif maqbud.

Il-piż għandu jkun imniżżel f'tunellati b'post wieħed għad-deċimali.

Prezz medju: Il-prezz medju għandu jiġi rrapurtat bir-rati nazzjonali għal kull tunellata. Għall-prodotti mhux immedjatament mibjugħa l-prezz medju għandu jiġi stmat, bl-użu ta' metodu xieraq.

Destinazzjoni

Konsum mill-bniedem: Inklużi hawn jinstabu l-prodotti kollha li jinbiegħu fl-ewwel bejgħ għall-konsum tal-bniedem jew li huma maqbuda taħt kuntratt jew ftehim ieħor għall-konsum tal-bniedem. Esklużi huma l-kwantitajiet iddestinati għall-konsum tal-bniedem imma li, fil-mument tal-ewwel bejgħ, minħabba kundizzjonijiet tas-suq, regolamenti tal-iġjene jew kawżi simili oħra, huma rtirati mis-suq għall-konsum tal-bniedem.

Użu industriajli: Inklużi hawn jinstabu l-prodotti kollha maqbuda speċifikament sabiex jinbidlu f'ikel u żejt għall-konsum mill-annimali flimkien ma' kwantitajiet li, għalkemm oriġinarjament iddestinati għal bejgħ għall-konsum tal-bniedem, mhumiex mibjugħa għalhekk fl-ewwel bejgħ.

Preżentazzjoni

Fillets (filett) tirreferi għal strixxi ta' laħam maqtugħa paralleli minn max-xewka ta' dar il-ħuta u li jikkonsistu fin-naħa tal-lemin jew tax-xellug tal-ħuta, iżda r-ras, l-intern, il-pinen (tad-dahar, ta' taħt, caudal, taż-żaqq, tas-sider) u x-xewk (vertebrae jew tad-dahar, taż-żaqq jew ix-xewk tal-kustilji, tal-pulmun jew xpruna, eċċ.) ġew imneħħijja u ż-żewġ naħat mhumiex maqgħuda, per eżempju mid-dahar jew mill-istonku.

Ħut sħiħ ifisser ħut mhux imnaddaf.

Imnaddaf jirreferi għall-kalamari fejn id-dirgħajn, ir-ras u l-organi interni ġew imneħħija mil-ġisem.

Ħut iffriżat huwa ħut li ġie sottopost għall-iffriżar f'manjera li tippriserva l-kwalità oriġinali tal-ħuta billi t-temperatura tiġi mniżżla sa -18 °C jew inqas u li huwa mbagħad miżmum f'temperatura ta' -18 °C jew inqas.

Ħut frisk huwa ħut illi ma ġiex ippriservat, ittrattat bil-ħwawar jew bil-melħ, iffriżat jew ittrattat b'xi mod ieħor ħlief imkessaħ. Huwa ġeneralment ippreżentat sħiħ jew imnaddaf.

Ħut immellaħ huwa ħut li huwa spiss fil-forma mnaddfa u bir-ras maqtugħa, u li huwa ppriżervat fil-melħ jew fis-salmura.

Nazzjonalità u kopertura

Id-dettalji għandhom jinkludu l-prodotti kollha maqbuda mid-dgħajjes tal-Komunità fil-portijiet tal-Istati Membri li qiegħed jagħtu d-dettalji. L-Istat Membru li qiegħedd jagħti l-informazzjoni mhuwiex mitlub, skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, li jirrapporta l-qbid tad-dgħajjes tiegħu f'portijiet oħra mill-portijiet nazzjonali.

Id-dettalji għandha tinkludi prodotti konsenjati fit-territorju tal-Istati Membri u koperti mid-dokument T2M imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 137/79. Għandhom jiġu inklużi wkoll il-prodotti mwassla fuq dgħajjes ta' stati mhux membri minn dgħajjes tal-Komunità u komponenti oħra tal-flotta tas-sajd tal-Komunità u li huma kkonsenjati fit-teritorju ta' dak l-Istat Membru.

Dgħajjes tal-Komunità huma dgħajjes illi jtajru l-bandiera ta', jew illi huma rreġistrati ġewwa, Stat Membru tal-Komunità.

L-ANNESS III

FORMAT GHALL-GĦOTI TA' DETTALJI SKOND L-ARTIKOLU 1

STATISTIĊI GĦALL-QBID

Qbid għax-xahar ta'. 19.. Pajjiż..

Speċi Kwantità Prezz

Għall-konsum tal-bniedem: Cod (CDZ) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat mhux imqatta Fillets iffriżati Bakkaljaw Immellaħ (HAD) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat mhux imqatta Fillets iffriżati Saithe (POK) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat mhux imqatta Fillets iffriżati Hake (HKE) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat sħiħ Fillets iffriżati Iffriżat imnaddaf u ffriżat bir-ras maqtugħa, Friżati oħra Whiting (WHG) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat mhux imqatta Fillets iffriżati Ling (LNZ) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat mhux imqatta Fillets iffriżati Pollack (POL) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat mhux imqatta Fillets iffriżati Plaice (PLE) Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat mhux imqatta Fillets iffriżati Sole (SOL) Frisk Sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat sħiħ Fillets iffriżati Megrim (MEG) Frisk Iffriżat Dab (DAB) Frisk Iffriżat Lemon sole (LEM) Frisk Iffriżat Redfish (RED) Frisk Iffriżat sħiħ Fillets iffriżati Monkfish (MNZ) Frisk sħiħ Dnub friski Dnub iffriżati Bogue (BOZ) Frisk Iffriżat Picarel (PIC) Frisk Iffriżat Morina conger (CGZ) Frisk Iffriżat Gurnard (GUX) Frisk Iffriżat Mullett (MUL) Frisk Iffriżat Herring (HER) Frisk Iffriżat Sħiħ Fillets iffriżati Sardin (PIL) Frisk Iffriżat Inċova (ANE) Frisk Iffriżat Albacore (ALB) Frisk Iffriżat Tonn tal-pinen sofor (YFT) Frisk Iffriżat Tonn Skipjack (SKJ) Frisk Iffriżat Tonn Bigeye (BET) Frisk Iffriżat Tonn tax-Xewka Blu (BFT) Frisk Iffriżat Pixxispad (SWO) Frisk Iffriżat Tonn Ieħor (TUN) Frisk Iffriżat Makarel tal-Atalntiku (MAC) Frisk Iffriżat Makarel Ieħor (MAZ) Frisk Iffriżat Horse mackerel (JAX) Frisk Iffriżat Skate u ray (SRX) Frisk Iffriżat Pixxiplamtu (Dogfish) (DGZ) Frisk Iffriżat Langostura tan-Norveġja (NEP) Frisk Sħiħ Dnub friski Dnub iffriżati Shrimps (CNZ) Frisk Iffriżat Gambli (PDZ) Frisk Iffriżat Granċ tal-ikel (CRE) Frisk Iffriżat Swimcrab (CRS) Friska Langostura Ewropea (LBE) Friska Dnub iffriżati Common scallop (SCE) Frisk Kalamar komuni (SQC) Frisk Iffriżat imnaddaf Iffriżat mhux imnaddaf Klamar Shortfin u Flying (SQX) Frisk Iffriżat imnaddaf Iffriżat mhux imnaddaf Kalamar (ieħor) (OMZ) Frisk Iffriżat imnaddaf Iffriżat mhux imnaddaf Qarnit (OCZ) Frisk Iffriżat Siċċ (CTL) Frisk Iffriżat Ħut ieħor (FIN) Frisk Iffriżat Molluski oħra (MOL) Friski Iffriżati Krustaċeji oħra (CRU) Frisk Iffriżat Għall-użu industriali: Cod (CDZ) Bakkaljaw (HAD) Saithe (POK) Whiting (WHG) Pouting (BIB) Norway pout (NOP) Blue whiting (WHB) Herring (HER) Sprat (SPA) Speċi oħra [Note to Printers: Leave out empty tables] ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ...................................

................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ................................... ...................................