31991R1214



Official Journal L 116 , 09/05/1991 P. 0044 - 0045
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0017
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0017


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1214/91

tas-7 ta' Mejju 1991

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fn-nomenklatura maghquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar it-tariffa u nomenklatura ta' statistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana, kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 315/91 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9,

Billi biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa ma' l-imsemmi Regolament, huwa meħtieġ li jiġu addottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti li għalihom jirreferi l-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 niżżel ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha kollha kemm hi jew parti minnha jew li jżidu subdiviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, biex l-applikazzjoni tat-tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ fl-oġġetti;

Billi, skond l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġeti deskritti fl-kolonna 1 annessa mar-Regolament preżenti għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodifiċi NM xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklaturi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi NM xierqa indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fis-7 ta' Mejju 1991.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 37, tad-9.2.1991, p. 24.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskriżżjoni ta' l-affarijiet | Klassifikażżjoni tal-Kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Kaxxa mimlija tnax-il roll ta' tape adeżiv ipoallerġeniku magħmul minn film mikroperforat tal-politin (dimensjonijiet 9,14 m × 2,50 ċm) ippakkjat għall-bejgħ għall-użu medikali. | 30051000 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mill-proviżżjonijiet tar-Regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi 3005 u 30051000 (Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni ta' l-HS, bit-titolu 30.05, it-tielet paragrafu. |

2.Polijester saturat b'forma granulari jew f'għamla ta' tip ieħor, li jiġi użat bħala kejl fl-Industrija tat-tessuti. | 39079900 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mill-proviżżjonijiet tar-Regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 6 sa Kapitlu 39 u bil-kliem kodiċi NM 3907 u 39079900 (Ara wkoll in-Noti ta' spjegazzjoni HS, bit-titolu 38.09, minbarra (g)). L-użu ta' dan il-prodott ma jaffettwax il-klassifikazzjoni. |

3.Agarose | 39139090 | Il-Klassifikazzjoni hija determinata mill-proviżżjonijiet tar-Regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura magħquda u bul-kliem kodiċi NM 3913, 391390 u 39139090. |

--------------------------------------------------