31991R0964



Official Journal L 100 , 20/04/1991 P. 0014 - 0015
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0012
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 964/91

tat-18 t'April 1991

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 315/91 [2], u partikolarment l-Artikolu 9,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika għall-prodott Nru 1 ta' l-Anness mit-30 ta'April sal-31 ta' Diċembru 1991 u għall-prodott Nru 2 ta' l-Anness mill-1 t'Awissu 1991.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta'April 1991.

Għall-Kummissjoni.

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1.

[2] ĠU L 37, tad-9.2.1991, pġ. 24.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi tan-NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

xaħam tal-ħalib | 5,8 |

proteini tax-xorrox | 74,3 |

(78,9 bħala toqol niexef) |

lactose | 6,0 |

ash | 2,9 |

| | 04049033 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u t-testi tal-kodiċi tan-NM 0404, 040490 u 04049033. Minħabba l-protein lactose u l-kontenut tax-xaħam tal-ħalib tiegħu, li jvarja konsiderevolment minn dak tat-trab tax-xorrox, il-prodott huwa eskluż mill-kodiċi tan-NM 040410. |

2. Faqqiegħ ta' l-ispeċi Agaricus kompletament qrib il-ftuħ tat-togħlija. Il-faqqiegħ huma mgħaddsa fl-ilma, li miegħu jista’ jkun kien miżjud melħ u/jew aċidu ċitriku u/jew SO, u kien imkessaħ.

Dawn il-faqqiegħ, li ma jitqegħdux f'pakketti għall-bejgħ bl-imnut, jintużaw, ġeneralment, bħala materjal tal-bidu fl-industrija tal-priservazzjoni. | 20031010 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, kif ukoll min-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 20 u mit-testi tal-kodiċi tan-NM 2003, 200310 u 20031010. |

--------------------------------------------------