31991R0442



Official Journal L 052 , 27/02/1991 P. 0011 - 0013
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0007
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0007


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 442/91

tal-25 ta' Frar 1991

dwar il-klassifikazzjoni ta' xi oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u t-Tariffa Doganali Komuni, kif emendati l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 53/91 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9,

Billi biex ikun hemm applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli jgħoddu wkoll għal kull nomenklatura oħra li kollha kemm hi jew parti minnha tkun bażata fuqu jew li żżid magħha xi subdiviżjonijiet addizzjonali oħra u li tkun stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jkunu applikati miżuri dwar tariffi u oħrajn li jkollhom x'jaqsmu ma' kummerċ f'oġġetti:

Billi, skond ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, permezz tar-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3;

Billi l-Kumitat tan-nomenklatura ma tax l-opinjoni tiegħu fil-perjodu ta' żmien stabbilit mill-president tiegħu, fir-rigward tal-prodotti Nri 1 u 4 fit-tabella annessa;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għan-nomenklatura fir-rigward tal-prodotti Nri 2, 3 u 5 fit-tabella annessa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa issa huma klassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fil-25 ta' Frar 1991.

Ghall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 7, ta' l-10.1.1991, p. 14.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni tal-kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Injam tond koniferu, maqtugħ f'dijametru kostanti matulu kollu, maqtugħ kontra l-vina, b'tarf wieħed bil-ponta, tat-tip użat fit-tisbiħ ta' ġonna, għall-bini ta' stekkat tal-ġonna, postijiet fil-magħluq, ilqugħ, etċ. | 44071099 | Il-klassifikazzjoni hi determinata mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 sa 6 dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, kif ukoll mit-testi tal-kodiċijiet 4407, 440710 u 44071099 tan-NM. L-oġġetti ma jistgħux jiġu klassifikati taħt l-intestaturi 4403 jew 4404, għaliex ikunu ġew maqtugħa; 4409, għax mhux maqtugħin profil; 4421, darba li mhumiex maħduma biżżejjed. |

2.Għenuq ta' pallets li jingħalqu magħmula minn erba' biċċiet injam (2 × 2 biċċiet ta' l-istess tul) biċ-ċappetti fit-truf li jiffurmaw qafas li jitpoġġa fuq l-istess pallet. (ara r-ritratt, każ Nru 2) | 44219099 | Il-klassifikazzjoni hi determinata mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 sa 6 dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, kif ukoll mit-testi tal-kodiċijiet 4421, 442190 u 44219099 tan-NM. L-oġġetti għandhom jitqiesu bħala partijiet ta' pallet li ma tistax tiġi klassifikata fl-intestatura 4415 (ara n-noti ta' spjega tas-Sistema Armonizzata ta' l-intestaturi 4415, taqsima III u 4421, paragrafu 2). |

3.Oġġetti f'għamla ta' kuruna magħmula minn qasab taż-żafżafa, parzjalment imżejna bi fjuri artifiċjali, weraq artifiċjali, kurdiċelli, figuri żgħar ta' annimali (bħal farfett u fellus). (Bħala eżempju ara r-ritratt tal-każ Nru 3) | 46021091 | Il-klassifikazzjoni hi determinata mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 3b u 6 dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, min-nota 1 tal-kapitolu 6 kif ukoll mit-testi tal-kodiċijiet 4602, 460210 u 46021091 tan-NM. Il-karattru essenzali ta' dawn l-oġġetti jingħata miż-żafżaf minsuġ. |

4.Trasmittenti-riċevituri tar-radjo li jistgħu jinġarru, tat-tip walkie-talkie, tal-plastik, kemm jekk b'sistema ta' morse kemm jekk le, bi ħruġ ta' potenza massima ta' mhux aktar minn 5 milliwatts ERP (potenza irradjata effettiva), li jaħdmu bil-batteriji, li ma jkunx fihom soppressuri għall-ħoss, seletturi ta' kanali jew voltmeters. | 95039031 | Il-klassifikazzjoni hi determinata mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 sa 6 dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, kif ukoll mit-testi tal-kodiċijiet 9503, 950390, u 95039000 tan-NM. Dawn l-apparati ma jistgħux jiġu klassifikati taħt il-kodiċi 85252090 tan-NM għax m'għandhomx ħruġ ta' potenza ta' aktar minn 5 milliwatts ERP u ma jkunx fihom soppressuri għall-ħoss, seletturi ta' kanali jew voltmeters, għandhom ikunu klassifikati bħala ġugarelli |

5.Oġġetti f'għamla ta' bejta ta' l-għasafar magħmula minn qasab taż-żafżaf innukklat, imżejna b'sitt iflieles, fjuri artifiċjali u weraq artifiċjali. (Ara l-każ tar-ritratt Nru 5) | 95059000 | Il-klassifikazzjoni hi determinata mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 sa 6 dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, kif ukoll mit-testi tal-kodiċijiet 9505, 950590 u 95059000 tan-NM, għax tikkonsisti f'-oġġett għat-tiżjin; il-presenza ta' flieles tagħmel ċara r-rabta mal-festi ta' l-Għid. |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| |

+++++ TIFF +++++

|

--------------------------------------------------