31991L0687



Official Journal L 377 , 31/12/1991 P. 0016 - 0017
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0042
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0042


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tal-11 ta’ Diċembru 1991

li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 72/461/KEE u 80/215/KEE fir-rigward ta’ ċerti miżuri li għandhom x’ jaqsmu mad-deni tal-majjali

(91/687/KEE)

Il-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-trattat li jistabilixxi l-Komunita "Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,"

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kumissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u majjali [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/499/KEE [5], tiddefinixxi partikolarment il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti, fir-rigward tad-deni tal-majjali, minn majjali ħajjin intiżi għall-kummerċ intra-Komunitarju;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi tas-saħħa li jaffettwaw kummerċ intra-Komunitarju ta’ laħam frisk [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/266/KEE [7], tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti fir-rigward tad-deni klassiku tal-majjali minn majjal frisk intiż għall-kummerċ intra-Komunitarju;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 80/215/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 dwar problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ prodotti tal-laħam [8], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/662/KEE [9], tiddefinixxi partikolarment il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti fir-rigward tad-deni klassiku tal-majjali għal prodotti tal-laħam intiżi għall-kummerċ intra-Komunitarju;

Billi l-miżuri applikati għall-qerda tad-deni klassiku tal-majjali tejjbu l-istatus tas-saħħa tal-popolazzjoni tal-majjali fit-territorju tal-Komunità;

Billi waħda mill-objettivi partikolari, primarjament sabiex it-territorju tal-Komunità jinżamm liberu mid-deni klassiku tal-majjali, intlaħaq f’żoni kbar u huwa neċessarju li din is-sitwazzjoni tiġi konsiderata u konsegwentement li jiġu emendati d-Direttivi 64/432/KEE, 72/461/KEE u 80/215/KEE;

Billi, f’dan il-kuntest, huwa approprjat li ma jiġux estiżi t-tipi ta’ garanziji stabbiliti fl-Artikolu 4b tad-Direttiva 64/432/KEE u fl-Artikolu 13a tad-Direttiva 72/461/KEE, u li l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 80/215/KEE ma jitkomplewx,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 64/432/KEE hija hawnhekk emendate kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 2:

(a) il-kliem "deni tal-majjali" fil-punt (j) ta’ (ii) jitħassru;

(b) il-punti (p), (q) u (r) jitħassru;

(2) fl-Artikolu 3:

(a) il-kliem "deni tal-majjali" fil-kliem introduttorji tal-paragrafu 2(b);

(b) il-kliem "deni tal-majjali" fil-paragrafu 2(b)(i)

(ċ) il-paragrafu 2(b)(ii) għandu jitħassar;

(d) il-kliem "deni tal-majjali" fil-paragrafu 2(ċ)(ii);

(e) l-ewwel sentenza tal-paragrafu 4 għandha tiġi sostitwita b’ li ġej:

"4. Majjali għat-tkabbir u għall-produzzjoni għandhom, barra minn hekk, jiġu minn merħliet li huma liberi mill-bruċellożi.";

(3) fl-Artikolu 4b, "il-31 ta’ Diċembru 1991" għandha tiġi sostitwita b’"l-1 ta’ Lulju 1992";

(4) b’ effett mill-1 ta’ Lulju 1992, l-Artikolu 4b għandu jiġi sostitwit b dan li ġej:

"L-Artikolu 4b

Barra mill-miżuri previsti f’din id-Direttiva li jikkonċernaw id-deni klassiku tal-majjali, kull Stat Membru għandu jassigura li l-majjali mibgħuta mit-territorju tiegħu lejn dak ta’ Stat Membru ieħor m’għandhomx jiġu minn ażjenda jew minn żona li hija soġġetta għar-restrizzjonijiet għad-deni klassiku tal-majjali inkonformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 80/217/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-majjali [10]

(5) fl-Anness F, il-Formola III, V, il-punt (ċ) għandu jitħassar. Il-Punti "(d), (e), (f), u (g)" għandhom isiru "(ċ), (d), (e) u (f)".

L-Artikolu 2

Id-Direttiva 72/461/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

(1) fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 13a(3), "il-31 ta’ Diċembru 1991" għandha tiġi sostitwita bl-"1 ta’ Lulju 1992";

(2) fl-Artikolu 3, il-punt li ġej għandu jiżdied:

"(e) Il-laħam m’għandux ikun soġġett għall-miżuri restrittivi ta’ saħħa ta’ l-annimali skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 80/217/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-majjali [11]

L-Artikolu 3

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 80/215/KEE għandu jitħassar.

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 2(1) ta’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1992 u, fir-rigward ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet rimanenti tagħha, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1992.

Huma għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

Meta dawn il-miżuri huma adottati mill-Istati Membri, huma għandhom jikkontjenu referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Diċembru 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Bukman

[1] ĠU C 226 tat-3.8.1991, p. 20.

[2] ĠU C 326, tas-16.12.1991.

[3] L-opinjoni mogħtija fit-28 ta’ Novembru 1991 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

[5] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p.107.

[6] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[7] ĠU L 134, tad-29.5.1991, p. 45.

[8] ĠU L 47, tal-21.2.1980, p. 4.

[9] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[10] ĠU L 47, tat-21.2.1980, p. 11."

[11] ĠU L 47, tat-21.2.1980, p. 11."

--------------------------------------------------