31991L0672



Official Journal L 373 , 31/12/1991 P. 0029 - 0032
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0060
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0060


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tas-16 ta’ Diċembru 1991

dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma

(91/672/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod speċjali l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi jixraq li jkun hemm ħidma sabiex jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet komuni rigward it-tbaħħir tal-bastimenti għall-passaġġi interni fuq l-ilma fil-passaġġi interni fuq l-ilma Komunitarji;

Billi, jixraq, bħala l-ewwel pass, bil-ħsieb li titmexxa’ l quddiem in-navigazzjoni libera fil-passaġġi interni fuq l-ilma Komunitarji, għalbiex jinkiseb ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati nazzjonali tal-boatmasters għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u tal-passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma;

Billi jistgħu jeħtieġu li jiġu ssodisfati ħtiġiet addizzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-għarfien tas-sitwazzjonijiet lokali minħabba n-navigazzjoni f’ċerti passaġġi interni fuq l-ilma,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Għall-għan ta’ din id-Direttiva, iċ-ċertifikati nazzjonali tal-boatmasters għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma, kif riferiti fl-Anness I għandhom jiġu suddiviżi kif ġej:

Il-Grupp A: | iċ-ċertifikati tal-boatmasters validi għal passaġġi interni fuq l-ilma ta’ karattru marittimu li jkollhom il-karatteristika marittima kif indikata fl-Anness II, |

Il-Grupp B: | iċ-ċertifikati tal-boatmasters validi għal passaġġi interni fuq l-ilma l-oħrajn fil- Komunità, għajr għar-Renu, il-Lek u l-Waal. |

L-Artikolu 2

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(5), il-liċenzja tan-navigazzjoni fuq ir-Renu għall-boatmasters maħruġa skond il-Konvenzjoni riveduta dwar in-Navigazzjoni fuq ir-Renu għandha tkun valida għall-passaġġi interni fuq l-ilma kollha fil-Komunità.

L-Artikolu 3

1. Iċ-ċertifikati tal-boatmasters li għadhom fis-seħħ u li huma mniżżla fil-lista tal-Grupp A fl-Anness I għandhom ikunu rrikonoxxuti mill-Istati Membri kollha bħala validi għall-għanijiet tan-navigazzjoni f’passaġġi interni fuq l-ilma ta’ karatteristika marittima kif imniżżla fil-lista fl-Anness II, daqs li kieku ħarġu ċ-ċertikati fil-kwistjoni huma nfushom.

2. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu b’mod reċiproku ċ-ċertifikati tal-boatmasters li għadhom fis-seħħ u li huma mniżżla fil-lista fil-Grupp B fl-Anness I bħala validi għall-għanijiet tan-navigazzjoni fil-passaġġi interni fuq l-ilma tagħhom minbarra dawk li għalihom tinħtieġ il-liċenzja tan-navigazzjoni fuq ir-Renu jew li huma mniżżla fil-lista fl-Anness II, daqs li kieku ħarġu ċ-ċertifikati huma nfushom.

3. L-għarfien minn Stat Membru taċ-ċertifikat tal-boatmasters imniżżel fil-lista tal-Grupp A jew tal-Grupp B fl-Anness I jista’ jiġi magħmul bla ħsara għall-istess kondizzjonijiet minimi dwar l-età bħal dawk stabbiliti fl-Istat Membru fil-kwistjoni għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-boatmasters fl-istess grupp.

4. Il-għarfien minn Stat Membru taċ-ċertifikat tal-boatmasters jista’ jkun limitat għal dawk il-kategoriji ta’ bastimenti li għalihom huwa validu dan iċ-ċertifikat fl-Istat Membru li jkun ħarġu.

5. Bla ħsara għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni u ta’ l-Istati Membri l-oħra, Stat Membru jista’ jeħtieġ illi, għall-għanijiet tan-navigazzjoni f’ċerti passaġġi interni fuq l-ilma għajr dawk li għandhom il-karatteristika marittima kif indikat fl-Anness II, il-boatmasters ta’ l-Istati Membri l-oħra jissodisfaw il-kondizzjonijiet addizzjonali li jirrigwardaw l-għarfien tas-sitwazzjoni lokali ekwivalenti għal dawk meħtieġa mill-boatmasters nazzjonali tiegħu.

6. Din id-Direttiva ma għandhiex tipprevieni lil Stat Membru milli jkun jeħtieġ għarfien addizzjonali min-naħa tal-boatmasters li jbaħħru biċċiet tal-baħar li jġorru sustanzi perikolużi fit-territorju tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jirrikkonoxxu ċ-ċertifikat maħruġ skond in-numru 10170 ta’ l-ADNR bħala l-prova ta’ dan il-għarfien.

L-Artikolu 4

Jekk ikun ta’ ħtieġa l-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex taddatta l-lista taċ-ċertifikati li jidhru fl-Anness I, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7.

L-Artikolu 5

Il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, jiddeċiedi sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1994 dwar id-dispożizzjonijiet komuni li jirrigwardaw it-tbaħħir ta’ bastimenti għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri f’passaġġi interni fuq l-ilma abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni li trid tiġi sottomessa sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1993.

L-Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1993. Huma jridu jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn irid ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 7

1. Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 4 il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat kompost mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ppresjejdut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat abbozz għall-emendi ta’ l-Anness I. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fil-limitu taż-żmien li jista’ jistabbilixxi l-President skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jieħu fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-kumitat għandhom jiġu peżati fil-manjiera ddikjarata f’dan l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi għall-Anness I jekk ikunu skond l-opinjoni tal-kumitat.

Jekk l-emenda prevista ma tkunx skond l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta li jkollha x’taqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi bil-maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, fi żmien tliet xhur mid-data tar-riferiment lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, l-emenda proposta għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Maij-weggen

[1] ĠU C 120, tas-7.5.1988, p. 7.

[2] ĠU C 12, tas-16.1.1989, p. 41.

[3] ĠU C 318, tat-12.12.1988, p. 18.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

IL-LISTA TAĊ-ĊERTIFIKATI TAL-BOATMASTERS GĦALL-ĠARR TA’ MERKANZIJA U TA’ PASSIĠĠIERI PERMEZZ TA’ PASSAĠĠI INTERNI FUQ L-ILMA LI HEMM REFERENZA GĦALIHA FL-ARTIKOLU 1 TAD-DIRETTIVA

GRUPP A: | Iċ-ċertifikati tal-boatmasters validi għall-passaġġi interni fuq l-ilma b’karatteristika marittima mniżżla fil-lista fl-Anness IIIr-Renju tal-Belġju"Brevet de conduite A (arrêté royal no… du…)"/"Vaarbrevet A (Koninklijk Besluit nr.… van…)".Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja"Schifferpatent" b’validità addizzjonali għas-"Seeschiffahrtsstraβen" (Binnenschifferpatentverordnung 7. 12. 1981).Ir-Repubblika Franċiża"Certificat général de capacité de catégorie "A"" li jkollu t-timbru li jispeċifika l-validità taċ-ċertifikat dwar il-passaġġi fuq l-ilma tal-Grupp A (għaż-żona tan-navigazzjoni 2 għall-għanijiet tad-Direttiva 82/714/KEE) [1] (décret du 23 juillet 1991, Journal officiel du 28 juillet 1991),"Certificats spéciaux de capacité" li jkollhom il-kliem li jispeċifika l-validità taċ-ċertifikat dwar il-passaġġi fuq l-ilma tal-Grupp A (taż-żona tan-navigazzjoni 2 għall-għanijiet tad-Direttiva 82/714/KEE) (décret du 23 juillet 1991, Journal officiel du 28 juillet 1991).Ir-Renju ta’ l-Olanda"Groot Vaarbewijs II" (Binnenschepenwet, Staatsblad 1981, nr. 678). |

GRUPP B: | Iċ-ċertifikati tal-boatmasters validi għall-passaġġi interni fuq l-ilma fil-Komunità, bl-eċċezzjoni tar-Renu, il-Lek u l-WaalIr-Renju tal-Belġju"Brevet de conduite B (arrêté royal no… du…)"/"Vaarbrevet B (Koninklijk Besluit nr.… van…)".Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja"Schifferpatent" (Binnenschifferpatentverordnung 7. 12. 1981).Ir-Repubblika Franċiża"Certificat général de capacité de catégorie" A, li ma jkollux fuqu t-timbru li jispeċifika l-validità taċ-ċertifikat għall-passaġġi interni fuq l-ilma tal-Grupp A (għaż-żona tan-navigazzjoni 2 għall-għanijiet tad-Direttiva 82/714/KEE) (décret du 23 juillet 1991, Journal officiel du 28 juillet 1991),"Certificats spéciaux de capacité" li ma jkollhomx it-timbru li jispeċifika l-validità taċ-ċertifikat dwar il-passaġġi interni fuq l-ilma tal-Grupp A (għaż-żona tan-navigazzjoni 2 għall-għanijiet tad-Direttiva 82/714/KEE) (décret du 23 juillet 1991, Journal officiel du 28 juillet 1991).Ir-Renju ta’ l-Olanda"Groot Vaarbewijs I" (Binnenschepenwet, Staatsblad 1981, nr. 678). |

[1] ĠU L 301, tat-28.10.1982, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

IL-LISTA TA’ PASSAĠĠI INTERNI FUQ L-ILMA B’KARATTERISTIKA MARITTIMA LI HEMM REFERENZA GĦALIHA FL-ARTIKOLU 2 TAD-DIRETTIVA

Ir-Renju tal-Belġju

Ix-Scheldt Marittimu.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Iż-żona 1 u ż-żona 2 fl-Anness I mad-Direttiva 82/714/KEE.

Ir-Renju ta’ l-Olanda.

Id-Dollard, l-Eems, il-Waddenzee, l-IJsselmeer, ix-Scheldt tal-Lvant u tal-Punent.

--------------------------------------------------