31991L0497



Official Journal L 268 , 24/09/1991 P. 0069 - 0104
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0058
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0058


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tad-29 ta’ Lulju 1991

li temenda u tikkonsolida d-Direttiva 64/433/KEE dwar problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’laħam frisk sabiex tiġi estiża għall-produzzjoni u t-tqeghid fis-suq ta’ laħam frisk

(91/497/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni , [1]

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi laħam minn annimali bovini, majjali, nagħaġ u mogħoż u solipedi domestiċi huwa inkluż fil-lista ta’ prodotti fl-Anness II għat-Trattat; billi l-produzzjoni ta’ laħam frisk u n-negozju tiegħu jikkostitwixxi fonti importanti ta’ introjtu għall-parti tal-popolazzjoni tal-biedja;

Billi sabiex jiġi assigurat żvilupp razzjonali ta’ dan is-settur u sabiex tiżdied il-produttività, regoli dwar is-saħħa pubblika li jirregolaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq għandhom jiġu stabbiliti f’livell Komunitarju;

Billi l-Komunità għandha tadotta miżuri għall-istabbiliment gradwali tas-suq intern tul perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992;

Billi d-Direttiva 64/433/KEE [4] stabbilixxiet ir-rekwiżiti tas-saħħa li għandhom jiġu osservati fil-kummerċ intra-Komunitarju f’laħam minn annimali bovini, majjali, nagħaġ u mogħoż u solipedi domestiċi;

Billi d-Direttiva 89/662/KEE [5] stabbilixxiet regoli dwar il-kontrolli li għandhom jiġu applikati bil-ħsieb tal-kompletazzjoni tas-suq intern, u b’mod partikolari abolixxiet kontrolli veterinarji fil-fruntieri bejn l-Istati Membri;

Billi sabiex jittieħed kont ta’ l-abolizzjoni tal-kontrolli msemmija u ta’ l-introduzzjoni ta’ aktar garanziji stretti fl-oriġini meta ma jkunx aktar possibbli li jkun hemm distinzjoni bejn prodotti għas-suq domestiku u prodotti li għandhom jitqiegħdu fis-suq fi Stat Membru ieħor, ir-rekwiżiti tad-Direttiva 64/433/KEE għandhom jiġu adattati u estiżi għall-produzzjoni kollha tal-laħam;

Billi għal dak l-iskop huwa neċessarju li jiġu armonizzati l-kondizzjonijiet li taħthom ċertu laħam huwa dikjarat mhux tajjeb għall-konsum uman;

Billi d-Direttiva 64/433/KEE ġiet sostanzjalment emendata f’numru ta’ okkażjonijiet; billi għall-kjarezza dik id-Direttiva għandha tiġi kkonsolidata;

Billi huwa neċessarju li jiġu adattati r-referenzi fid-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972, dwar problemi ta’ saħħa u dawk veterinarji ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini u majjali u annimali ovini u kaprini u laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [6], fid-dawl ta’ dik il-konsolidazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 64/433/KEE hija hawnhekk sostitwita bit-test anness ma’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

Id-Direttiva 72/462/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

(1) fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 1(1), it-test fil-parentesi għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"(inklużi l-speċi Bubalus bubalis u Bison bison)";

(2) Fl-Artikolu 4(ċ):

(a) fit-tieni subparagrafu

- "13" għandu jiġi sostitwit b’"14"

- "24" għandu jitħassar,

- "41(Ċ)" għandu jiġi sostitwit b’"42(A)(2)";

(b) is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

"Skond l-istess proċedura, garanziji speċifiċi jistgħu jkunu meħtieġa li jikkonċernaw il-kwalità ta’ ilma tajjeb għax-xorb użat minn stabbilimenti u s-sorveljanza medika ta’ staff li jaħdem u jittratta l-laħam frisk";

(3) Fl-Artikolu 17:

(a) il-paragrafu 2:

- f’(b) "Il-Kapitolu V" għandu jiġi sostitwit b’"Il-Kapitolu VI",

- f’(ċ) "Il-Kapitolu VI" għandu jiġi sostitwit b’"Il-Kapitolu VII",

- f’(d) "Il-Kapitolu VII" għandu jiġi sostitwit b’"Il-Kapitolu VIII",

- f’(e) "Il-Kapitolu X" għandu jiġi sostitwit b’"Il-Kapitolu XI" u "Il-Kapitolu XIII" għandu jiġi sostitwit b’"Il-Kapitolu XIV",

- f’(g) "Il-Kapitolu XIV" għandu jiġi sostitwit b’"Il-Kapitolu XV".

(b) il-paragrafu 3:

- "Il-Kapitolu XIII" għandu jiġi sostitwit b’"Il-Kapitolu XIV";

(4) Fl-Artikolu 18:

(a) il-paragrafu 1(b):

(i) "Il-Kapitolu VIII" għandu jiġi sostitwit b’"Il-Kapitolu IX";

(ii) "Il-Kapitolu IX" għandu jiġi sostitwit b’"Il-Kapitolu X";

(iii) "Il-Kapitolu XI" għandu jiġi sostitwit b’"Il-Kapitolu XII";

(b) il-paragrafu 3:

- "il-paragrafu 45(d) tal-Kapitolu VIII" għandu jiġi sostitwit b’"il-paragrafu 46 tal-Kapitolu IX";

(5) fl-Artikolu 20(d) "il-paragrafu 57 tal-Kapitolu X" għandu jiġi sostitwit b’"il-paragrafu 58 tal-Kapitolu XI".

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1993. Għandhom minnufih jinfurmaw lil Kummissjoni bihom.

Meta Stati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Lulju 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Van Den Broek

[1] ĠU C 84, tat-2.4.1990, p. 8, u l-proposta ppreżentata fl-10 ta’ Novembru 1983 (mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU C 183, tal-15.7.1991.

[3] ĠU C 332, tal-31.12.1990, p. 53.

[4] ĠU 121, tad- 29.7.1964, p. 2012/64. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/662/KEE (ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13).

[5] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva emendata bid-Direttiva 90/675/KEE (ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1).

[6] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/69/KEE (ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 37).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Id-Direttiva Tal-Kunsill 64/433/KEE

tas-26 ta' Ġunju 1964

dwar kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' laħam frisk

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella [1], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni tas-suq fil-laħam tal-majjal [2] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 tal-25 ta' Settembru 1989 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż [3], stabbilixxa l-bażi għall-moviment ħieles taċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż;

Billi, sakemm kummerċ intra-Komunitarju jkun imfixkel bid-differenzi bejn ir-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw il-laħam, l-implimentazzjoni tar-regolamenti msemmija fuq ma jkollhiex l-effett mixtieq;

Billi, sabiex jiġu eliminati dawn id-differenzi, id-dispożizzjonijiet tas-saħħa ta' l-Istati Membri għandhom jiġu approssimati inlinja mar-regolamenti ta' hawn fuq;

Billi l-iskop ta' din l-approssimazzjoni għandha tkun b'mod partikolari biex jiġu standardizzati rekwiżiti tas-saħħa għal laħam f'postijiet tal-qatla u kmamar ta' tqattigħ u waqt il-ħażna u t-trasport; billi għandha tiġi introdotta sistema ta' approvazzjoni għall-postijiet tal-qatla u impjanti ta' tqattigħ li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa stabbiliti b'din id-Direttiva, flimkien ma’ proċedura ta' spezzjoni Komunitarja biex tassigura li l-kondizzjonijiet għal din l-approvazzjoni huma osservati; billi għandha ssir ukoll dispożizzjoni għall-approvazzjoni ta' mħażen kiesħa;

Billi stabbilimenti ta' kapaċità baxxa għandhom jiġu approvati permezz ta' struttura simplifikata u kriterji ta' infrastruttura, waqt li jkun hemm konformità mar-regoli ta' iġene stabbiliti f'din id-Direttiva;

Billi l-immarkar tas-saħħa tal-laħam u l-awtorizzazzjoni tad-dokument ta' trasport mill-veterinarju uffiċjali ta' l-istabbiliment ta' oriġini huwa l-aħjar mod biex jiġu ssodisfati l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' destinazzjoni li kunsinna ta' laħam tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva; billi ċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinżamm għall-iskopijiet ta' verifika tad-destinazzjoni ta' ċertu laħam;

Billi r-regoli, il-prinċipji u l-miżuri ta' salvagwardja stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta' l-10 ta' Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi oħra [4] għandhom japplikaw hawnhekk;

Billi fil-kuntest ta' kummerċ bejn Stati Membri, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 li tikkonċerna l-kontrolli veterinarji f'kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tal-kompletazzjoni tas-suq intern [5] għandhom jiġu applikati wkoll;

Billi l-Kummissjoni għandha tkun fdata bix-xogħol ta' adozzjoni ta' ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva; bili, għal dik l-iskop, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri li jistabbilixxu kooperazzjoni viċina u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' laħam frisk għal konsum uman minn annimali domestiċi ta' l-speċi li ġejjin: annimali bovini (inklużi Bubalus bubalis u Bison bison), majjali, nagħaġ u mogħoż u solipedi domestiċi.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-qtugħ u l-ħażna ta' laħam frisk li jsir fi ħwienet ta' l-imnut jew f'postijiet viċin punti ta' bejgħ, fejn it-tqattigħ u l-ħażna jsiru biss għall-iskop li l-konsumatur ikun fornut direttament fuq il-post.

3. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal regoli Komunitarji speċifiċi dwar laħam kapuljat.

4. Din id-Direttiva ma taffettwax xi restrizzjonijiet imposti, inkonformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat, dwar il-bejgħ bl-imnut ta' laħam minn solipedi.

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

(a) "laħam" ifisser il-partijiet kollha ta' annimali domestiċi bovini (inklużi l-ispeċi Bubalus bubalis u Bison bison), majjali, nagħaġ, mogħoż u solipedi li huma adattati għall-konsum uman;

(b) "laħam frisk" ifisser laħam, inkluż laħam imkebbeb f'vakwu jew imgeżwer f'atmosfera kkontrollata, li m'għaddiex xi trattament oltre trattament kiesaħ sabiex tiġi assigurata l-preservazzjoni;

(ċ) "laħam irkuprat mekkanikament" ifisser laħam ottenut b'mezzi mekkaniċi minn għadam li fihom laħam barra l-għadam tar-ras, l-estremitajiet tad-dirgħajn taħt il-ġonot karpali u tarsal u, fil-każ tal-majjal, il-vertebri coccygeal, u maħsuba għal stabbilimenti approvati skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 77/99/KEE [6];

(d) "karkassa" jfisser il-ġisem sħiħ ta' annimal maqtul wara li jkun ġie żvinat, evixxerat u jkunu tneħħewlu d-dirgħajn fil-carpus u t-tarsus, it-tneħħija tar-ras, id-denb u l-beżżula, u barra minn hekk, fil-każ ta' annimali bovini, nagħaġ, mogħoż u solipedi, wara li jitqaxxru. Madankollu, f'każ tal-majjali, it-tneħħija tad-dirgħajn fil-carpus u t-tarsus u t-tneħħija tar-ras jistgħu ma jsirux meta l-laħam huwa intiż għal trattament skond id-Direttiva 77/99/KEE;

(e) "interjuri" jfisser laħam frisk oltre dak tal-karkassa kif definit f' (d), anke jekk jibqa' konness mal-karkassa b'mod naturali;

(f) "vixxera" jfisser intejuri mill-kavitajiet toraċi, addominali jew pelviċi, inkluża t-trakea u l-oesophagus';

(g) "veterinarju uffiċjali" jfisser il-veterinarju maħtur mill-awtorità ċentrali kompetenti ta' l-Istat Membru;

(h) "pajjiż li jesporta" jfisser l-Istat Membru li minnu jintbagħat il-laħam frisk;

(i) "pajjiż ta' destinazzjoni" jfisser l-Istat Membru li lilu jintbgħat il-laħam frisk minn Stat Membru ieħor;

(j) "mezz ta' trasport" ifisser partijiet ta' vetturi li jittrasportaw il-merkanzija, vetturi tal-binarji u inġenji ta' l-ajru u l-istivi ta' vapuri jew containers għat-trasport bl-art, bil-baħar jew bl-ajru;

(k) "stabbiliment" ifisser post tal-qatla approvat, impjant ta' tqattigħ approvat, maħżen kiesaħ approvat jew unit li jgħaqqad flimkien diversi stabbilimenti simili;

(l) "it-tkebbib" ifisser il-protezzjoni ta' laħam frisk bl-użu ta' tgeżwir inizjali jew kontenitur inizjali f'kuntatt dirett mal-laħam frisk ikkonċernat u l-karta ta' tkebbib inizjali jew il-container inizjali proprju;

(m) "l-ippakkjar" ifisser it-tqegħid ta' laħam frisk imgeżwer f'kontenitur ieħor u l-kontenitur ta' l-aħħar proprju;

(n) "qatla speċjali ta' emerġenza" tfisser: kwalunkwe qtil ordnat min kirurgu veterinarju wara inċident jew problemi serji fiżjoloġiċi jew funzjonali. Qatla speċjali ta' emerġenza tista sseħħ barra l-biċċerija fejn il-kirurgu veterinarju jikkunsdira li t-trasport ta' l-annimal kien ikun impossibli jew kien jissoġġetta l-annimal għal sofferenza mhux neċessarja.

L-Artikolu 3

1. Kull Stati Membru għandu jassigura li:

A. karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħa f'mhux aktar min tliet biċċiet sħaħ, u kwartijiet:

(a) ġew ottenuti f'biċċerija li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli I u II ta' l-Anness I u approvata u sorveljata skond l-Artikolu 10, jew f'biċċerija approvata speċifikament skond l-Artikolu 4;

(b) jiġu minn annimal maqtul spezzjonat ante mortem minn veterinarju uffiċjali skond il-Kapitolu VI ta' l-Anness I u ddikjarat b'saħħtu, bħala riżultat ta' din l-ispezzjoni għal qatla għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva;

(ċ) ġew trattati taħt kondizzjonijiet sodisfaċenti ta' iġene skond il-Kapitoli V u VII ta' l-Anness I;

(d) ġew spezzjonati post mortem minn veterinarju uffiċjali skond il-Kapitolu VIII ta' l-Anness I u ma juru ebda bidla ħlief għal leżjonijiet trawmatiċi li seħħew ftit qabel il-qatla jew malformazzjonijiet jew bidliet lokalizzati, sakemm jiġi stabbilit, jekk neċessarju, bit-testijiet approprjati tal-laboratorju, li dawn il-leżjonijiet, malformazzjonijiet jew bidliet ma jirrendux il-karkassa u l-interjuri mhux tajbin għall-konsum uman jew ta' perikolu għas-saħħa tal-bniedem;

(e) għandhom marka tas-saħħa skond il-Kapitolu XI ta' l-Anness I;

(f) huma akkumpanjati matul it-trasport b:

(i) sat-30 ta' Ġunju 1993, iċ-ċertifikat tas-saħħa maħruġ mill-veterinarju uffiċjali fil-ħin tat-tagħbija, li għandu jikkorrispondi formalment u fil-kontenut għall-mudell fl-Anness V u għandu jitfassal mill-inqas fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-pajjiż ta' destinazzjoni. Għandu jikkonsisti f'karta waħda

(ii) mill-1 ta' Lulju 1993, dokument kummerċjali li jakkumpanjahom awtorizzat mill-veterinarju uffiċjali. Dan id-dokument għandu:

- barra d-dettalji previsti fil-punt 50 tal-Kapitolu X ta' l-Anness I, jinkludi fil-każ ta' laħam iffriżat ix-xahar u s-sena tal-friża b’mod ċar, ikollu numru ta' kodiċi li bih il-veterinarju uffiċjali jista’ jiġi identifikat,

- jinżamm mid-destinatarju għal mill-inqas sena sabiex ikun jista’ jiġi prodott fuq it-talba ta' l-awtorità kompetenti.

(iii) ċertifikat tas-saħħa skond il-Kapitolu XI ta' l-Anness I, fil-każ ta' laħam minn biċċerija li tinstab f’reġjun jew żona ristretta jew laħam li għandu jintbagħat Stat Membru ieħor, wara transitu minn pajjiż terz f’lorry ssiġillat.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' (ii), u b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-allokazzjoni ta' numri kodifikati u l-kompilazzjoni ta' lista waħda jew aktar li tidentifika l-veterinarji uffiċjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16;

(g) huma maħżuna skond il-Kapitolu XIV ta' l-Anness I wara spezzjoni post-mortem taħt kundizzjonijiet sodisfaċenti ta' iġene fi stabbilimenti approvati skond l-Artikolu 10 u sorveljati skond il-Kapitolu X ta' l-Anness I;

(h) huma ttrasportati taħt kondizzjonijiet sodisfaċenti ta' iġene skond il-Kapitolu XV ta' l-Anness I;

B. qatgħat jew biċċiet iżgħar minn dawk imsemmija fit-taqsima A, jew laħam bl-għadam imneħħi:

(a) jitneħħielhom l-għadam jew jiġu maqtugħa f'impjant tal-qtugħ li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli I u III ta' l-Anness I u jiġu approvati u sorveljati skond l-Artikolu 10;

(b) huma marbuta jew maqtugħa u ottenuti skond il-Kapitolu IX ta' l-Anness u jiġu minn:

- laħam frisk li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-taqsima A, ħlief dawk imsemmija fis-subparagrafu (h), u li huwa ttrasportat skond il-Kapitolu XV ta' l-Anness I, jew

- laħam frisk impurtat minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva 90/675/KEE;

(ċ) ġew maħżuna taħt kondizzjonijiet li jikkonformaw mal-Kapitolu XIV ta' l-Anness I fi stabbilimenti approvati skond l-Artikolu 10 u sorveljati skond il-Kapitolu X ta' l-Anness I;

(d) ġew ikkontrollati minn veterinarju uffiċjali skond il-Kapitolu X ta' l-Anness I;

(e) jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' tgeżwir u ppakkjar stabbiliti fil-Kapitolu XII ta' l-Anness I;

(f) jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-taqsima A (ċ), (e), (f) u (h);

Ċ. interjuri minn biċċerija approvata jew impjant approvat tat-tqattigħ. L-interjuri kollha għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-taqsimiet A u B. Interjuri maqtugħa slices għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-taqsima B.

L-interjuri ma jistgħux jitqattgħu slices ħlief għall-fwied ta' annimali ta' l-ispeċi bovini meta dan il-fwied jitqatta slices f'impjant approvat tat-tqattigħ. L-estensjoni ta' din id-deroga għall-fwied ta' annimali ta' speċi oħra tista’ tiġi deċiża mill-Kunsill waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni;

D. laħam frisk li ġie maħżun skond din id-Direttiva f'maħżen kiesaħ approvat mill-Istat Membru u li wara dan m'għaddiex minn trattament, ħlief inkonnessjoni mal-ħażna:

(a) jissodisfa r-rekwiżiti tat-taqsima A (ċ), (e), (g) u (h) u t-taqsimiet B u Ċ jew huwa laħam frisk impurtat minn pajjiżi terzi skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 90/675/KEE;

(b) huwa akkumpanjat matul it-trasport għall-post tad-destinazzjoni mid-dokument kummerċjali jew iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu (A) (f).

Meta l-laħam għandu jiġi akkumpanjat b'ċertifikat, dan ta' l-aħħar għandu jimtela mill-veterinaju uffiċjali fuq il-bażi ta' ċertifikati tas-saħħa annessi mal-kunsinna ta' laħam frisk meta tqiegħdu fil-ħażna u għandhom, fil-każ ta' importazzjoni, jiddikjaraw l-oriġini tal-laħam frisk;

E. laħam frisk prodott skond din id-Direttiva li ġie maħżun f'maħżen kiesaħ ta' pajjiż terz approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE [7] taħt kontroll doganali li wara dan ma għadda minn ebda trattament, ħlief inkonnessjoni mal-ħażna:

(a) jissodisfa r-rekwiżiti tat-taqsimiet A, B u Ċ;

(b) jissodisfa l-garanziji speċifiċi li jikkonċernaw il-kontroll u ċ-ċertifikazzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti ta' ħażna u trasport;

(ċ) għandu miegħu ċertifikat li jikkorrispondi għal mudell imfassal taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16.

Il-garanziji speċifiċi li jikkonċernaw il-kontroll, iċ-ċertifikazzjoni ta' konformità ma’ ħtiġiet ta' ħażna u trasport u l-ħruġ taċ-ċertifikat għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16.

2. Madankollu, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti Komunitarji tas-saħħa ta' l-annimali, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:

(a) laħam frisk maħsub għal utilitajiet oħra barra l-konsum uman;

(b) laħam frisk maħsub għal esibizzjoni, studji speċjali jew analiżi, sakemm il-kontroll uffiċjali jagħmlu possibbli li jiġi assigurat li l-laħam mhuwiex użat għall-konsum uman u li, meta tgħaddi l-esibizzjoni jew meta jitwettqu l-istudji speċjali jew l-analiżi, il-laħam, bl-eċċezzjoni ta' dak użat għall-iskopijiet ta' l-analiżi, jinqered;

(ċ) laħam frisk maħsub esklussivament bħala fornituri għal organizzazzjonijiet internazzjonali.

L-Artikolu 4

A. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li mill-1 ta' Jannar 1993 biċċeriji li joperaw fil-31 ta' Diċembru 1991 u li jittrattaw mhux aktar minn 12-il unità ta' bhejjem [8] fil-ġimgħa b'massimu ta' 600 unità ta' bhejjem fis-sena huma soġġetti għar-rekwiżiti li ġejjin jekk ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' l-Anness I:

1. Għandhom ikunu s-suġġett ta' reġistrazzjoni speċjali veterinarja u jingħataw numru ta' approvazzjoni speċifiku marbut ma’ l-unità lokali ta' sorveljanza lokali.

Sabiex jiġi approvat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

(a) l-istabbiliment għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni stabbiliti fl-Anness II;

(b) l-operatur tal-biċċerija, is-sid jew l-aġent tiegħu għandhom iżommu reġistru ta'

- annimali li jidħlu fl-istabbiliment jew prodotti tal-qatla li jitilquh,

- il-kontrolli mwettqa,

- ir-riżultati ta' dawk il-kontrolli.

Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-awtorità kompetenti fuq talba tagħha;

(ċ) il-biċċerija għandu jinnotifika lis-servizz veterinarju fil-ħin tal-qatla u n-numru u l-oriġini ta' l-annimali biex jippermettulha twettaq l-ispezzjoni ante mortem skond il-Kapitolu VI ta' l-Anness I, jew fir-razzett jew immedjatament qabel il-qatla;

(d) il-veterinaarju uffiċjali jew awżiljarju għandu jkun preżenti fil-ħin tal-qatla sabiex jassigura konformità mar-regoli ta' iġene stabbiliti fil-Kapitoli V, VII u VIII ta' l-Anness I.

Meta l-veterinarju uffiċjali ma jistax ikun preżenti fil-ħin tal-qatla, il-laħam ma jistax jitlaq l-istabbiliment sakemm il-veterinarju uffiċjali jkun wettaq spezzjoni post mortem, li għandha ssir fil-jum tal-qatla;

(e) l-awtorità kompetenti għandha tagħmel monitoraġġ tal-katina ta' distribuzzjoni tal-laħam li ġej mill-istabbiliment u l-immarkar approprjat ta' prodotti dikjarati mhux tajba għal konsum kif ukoll id-destinazzjoni sussegwenti u l-użu tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu lista ta' stabbilimenti li jibbenefikaw minn dawn id-derogi u jibgħatuha, u xi emendi sussegwenti għaliha lill-Kummissjoni;

(f) l-awtorità kompetenti għandha tassigura li laħam frisk mill-istabbilimenti msemmija f’(e) huwa mmarkat bit-timbri approvati għall-iskop skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16, li juri d-distrett amministrattiv ta' l-unità tas-saħħa li taħtu jaqa’ l-istabbiliment.

2. Jistgħu jingħataw ukoll derogi mill-awtorità kompetenti skond l-Anness II fil-każ ta' impjanti ta' tqattigħ li ma jinstabux fi stabbiliment approvat u li ma jipproduċux aktar min tliet tunnellati fil-ġimgħa.

Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII u IX u l-punt 48 tal-Kapitolu X ta' l-Anness I m'għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet ta' ħażna u tqattigħ fl-istabbilimenti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

3. Laħam li ġie ġġudikat li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' iġene u saħħa stabbiliti b'din id-Direttiva għandu jiġu mmarkati b'timbru li juri d-distrett amministrattiv ta' l-unità tas-saħħa responsabbli għall-istabbiliment ta' oriġini. Il-mudell ta' dan it-timbru għandu jiġi determinat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16.

4. Laħam mill-istabbilimenti msemmija f'dan l-Artikolu għandu:

(i) jinżamm għal bejgħ dirett fis-suq lokali, frisk jew ipproċessat, lil bejjiegħa bl-imnut jew lill-konsumatur mingħajr ippakkettar jew tgeżwir minn qabel;

(ii) jiġi ttrasportat mill-istabbiliment lid-destinatarju taħt kondizzjonijiet iġeneċi ta' trasport.

B. Jekk neċessarju, stabbilimenti ġodda jistgħu, b'deroga mill-istruttura u rekwiżiti ta' infrastruttura ta' l-Anness I għal din id-Direttiva, jiġu approvati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16, sakemm ir-rekwiżiti tas-sezzjoni A jiġu ssodisfati.

Ċ. L-esperti veterinarji tal-Kummissjoni jistgħu, flimkien ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u sakemm neċessarju għall-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, iwettqu kontrolli fuq il-post fuq numru rappreżentattiv ta' stabbilimenti li jibbenefikaw mill-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

D. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-procedura stabbilita fl-Artikolu 16.

E. Il-Kunsill għandu, qabel l-1 ta' Jannar 1998, jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu fuq bażi ta' rapport mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-veterinarju uffiċjali jiddikjara mhux tajjeb għal konsum uman:

(a) laħam għall-annimali:

(i) li fih, mingħajr preġudizzju għall-mard speċifikat fl-Anness Ċ għad-Direttiva 90/425/KEE [9], wieħed mill-mard li ġej ġie djanjostikat:

- antinobaċillożi ġeneralizzat jew antinomikosi

- blackleg,

- tuberkulosi ġeneralizzata,

- lymphadenitis ġeneralizzata,

- glanders,

- rabja,

- tetanus,

- salmonellosi akuta,

- bruċellosi akuta,

- swine erysipelas,

- botulism,

- speticaemia, pyaemia, toxaemia jew viraemia;

(ii) li juri leżjonijiet akuti ta' broncho-pneumonia, pleurisy, peritonjum, metrite, mastrite, artrite, perikardite, enterite jew meningo-enċefalomijelite kkonfermati bi spezzjoni dettaljata, possibilment supplimentata b'eżami batterjoloġiku u tfittxija għal residwi ta' sustanzi b'effett farmakoloġiku.

Madankollu, meta r-riżultti ta' dawn l-eżamijiet speċjali huma favorevoli, il-karkassi għandhom jiġu dikjarati mhux tajbin għal konsum uman wara li l-partijiet mhux tajbin għall-konsum ikunu tneħħew;

(iii) affetwat bil-mard parasitiku li ġej:

sarkoċitosi ġeneralizzata, cysticercosis ġeneralizzata, trikinosi;

(iv) mejjet, stillborn jew ma twelidx;

(v) maqtul żgħir wisq, u li l-laħam tiegħu huwa oedematous;

(vi) li juri sinjali ta' rquqija jew anaemia avvanzata;

(vii) li juri tumuri multipli, axxessi jew feriti gravi f'partijiet differenti tal-karkassa jew f'vixxera differenti;

(b) laħam minn annimali:

(i) li pproduċew reazzjoni pożittiva jew inkonklużiva għal tuberkulina u li fih eżami mwettaq skond il-punt 41(G) tal-Kapitolu VIII ta' l-Anness I wera biss leżjonijiet ta' tuberkolosi lokalizzati f'numru ta' organi jew numru ta' żoni fil-karkassa.

Madankollu, meta leżjoni ta' tuberkolosi tkun instabet fil-lymph nodes ta' l-istess organu jew parti mill-karkassa biss l-organu affetwat biss jew il-parti mill-karkassa u l-lymph nodes assoċjati għandhom jiġu dikjarati mhux tajbin għal konsum uman;

(ii) li rreaġixxew pożittivament jew inkonklussivament għal bruċellosi kkonfermat minn leżjonijiet li jindikaw infezzjoni akuta.

Anke jekk ma tkun instabet ebda leżjoni ta' dan it-tip il-beżżula, it-tract ġenitali u d-demm għandhom xorta jiġu dikjarati mhux tajbin għal konsum uman;

(ċ) - il-partijiet tal-karkassi li juru sinjali maġġuri jew infiltrazzjonijiet emoraġiċi, axxessi lokalizzati jew kontaminazzjoni lokalizzata,

- interjuri u vixxera b'leżjonijiet patoloġiċi ta' oriġini infettuża, parassitika jew trawmatika;

(d) laħam li:

- huwa bid-deni,

- juri anomaliji serji fir-rigward ta' kulur, riħa, konsistenza jew togħma;

(e) meta l-veterinarju uffiċjali huwa sodisfatt li l-karkassa jew l-interjuri huma affettwati b’caseous lymphadenitis jew xi kondizzjonijiet suppurattivi oħrajn u li l-kondizzjoni msemmija mhijiex ġeneralizzata jew assoċjata ma’ l-irquqija:

(i) kwalunkwe organu u l-lymph node assoċjata miegħu, jekk il-kundizzjoni msemmija fuq teżisti fil-wiċċ jew fis-sustanza ta' dak l-organu jew lymph node;

(ii) fi kwalunkwe każ li għalih ma japplikax (i), il-leżjoni u partijiet li jiċċirkondawhom kif jista’ jaħseb xieraq b'qies għall-età u l-grad ta' attività tal-leżjoni, dwar il-ftehim li leżjoni antika magħluqa sewwa tista’ titqies inattiva;

(f) laħam li jirriżulta mit-tirqim tal-punt ta' twaħħil;

(g) meta l-veterinarju uffiċjali huwa sodisfatt il l-karkassa kollha jew kwalunkwe parti ta' karkassa jew kwalunkwe interjuri huma affettwati minn xi marda jew kondizzjoni barra minn dawk imsemmija fil-punti preċedenti, il-karkassa kollha u l-interjuri jew dik il-parti inqas tagħhom kif jista’ jqis xieraq;

(h) karkassi li l-interjuri tagħhom ma jkunux għaddew minn spezzjoni post mortem;

(i) id-demm ta' annimal li l-laħam tiegħu ġie dikjarat mhux tajjeb għal konsum uman skond il-punti preċedenti u demm kontaminat minn kontenuti ta' l-istonku jew xi sustanza oħra;

(j) laħam minn annimali li ġew amministrati lilhom:

(i) sustanzi pprojbiti taħt id-Direttivi 81/602/KEE [10] u 88/146/KEE [11];

(ii) prodotti li x'aktarx jirrendu l-laħam perikoluż jew ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem li dwarhom għandha tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 wara li tkun ottenuta l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju.

(iii) tenderizers;

(k) laħam li jikkontjeni residwi ta' sustanzi awtorizzati skond l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 81/602/KEE u l-Artikoli 2 u 7 tad-Direttiva 88/146/KEE, residwi ta' prodotti mediċinali, antibijotiċi, pestiċidi jew ta' sustanzi oħra li huma ta' ħsara jew x'aktarx jagħmlu l-konsum ta' laħam frisk perikoluż jew ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem jekk dawn ir-residwi jkunu aktar mil-livell permess stabbilit mir-regoli Komunitarji;

(l) laħam kontaminat jew imċappas sa estent li għandu jiġi deċiż bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 wara li tiġi ottenuta l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti;

(m) il-fwied u l-kliewi ta' annimali li għandhom aktar minn sentejn minn reġjuni li fihom pjanijiet implimentati skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 86/469/KEE [12] urew il-preżenza ġeneralizzata ta' metalli tqal fl-ambjent;

(n) laħam li, mingħajr preġudizzju għal regolamenti Komunitarji possibbli applikabbli fis-settur ta' jonizzazzjoni, ġie ttrattat b'radjazzjoni jonizzanti jew ultravjola;

(o) laħam li jagħti riħa sesswali pronunzjata.

2. Żidiet jew emendi għall-paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati, b'mod partikolari għal tuberkolsoi, bruċellosi u salmonella, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 u wara li tiġi ottenuta l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju.

L-Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(a) mingħajr preġudizzju għall-każijiet previsti fl-Artikolu 5(1)(a) (iii) u l-Artikolu 5(2), laħam tal-majjal frisk jew laħam taż-żiemel imsemmi fl-Artikolu 3, jekk mhux ittestjat għal trikinosi skond l-Anness I għad-Direttiva 77/96/KEE [13], jgħaddi min trattament kiesaħ skond l-Anness IV għal dik id-Direttiva;

(b) laħam minn:

(i) majjali maskili użati għat-trobbija;

(ii) majjali cryptorchid u hermaphrodite;

(iii) mingħajr preġudizzju għall-każijiet previsti fl-Artikolu 5(1)(o) majjali maskili mhux kastrati b'karkassa ta' iktar minn 80 kilogramma, ħlief meta l-istabbiliment huwa kapaċi jiggarantixxi permezz ta' metodu rikonoxxut mill-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16, jew fl-assenza ta' dan il-metodu b'metodu rikonoxxut mill-awtorità kompetenti kkonċernata, li l-karkassi qegħdin jemittu riħa pronunzjata ta' ċingjal jistgħu jinkixfu,

ikollu l-marka speċjali prevista bid-Deċiżjoni Nru 84/371/KEE [14] u jgħaddi minn wieħed mit-trattamenti previsti fid-Direttiva 77/99/KEE;

(ċ) laħam rikoverat mekkanikament jgħaddi minn trattament ta' sħana skond id-Direttiva 77/99/KEE;

(d) wara t-tneħħija ta' partijiet mhux tajbin għall-konsum, laħam frisk u interjuri minn annimali b'infestazzjoni mhux ġeneralizzata b’Cysticercus bovis jew Cysticercus cellulosae jgħaddu minn trattament kiesaħ bl-użu ta' metodu rikonoxxut skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16;

(e) annimali li għaddew minn qatla ta' emerġenza speċjali jistgħu jkunu awtorizzati biss għall-konsum uman fis-suq lokali u biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ġew issodisfati:

- l-ażjenda ta' l-oriġini mhijiex soġġetta għal restrizzjonijiet ta' politika tas-saħħa,

- qabel il-qatla l-animal ġie sottopost għal spezzjoni "ante-mortem" minn veterinarju skond l-Artikolu 3(1)(A) (b),

- l-annimal ġie maqtul wara li jiġi stordut, żvinat u possibilment evixxerat fil-post; il-veterinarju jista’ jirrinunzja għall-istordament u jawtorizza sparar f'każijiet speċjali,

- l-annimal maqtul u żvinat jiġi ttrasportat malajr kemm jista’ jkun wara l-qatla taħt kondizzjonijiet sodisfaċenti ta' iġene lejn biċċerija approvata skond din id-Direttiva. Meta l-annimal maqtul ma jistax jinġieb f'siegħa lejn din il-biċċerija, għandu jiġ ttrasportat f’ container jew mezz ta' trasport li fih it-temperatura ambjentali tinżamm bejn 0 o u 4 oC. Evixxerazzjoni, sakemm ma tkunx saret fil-ħin tal-qatla, għandha titwettaq f’ massimu ta' tlett siegħat wara l-qatla; jekk l-evxxerazzjoni ssir fil-post, il-vixxera għandha tintbagħat mal-karkassa lejn il-biċċerija,

- waqt it-trasport lejn il-biċċerija l-annimal maqtul huwa akkumpanjat b'ċertifikat maħruġ mill-veterinarju li ordna l-qtil li jipprova r-riżultat favorevoli wara l-ispezzjoni "ante-mortem", il-kondotta korretta tat-tnixxija tad-demm, il-ħin tal-qatla u n-natura ta' kwalunkwe trattament amministrat lil annimal u, jekk xieraq, ir-riżultat ta' l-ispezzjoni tal-vixxera; dan iċ-ċertifikat għandu jikkorispondi għal mudell li għandu jsir skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16,

- il-karkassa ta' l-annimali maqtul, hija sakemm ssir l-spezzjoni "post mortem" skond l-Artikolu 3(1)(A) (d) ssupplimentata meta applikabli b'eżami batterjoloġiku li jkun identifikaj bħala kompletament jew parzjalment tajjeb għal konsum uman, ittrattat b'mod li ma jiġix f'kuntatt ma karkassi ta' laħam u interjuri maħsuba għall-konsum uman;

(f) laħam minn żona soġġetta għal restrizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali hija soġġetta għal regoli speċifiċi li għandhom jiġu determinati każ b'każ skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16;

(g) it-trattament previst fil-punti preċedenti jsir fi stabbiliment ta' oriġini jew xi stabbiliment ieħor nominat mill-veterinarju uffiċjali;

(h) il-laħam għandu jiġi mmarkat bit-timbru previst fl-Artikolu 4(A)(3).

2. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni għandu jiddetermina qabel l-1 ta' Lulju 1992, il-partijiet tat-territorju Komunitarju li fihom derogi mill-ħtieġa f’ 1 (a) jistgħu jitħallew sakemm:

- in-nuqqas ta' trikinosi huwa ppruvat bi studji epidemoloġiċi,

- annimali ħajja u annimali maqtula huma soġetti għal metodu effettiv ta' kxif u kontroll.

L-Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(a) laħam dikjarat mhux tajjeb għall-konsum uman jista’ jiġi magħżul minn laħam dikjarat tajjeb għall-konsum uman;

(b) laħam dikjarat mhux tajjeb għal konsum uman huwa trattat skond id-Direttiva 90/667/KEE [15].

2. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-artikolu għandhom jekk neċessarju jiġu determinati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16.

L-Artikolu 8

1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 86/469/KEE, annimali jew il-laħam tagħhom għandu jgħaddi minn eżami għal residwi meta l-veterinarju uffiċjali jissuspetta l-preżenza tagħhom fuq is-sejbiet ta' l-ispezzjoni tas-saħħa.

Dan l-eżami għandu jikkontrolla għal residwi kemm ta' sustanzi li għandhom azzjoni farmaloġika u l-konverżjoni ta' prodotti tagħhom, u għal sustanzi oħra trasmessi lil-laħam li x'aktarx ikun ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem.

Jekk il-laħam eżaminat juri traċċi ta' residwi fi kwantitajiet li jeċċedu t-tolleranzi permessi, għandhom jiġu dikjarati għall-konsum uman.

Dawn l-eżamijiet għal residwi għandhom jitwettqu skond metodi ppruvati li huma xjentifikament rikonoxxuti, b'mod partikolari dawk stabbiliti f'regoli Komunitarji jew standards internazzjonali oħra.

Għandu jkun possibbli li jiġu evalwati r-riżultati ta' l-eżami tar-residwi bl-użu ta' metodi ta' referenza stabbilti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16.

Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16, mill-inqas laboratorju wieħed ta' referenza għandu jkun nominat f'kull Stat Membru biex iwettaq l-eżami għal residwi.

2. Waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jiddetermina it-tolleranzi għal sustanzi trasmessi lill-laħam li x'aktarx huwa ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem barra dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE [16] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 [17].

L-Artikolu 9

L-Istati Membri jassiguraw li:

(i) l-preżenza permanenti ta' mill-inqas veterinarju uffiċjali wieħed f'biċċerija approvata skond l-Artikolu 10 waqt l-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem;

(ii) il-preżenza ta' veterinarju uffiċjali mill-inqas darba kuljum f'impjant ta' tqattigħ approvat skond l-Artikolu 10 meta jsir xogħol fuq laħam, għall-kontroll ta' kondizzjonijiet ta' iġene ta' l-impjant u r-rekord ta' laħam frisk li jidħol u jitlaq l-impjant;

(iii) il-preżenza regolari ta' veterinarju uffiċjali f'maħżen kiesaħ.

Il-veterinarju uffiċjali jista’ jkun assistit minn awżiljarji mqiegħda taħt l-awtorità u r-responsabbiltà tiegħu fit-twettiq ta' l-operazzjonijiet li ġejjin:

(a) spezzjoni ante-mortem, ir-rwol ta' l-awżiljarju biex jagħmel kontroll inizjali fuq l-annimali u biex jgħin b'xogħlijiet purament prattiċi;

(b) spezzjoni post-mortem, sakemm il-veterinarju uffiċjali jkun kapaċi jissorvelja x-xogħol ta' l-awżiljarji fuq il-post;

(ċ) il-kontroll tas-saħħa ta' laħam maqtugħ u maħżun;

(d) l-spezzjoni u s-sorveljanza ta' stabbilimenti approvati skond l-Artikolu 10.

In-numru massimu ta' awżiljarji li jistgħu jassistu l-veterinarju uffiċjali fix-xogħol tiegħu għandu jiġi ffissat mill-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, qabel l-ta' Jannar 1992. In-numru għandu jkun żgħir biżżejjed biex il-veterinarju uffiċjali jkun jista’ jeżerċita sorveljanza effettiva ta' l-spezzjoni post-mortem.

Biss persuni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' l-Anness III jistgħu jiġu maħtura bħala awżiljarji wara test organizzat mill-awtorità kompetenti ċentrali ta' l-Istat Membru jew mill-awtorità maħtura min dik l-awtorità ċentrali.

Sabiex jipprovdu l-assistenza msemmija fuq, l-awżiljarji għandhom jiffurmaw parti minn tim ta' spezzjoni taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali. Għandhom ikunu indipendenti mill-istabbiliment. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat għandha tiddetermina l-kompożizzjoni ta' tim ta' spezzjoni għal kull stabbiliment b'tali mod li l-veterinarju uffiċjali jista’ jissorvelja l-operazzjonijiet ta' hawn fuq.

Regoli dettaljati li jirregolaw l-assistenza msemmija f'dan l-Artikolu, sakemm neċessarju, jiġu determinati skond il-procedura stabbilita fl-Artikolu 16.

L-Artikolu 10

1. Kull Stat Membru għandu jfassal lista ta' stabbilimenti approvati, barra dawk imsemmija fl-Artikolu 4, u kull stabbiliment ikollu numru ta' approvazzjoni veterinarja. L-Istati Membri għandhom jibagħtu din il-lista lil Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Impjanti ta' tqattigħ imsemmija fit-tieni inċiż tat-tieni paragrafu tal-punt 19 ta' l-Anness I għandhom ukoll ikunu soġġetti għal approvazzjoni skond id-Direttiva 71/118/KEE [18]. Għandha ssir referenza għal din l-approvazzjoni speċjali fil-lista ta' impjanti ta' tqattigħ ippubblikata mill-Kummissjoni.

Stat Membru m’għandux japprova stabbiliment sakemm ma jkunx issodisfat li jikkonforma ma’ din id-Direttiva.

Meta jinstab li l-iġene hija inadegwata u meta l-miżuri previsti fil-punt 41(F) tal-Kapitolu VIII ta' l-Anness I ikunu ppruvati insuffiċjenti biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha temporanjament tissospendi l-approvazzjoni.

Jekk l-operatur ta' l-stabbiliment, is-sid jew l-aġent ma jagħmilx tajjeb għan-nuqqasijiet innutati fit-terminu ffissat mill-awtorità nazzjonali kompetenti din ta' l-aħħar għandha tirtira l-approvazzjoni.

L-Istat Membru inkwistjoni għandu jieħu kont hawnhekk tal-konklużjonijiet ta' kull kontroll imwettaq skond l-Artikolu 12. L-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni għandhom jiġu informati bis-sospensjoni jew bl-irtirar ta' l-approvazzjoni.

2. L-operatur ta' l-stabbiliment, is-sid jew l-aġent għandhom, skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, iwettqu kontrolli regolari fuq l-iġene ġenerali tal-kondizzjonijiet ta' produzzjoni fl-istabbiliment, inter alia, permezz ta' kontrolli mikrobijoloġiċi.

Il-kontrolli għandhom ikopru utensili, armar u makkinarju fl-istadji kollha tal-produzzjoni u, jekk neċessarju, prodotti.

L-operatur ta' l-istabbiliment, is-sid jew l-aġent tiegħu għandhom ikunu f’pożizzjoni, fuq talba tas-servizz uffiċjali, li jinfurmaw lill-veterinarju uffiċjali jew lill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni bin-natura, il-frekwenza u r-riżultati tal-kontrolli kondotti għal dan l-iskop, flimkien ma’ l-isem tal-laboratorju investigattiv jekk ikun hemm bżonn.

In-natura ta' dawn il-kontrolli, il-frekwenza tagħhom, kif ukoll metodi ta' teħid ta' kampjuni u l-metodi għall-eżami batterjoloġiku għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16.

3. L-operatur ta' l-istabbiliment, is-sid jew l-aġent tiegħu għandhom jistabbilixxu programm ta' taħriġ għall-persunal li jippermetti lill-ħaddiema li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tal-produzzjoni iġjenika addatta għall-istruttura ta' produzzjoni.

Il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-istabbiliment għandu jkun involut fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' dak il-programm.

4. Spezzjoni u sorveljanza ta' stabbilimenti għandhom isiru taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali li, skond l-Artikolu 9, jista’ jkun assistit f'xogħlijiet purament materjali minn awżiljarji. Il-veterinarju uffiċjali għandu fil-ħinijet kollha jkollu aċċess liberu għall-partijiet kollha ta' l-stabbilimenti sabiex jassigura li jkun hemm konformità ma’ din id-Direttiva u, meta jkun hemm dubju dwar l-oriġini tal-laħam jew annimali maqtula, għal dokumenti ta' kontabilità li jippermettulu jintraċċa l-azjenda ta' l-oriġini ta' annimal maqtul.

Il-veterinarju uffiċjali għandu regolarment janalizza r-riżultati tal-kontrolli previsti f'2. Hu jista’, fuq il-bażi ta' din l-analiżi, iwettaq aktar kontrolli mikrobijoloġiċi fl-istadji kollha ta' produzzjoni jew fuq il-prodotti.

Ir-riżultat ta' dawn l-analiżi għandu jitniżżel f'rapport, li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jiġu notifikati lill-operatur ta' l-istabbiliment, is-sid jew l-aġent tiegħu, li għandhom jirrettifikaw in-nuqqasijiet bil-ħsieb li titjieb l-iġene.

L-Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom jafdaw lis-servizz ċentrali jew xi korp bix-xogħlijiet tal-ġbir u l-użu tar-riżultati ta' l-spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem imwettqa mill-veterinarju uffiċjali fir-rigward tad-djanjosi tal-mard trasmess lill-bniedem.

Meta din il-marda tiġi djanjostikata, ir-riżultati tal-każ speċifiku għandhom jiġu kkomunikati malajr kemm jista’ jkun lill-awtoritajiet veterinarji kompetenti responsabbli għas-sorveljanza tal-merħla li minnha jkunu oriġinaw l-annimali.

L-Istati Membri għandhom jissottimettu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar ċertu mard u partikolarment każijiet meta mard trasmessibbli lill-bniedem ikun ġie djanjostikat.

Il-Kummissjoni,waqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16, għandha taddotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, u b'mod partikolari:

- ir-regolarità li biha l-informazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni,

- it-tip ta' informazzjoni,

- il-mard li għalih tapplika l-ġabra ta' informazzjoni,

- proċeduri għall-ġbir u l-użu ta' informazzjoni.

L-Artikolu 12

1. Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, sakemm neċessarju sabiex jassiguraw applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva u b'kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jagħmlu spezzjonijiet fil-post; jistgħu b'mod partikolari jivverifikaw jekk stabbilimetni approvati qegħdin fil-fatt jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bir-riżultati tal-kontrolli mwettqa.

Stat Membru li fit-territorju tiegħu ikun qed isir kontroll għandu jagħti l-assistenza kollha neċessarja lil esperti fil-qadi ta' dmirijiethom.

Id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-procedura stabbilita fl-Artikolu 16.

Wara li tottjeni l-opinjoni ta' l-Istati Membri fil-Kumitat Veterinarju Permanenti, il-Kummissjoni għandha tfassal rakkomandazzjoni li tikkonċerna r-regoli li għandhom jiġu esegwiti fit-twettiq tal-kontrolli previsti f'dan il-paragrafu.

2. Qabel l-1 ta' Jannar 1995 il-Kunsill għandu jirrevedi dan l-Artikolu fuq bażi ta' rapport mill-Kummissjoni, li jista’ jkollu proposti miegħu.

L-Artikolu 13

1. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4 għal biċċeriji li jittrattaw massimu ta' 20 unità ta' bhejjem fil-ġimgħa u 1000 unità ta' bhejjem fis-sena:

(a) jekk jinstabu f'reġjuni li jsofru minnn limiti ġeografiċi speċjali jew affettwati b'diffikultajiet ta' fornitura;

(b) jekk, sa l-1 ta' Lulju 1991, ikunu qed iwettqu programm ta' ristrutturar fil-kuntest ta' pjan nazzjonali li jeżiżti f'dik il-ġurnata.

Skond l-istess proċedura, u b'deroga mir-rati ta' konverżjoni għal-limiti ffissati f'termini ta' unitajiet ta' bhejjem fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 4(A), l-awtorizzazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista’ tiġi estiża għal stabbilimenti li jittrattaw massimu ta' 60 majjal fil-ġimgħa, meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) is-sid ta' l-stabbiliment ikun irċieva taħriġ speċifiku, rikonoxxut mill-awtorità kompetenti, fil-produzzjoni ta' iġene;

(b) l-annimali li għandhom jinqatlu huma l-proprjetà tas-sid ta' l-istabbiliment, jew ikunu nxtraw minnu biex jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f’(d);

(ċ) il-laħam huwa prodott f'postijiet li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Anness II u li jinstabu fl-istabbiliment;

(d) il-laħam huwa prodott biss biex iforni l-stabbiliment jew jinbiegħ direttament lill-konsumatur fuq il-post.

Meta deċiżjonijiet li jagħtu derogi huma adottati, rekwiżiti speċifiċi, b'mod partikolari d-definizzjoni tas-suq komuni, jistgħu jiġu previsti.

Stabbilimenti li jibbenefikaw minn dawn id-derogi għandhom ikunu soġġetti għall-ispezzjoni Komunitarja approvata mill-istabbilimenti.

2. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16:

- derogi mit-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiż tal-punt 14 (ċ) tal-Kapitolu II, mill-punt 42(A)(2) tal-Kapitolu VIII u l-punt 46(d) tal-Kapitolu IX ta' l-Anness I jistgħu jingħataw, fuq talba, lil kwalunkwe Stat Membru li jipprovdi garanziji simili. Dawn id-derogi għandhom jiffissaw kondizzjonijiet tas-saħħa li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk ta' l-Anness I,

- rekwiżiti addizzjonali addattati għas-sitwazzjoni speċifika ta' l-Istati Membri kkonċernati fir-rigward ta' ċertu mard li x'aktarx jipperikola s-saħħa tal-bniedem jistgħu jiġu deċiżi,

- kondizzjonijiet speċjali għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti li jinsabu fis-swieq bl-ingrossa jistgħu jiġu deċiżi.

L-Artikolu 14

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' din id-Direttiva, il-veterinarju uffiċjali jew l-awtorità kompetenti għandhom, meta jkun suspettat li l-leġislazzjoni veterinarja ma jkunx hemm konformità magħha jew ikun hemm dubju dwar jekk il-laħam hux tajjeb għall-konsum, iwettqu xi kontrolli veterinarji li jqisu xieraq.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi jew penali xierqa sabiex jippenalizzaw kull ksur ta' leġislazzjoni veterinarja Komunitarja, b'mod partikolari meta jinstab li ċ-ċertifikati jew id-dokumenti mfassla ma jikkorrispondux ma’ l-istat attwali tal-laħam, li l-marki ta' identifikazzjoni ma jikkonformawx mar-regoli, li l-laħam ma kienx ippreżentat għal spezzjoni jew li l-laħam ma ġiex użat għal skop oriġinarjament maħsub.

L-Artikolu 15

L-Annessi għad-Direttiva għandhom jiġu emendati mill-Kunsill waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, b'mod partikolari sabiex jiġu adattati għal avvanzi fit-teknoloġija.

L-Artikolu 16

1. Meta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, il-kwistjonijiet għandhom jiġu riferiti mingħajr dewmien lill-Kumitat Veterinarju Permanenti mill-President tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq it-talba ta' rappreżentant ta' Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandom jiġu addottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawn il-miżuri fi żmien li l-President jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-Opinjonijiet għandhom jingħataw b'maġġoranza ta' 54 vot, il-voti ta' l-Istati Membri jiġu peżati kif previst fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m'għandux jivvota.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri u timplimentahom immedjatament meta jkunu skond l-opinjoni tal-Kumitat. Meta ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tipproponi lill-Kunsill il-miżura li għandha tiġi adottata. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri b'maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, fi tliet xhur mid-data li fiha tiġi sottomessa l-proposta, il-Kunsill ikun għadu ma adotta ebda miżura, il-Kummissjoni għandha taddotta il-miżuri proposti u tapplikahom immedjatament, ħlief meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontra dawn il-miżuri b'maġġoranza sempliċi.

L-Artikolu 17

Qabel l-1 ta' Lulju 1994 il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Kunsill rapport, possibilment akkumpanjat minn proposti li fuqhom il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni bil-proċedura ta' votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 ta' Trattat, dwar metodi ta' spezzjoni li jassiguraw livell ta' saħħa ta' l-annimali ekwivalenti għal dak garantit b'metodi ta' spezzjoni ante-mortem u post-mortem deskritti fil-Kapitoli VI u VIII ta' l-Anness I.

L-Artikolu 18

Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 89/662/KEE għandhom japplikaw partikolarment għal kontrolli fl-oriġini, għall-organizzazzjoni ta' u kontrolli wara li għandhom jitwettqu mill-Istat Membru ta' destinazzjoni, u għall-miżuri protettivi li għandhom jiġu implimentati.

L-Artikolu 19

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

L-ANNESS I

IL-KAPTIOLU I

KONDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ STABBILIMENTI

Stabbilimenti għandu jkollhom mill-inqas:

1. Fi kmamar fejn jiġi prodott laħam frisk, maħdum jew maħżun u f’żoni u kurituri li minnhom jiġi trasportat laħam frisk:

(a) art waterproof li faċilment titnaddaf u tiġi diżinfettata, li ma ssewwisx malajr u magħmula b’tali mod li t-tisfija ta’ l-ilma hija faċilitata: l-ilma għandu jitmexxa lejn katusi bi grilji u ftuħ għall-prevenzjoni ta’ l-irwejjaħ. Madankollu:

- fil-każ ta’ kmamar imsemmija fil-punt 14 (d) u (f) tal-Kapitolu II, il-punt 15(a) tal-Kapitolu III u l-punt 16(a) tal-Kapitolu IV, id-dirottament ta’ ilma lejn katusi bi grilji u fetħiet mhuwiex meħtieġ u, fil-każ ta’ postijiet imsemmija fil-punt 16(a), apparat li bih jista’ jitneħħa l-ilma faċilment huwa suffiċjenti,

- f’każ ta’ kmamar imsemmija fil-punt 17 (a) tal-Kapitolu IV u f’żoni u kuruturi li minnhom huwa ttrasportat laħam frisk, art waterproof u li ma ssewwisx hija suffiċjenti;

(b) ħitan lixxi, reżistenti u impermeabbli, b’saff ta’ kulur ċar, b’kisi li jista’ jinħasel sa għoli ta’ mill-inqas żewġ metri, u ta’ mill-inqas tliet metri fi kmamar tal-qatla; fi kmamar ta’ tkessiħ jew refriġerazzjoni u fi mħażen il-ħitan għandhom jinksew mill-inqas sa għoli tal-ħażna. Punti fejn jingħaqdu l-ħitan u l-art għandhom jiġu arrotondati jew jitlestew b’mod simili ħlief fil-kmamar imsemmija fil-punt 17 (a) tal-Kapitolu IV.

Madankollu, l-użu ta’ ħitan ta’ l-injam fil-kmamar imsemmija fil-punt 17 tal-Kapitolu IV ma jikkositiwix raġunijiet għall-rtirar ta’ approvazzjoni sakemm ikunu nbnew qabel l-1 ta’ Jannar 1983;

(ċ) bibien f’materjal reżistenti, mhux korrożiv u, jekk ta’ l-injam, b’kisja lixxa u impermeabbli fuq is-superfiċi kollha;

(d) materjali ta’ insulazzjoni li ma jsewsux u huma bla riħa;

(e) ventilazzjoni adegwata u estrazzjoni tajba ta’ fwar;

(f) dawl adegwat naturali jew artifiċjali li ma jiddistorċix kuluri;

(g) saqaf nadif u li jitnaddaf malajr; f’nuqqas ta’ dan, saqaf b’superfiċi interjuri li jissodisfa dawn il-kondizzjonijiet;

2. (a) viċin kemm jista’ jkun għal postazzjonijiet tax-xogħol, numru suffiċjenti ta’ faċilitajiet għal tindif u diżinfettar ta’ l-idejn u għat-tindif ta’ għodda b’ilma sħun. Il-vitien m’għandhomx jitħaddmu bl-idejn. Għall-ħasil ta’ l-idejn, dawn il-faċilitajiet għandu jkollhom ilma sħun u kiesaħ jew ilma mħallat għal temperatura addattata, prodotti ta’ tindif u diżinfettar u mezzi iġjeniċi biex jiġu xxuttati l-idejn;

(b) faċilitajiet għad-disinfettar ta’ għodda, b’ilma sħun fornit f’mhux inqas minn 82 oC;

3. arranġamenti approprjati għall-protezzjoni kontra annimali bħal insetti u ġrieden;

4. (a) strumenti u tagħmir tax-xogħol bħal imwejjed tat-tqattigħ, imwejjed b’uċuħ għat-tqattigħ li jinqalgħu, ċineg ta’ trasport u srieraq, magħmula minn materjal li jirreżisti l-korrożjoni li ma jċappasx il-laħam u faċli biex jitnaddaf u jiġi disinfettat. Uċuħ li jiġu, jew kapaċi jiġu, f’kuntatt mal-laħam, inklużi welds u ġonot, għandhom jinżammu lixxi. L-użu ta’ laħam frisk ippakkjat b’mod iġeniku;

(b) armar mhux korrożiv u tagħmir li jissodisfa ħtiġiet ta’ iġene għal:

- trattament tal-laħam,

- ħażna ta’ kontenituri tal-laħam, b’tali mod li la l-laħam u lanqas il-kontenituri ma jiġu f’kuntatt dirett ma l-art jew mal-ħitan;

(ċ) faċilitajiet, inklużi żoni ta’ reċezzjoni u direzzjoni ppreżentati u mgħammra kif xieraq, għat-trattament iġeniku u l-protezzjoni ta’ laħam waqt it-tagħbija u l-ħatt;

(d) kontenituri speċjali li jirreżistu l-ilma u mhux korrożivi, b’għotjien u għeluq biex jipprevjenu persuni mhux awtorizzati milli jneħħu affarijiet minnhom, biex iżommu laħam mhux maħsub għal konsum uman, jew kamra li tissakkar għal dan il-laħam jekk il-kwantitajiet huma kbar biżżejjed biex dan ikun neċessarju jew jekk il-laħam ma jitneħħix jew jinqered fit-tmiem ta’ kull jum utli; meta dan il-laħam jitneħħa minn conduits, dawn għandhom ikunu mibnija u installati b’tali mod li jevitaw kull riskju ta’ kontaminazzjoni tal-laħam frisk;

(e) faċilitajiet għall-ħażna iġenika ta’ materjali għal tgeżwir u ppakkjar meta dawn l-attivitajiet jitwettqu fl-stabbiliment;

5. tagħmir ta’ refriġerazzjoni biex iżomm it-temperatura interna tal-laħam fil-livelli meħtieġa b’din id-Direttiva. Dan it-tagħmir għandu jinkludi sistema biex jissaffa l-ilma kkondensat mingħajr il-possibilità ta’ kontaminazzjoni tal-laħam;

6. fornitura bi pressa ta’ ilma tajjeb għax-xorb fis-sens tad-Direttiva 80/778/KEE [1] biss. Madankollu, fornitura ta’ ilma mhux tajjeb għax-xorb hija awtorizzata f’każijiet eċċezzjonali għall-produzzjoni tal-fwar, għat-tifi tan-nar u tkessiħ ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni, sakemm il-pajpijiet installati għal dan l-skop ma jipprekludux l-użu ta’ dan l-ilma għal skopijiet oħra u ma jippreżentaw ebda riskju ta’ kontaminazzjoni ta’ laħam frisk. Pajpijiet ta’ ilma mhux tajjeb għax-xorb għandhom jintgħarfu sew min dawk użati għal ilma tajjeb għax-xorb;

7. fornitura adegwata ta’ ilma jaħraq tajjeb għax-xorb fis-sens tad-Direttiva 80/778/KEE;

8. sisitemi ta’ rimi ta’ likwidu u solidi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-iġene;

9. kamra li tissakkar mgħammra b’mod adegwat għall-użu esklussiv tas-servizz veterinarju; jew, fil-każ ta’ mħażen imsemmija fil-punt 17 tal-Kapitolu IV, faċilitajiet adegwati;

10. faċilitajiet li jippermettu spezzjonijiet veterinarji previsti f’din id-Direttiva li għandhom jitwettqu b’mod effiċjenti fi kwalunkwe ħin;

11. numru adegwat ta’ kmamar ta’ tibdila b’ħitan lixxi, waterpoof, ħitan u artijiet li jinħaslu, sinkijiet, showers u flush lavatories mgħammra b’mod li jipproteġu l-partijiet nodfa tal-bini minn kontaminazzjoni.

Lavatories m’għandhomx jinfetħu direttament fuq il-kmamar tax-xogħol. Showers mhumiex neċessarjii fi mħażen kiesħa u li jibagħtu bil-baħar laħam frisk ippakkjat b’mod iġeniku biss.Is-sinkijiet għandu jkollhom ilma jaħraq u kiesaħ jew ilma mħallat minn qabel għal temperatura adatta, materjali għat-tindif u d-disinfettar ta’ l-idejn u mezzi iġeniċi ta’ tnixxif ta’ l-idejn. Il-vitjiet tas-sinkijiet m’għandhomx jinħadmu bl-idejn jew bid-dirgħajn. Għandu jkun hemm numru suffiċjenti ta’ dawn is-sinkijiet ħdejn il-lavatories;

12. post u faċilitajiet adegwati għat-tindif u mezzi ta’ diżinfettar ta’ trasport għal laħam ħlief fil-każ ta’ mħażen kiesħa li jirċievu u jibagħtu bil-baħar laħam frisk ippakkjat iġenikament biss. Għandhom jiġu pprovduti postijiet separati ta’ dan it-tip u faċilitajiet adgewati għal mezzi ta’ transport għal bhejjem fil-każ ta’ biċċeriji. Madankollu, dawn il-postijiet u faċilitajiet mhumiex obbligatorji jekk jeżistu dispożizzjonijiet li jeħtieġu li mezzi ta’ trasport jitnaddfu u jiġu disinfettati f’faċilitajiet uffiċjalment awtorizzati;

13. kamra jew post sigur għall-ħażna ta’ diterġenti, diżinfettanti u sustanzi simili.

IL-KAPITOLU II

KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ BIĊĊERIJI

14. B’żieda mar-rekwiżiti ġenerali l-biċċeriji għandu jkollhom mill-inqas:

(a) kenn adegwat jew, jekk jippermetti t-temp, postijiet fejn jistennew l-annimali; ħitan u artijiet għandhom ikunu reżistenti, impermeabbli u faċli biex jitnaddfu u tiddiżinfettahom; dawn il-faċilitajiet għandhom jiġu mgħammra biex l-annimali jinsqew, u jiġu mitmugħa jekk neċessarju, u jekk xieraq sistema ta’ drenaġġ;

(b) postijiet tal-qatla kbar biżżejjed biex isir xogħol b’mod sodisfaċenti. F’postijiet tal-qatla fejn kemm majjali u kemm speċi ta’ annimali oħra jinqatlu, għandu jiġi provdut post speċjali għall-qtil tal-majjali; madankollu, dan il-post speċjali simili mhuwiex essenzjali jekk il-qatla tal-majjali u dik ta’ annimali oħra ssir f’ ħinijiet differenti; iżda f’dawn il-każijiet it-tismit, it-tqaxxir, il-brix u l-ħruq għandhom isiru f’postijiet speċjali li huma separati b’mod ċar mil-linja tal-qtil jew bi spazju miftuħ ta’ mill-inqas ħames metri jew b’partizzjoni ta’ għoli ta’ mill-inqas tliet metri;

(ċ) kmamar separati kbar biżżejjed u esklussivament riżervati għal:

- tbattil u tindif ta’ stonkijiet u intestini.

Kmamar separati ma jkunux, madankollu, neċessarji jekk dawn l-operazzjonijiet li jinvolvu stonkijiet jitwettqu permezz ta’ tagħmir mekkaniku ta’ ċirkwit magħluq li jkollu sistema xierqa ta’ ventilazzjoni u li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) it-tagħmir għandu jkun installat u rranġat b’tali mod li operazzjonijiet għas-separazzjoni ta’ l-intestini mill-istonku u għat-tbattil u t-tindif ta’ l-istonkijiet isir b’mod iġeniku. Għandu jkun f’post speċjali li huwa b’mod ċar separat minn kull laħam frisk espost b’partizzjoni li tibda mill-art sa għoli ta’ mill-inqas tliet metri u li tiċċirkonda ż-żona fejn jitwettqu dawn l-operazzjonijiet;

(ii) id-disinn u l-operazzjoni tal-magna għandhom effettivament jipprevjenu kull kontaminazzjoni tal-laħam frisk;

(iii) estrattur ta’ l-arja għandu jiġi installat u għandu jiffunzjona b’mod li jelimina rwejjaħ u kull riskju ta’ kontaminazzjoni ta’ l-aerosols;

(iv) il-magna għandha tkun mgħammra b’apparat li jippermetti evakwazzjoni ta’ ċirkwit magħluq ta’ l-ima li jibqa’ u l-kontenut ta’ l-istonkijiet għas-sistema ta’ drenaġġ;

(v) iċ-ċirkwit segwit bi stonkijiet minn u lejn il-magna għandhom it-tnejn ikunu separati b’ mod ċar u f’distanza miċ-ċirkwit segwit b’laħam ieħor frisk. Immedjatament wara li jiġu żvojtati u mnaddfa, l-istonkijiet għandhom jitneħħew b’mod iġeniku;

(vi) l-istonkijiet m’għandhomx jiġu trattati minn persunal li jittratta laħam frisk ieħor. Persunal li jittratta l-istonkijiet m’għandux ikollu aċċess għal laħam frisk ieħor;

- dressing guts u kirxa jekk dan jitwettaq fil-biċċerija. Madankollu, dawk l-operazzjonijiet jistgħu jitwettqu fl-istess kamra msemmija fl-ewwel inċiż sakemm tiġi evitata kontaminazzjoni inkroċjata;

- il-preparazzjoni u t-tindif ta’ interjuri barra minn dawk imsemmija fl-inċiżi preċedenti, inkluż post separat għall-ħażna ta’ rjus f’distanza suffiċjenti minn interjuri oħra, jekk dawn l-operazzjonijiet jitwettqu fil-biċċerija u ma jseħħux fuq il-linja tal-qatla;

- il-ħażna ta’ ġlud, qrejjen, difrejn u żbul tal-majjali, fil-każ li dawn ma jitneħħewx direttament minn biċċerija fil-jum tal-qatla, f’reċipjenti magħluqa u li ma jnixxux sakemm jitneħħew;

(d) post separat għall-ippakkjar ta’ interjuri jekk dan isir fil-biċċerija;

(e) postijiet li jissakru jew, jekk tippermetti l-klima, pens addatti bi drenaġġ separat għal annimali morda jew suspettati; postijiet li jingħalqu riżervati għall-qatla ta’ dawn l-annimali, il-ħażna ta’ laħam miżmum u l-ħażna ta’ laħam dikjarat mhux tajjeb għall-konsum uman. Postijiet riżervati għall-qatla ta’ dawn l-annimali mhumiex essenzjali fi stabbiliment mhux awtorizzat mill-awtorità kompetenti għall-qatla ta’ dawn l-annimali jew meta dan il-qtil isir fi tmiem ta’ qtil normali, sakemm jittieħdu passi sabiex tiġi pprevenuta kontaminazzjoni ta’ laħam dikjarat tajjeb għal konsum uman. F’dan il-każ il-post għandu jitnaddaf u jiġi diżinfettat b’mod speċjali taħt sorveljanza uffiċjali qabel ma jerġa’ jintuża għall-qatla ta’ l-annimali li la huma morda u lanqas suspettati;

(f) kmamar suffiċjentament kbar jew kmamar ta’ refriġerazzjoni mgħammra b’ armar li jirreżisti l-korrożjoni maħsub biex jipprevjeni laħam frisk milli jiġi f’kuntatt ma’ l-art jew mal-ħitan met jiġi spustjat jew miżmum;

(g) mezzi ta’ kontroll ta’ aċċess lejn u ħruġ mill-biċċerija;

(h) separazzjoni ċara bejn iż-żoni maħmuġa u nodfa tal-bini sabiex iż-żoni nodfa jkunu protetti minn kontaminazzjoni;

(i) tagħmir tali, li wara l-istordament, id-dressing jista’ jitwettaq kemm jista’ jkun fuq l-annimal sospiż; taħt l-ebda ċirkostanza ma jista’ l-annimal sospiż jiġi f’kuntatt ma’ l-art waqt id-dressing;

(j) sistema għaddejja minn fuq ta’ ħadid għal trattament ulterjuri ta’ laħam:

(k) jekk id-demel jinħażen fil-preċinti tal-biċċerija, sezzjoni speċjali għal dan id-demel;

(l) kamra mgħammra tajjeb biex jitwettaq eżami għal trikinella meta dan it-test isir fl-istabbiliment.

IL-KAPITOLU III

KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ IMPJANTI GĦAT-TQATTIGĦ

15. B’ żieda għar-rekwiżiti ġenerali impjanti ta’ tqattigħ għandu jkollhom mill-inqas:

(a) kmamar ta’ tkessiħ jew refriġerazzjoni kbar biżżejjed għall-preservazzjoni tal-laħam, u, meta laħam ippakkjat jinħażen fl-istabbiliment, kamra separata għal laħam ippakkjat. Laħam mhux ippakkjat ma jistax jinħażen f’dawn il-kmamar ta’ tkessiħ jew refriġerazzjoni sakemm l-ewwel ma jitnaddafx u jiġi diżinfettat;

(b) kamra għat-tqattigħ u t-tneħħija ta’ l-għadam u tgeżwir mgħammar b’termometru li jirreġistra jew teletermometru li jirreġistra;

(ċ) kamra għall-ippakkjar, fejn dawn l-operazzjonijiet jitwettqu f’impjant ta’ tqattigħ, sakemm il-kondizzjonijiet previsti fil-punt 63 tal-Kapitolu XII ma jiġux issodisfati;

(d) kamra għall-ħażna ta’ materjali ta’ l-ippakkjar u tgeżwir meta dawn l-operazzjonijiet jitwettqu fl-impjant ta’ tqattigħ;

IL-KAPITOLU IV

KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ MĦAŻEN KIESĦA

16. Barra mir-rekwiżiti ġenerali, mħażen li fihom jinħażen laħam frisk skond l-ewwel paragrafu fil-punt 66 tal-Kapitolu XIV għandu jkollhom mill-inqas:

(a) kmamar ta’ tkessiħ u refriġerazzjoni kbar, li huma faċli biex tnaddaf u li fihom jista’ jinħażen laħam frisk f’temperaturi previsti taħt l-ewwel subparagrafu tal-punt 66;

(b) termometru ta’ reġistrazzjoni jew teletermometru li jirreġistra fi jew għal kull żona ta’ ħażna.

17. B’ żieda mar-rekwiżiti ġenerali, imħażen li fihom jinħażen laħam frisk skond ir-raba’ paragrafu tal-punt 66 tal-Kapitolu XIV għandu jkollhom mill-inqas:

(a) kmamar ta’ tkessiħ u refriġerazzjoni kbar biżżejjed, li huma faċli biex jitnaddfu u li fihom jista’ jinħażen laħam frisk fit-temperatura prevista fir-raba’ paragrafu tal-punt 66;

(b) termometru li jirreġistra jew teletermometru li jirreġistra fi jew għal kull żona ta’ ħażna.

IL-KAPITOLU V

IĠENE TAL-PERSUNAL, POST U TAGĦMIR FL-ISTABBILIMENTI

18. Indafa assoluta għandha tkun meħtieġa mill-persunal, mill-post u mit-tagħmir:

(a) persunal li jittratta laħam frisk espost jew imgeżwer jew li jaħdem fi kmamar u żoni li fihom dan il-laħam huwa ttrattat, ippakkjat jew trasportat għandu b’mod partikolari jilbes protezzjoni fir-ras li titnaddaf b’mod faċli, ilbies fis-saqajn u ħwejjeġ tax-xogħol ta’ kulur ċar u, meta neċessarju, protezzjoni ta’ l-għonq nadifa jew ilbies ieħor ta’ protezzjoni. Persunal imqabbad biex joqtol l-annimali jew li jaħdem fuq jew jittratta l-laħam għandu jilbes ħwejjeġ tax-xogħol nodfa fil-bidu ta’ kull jum utli u għandu jbiddel dawn il-ħwejjeġ matul il-jum kif neċessarju u għandu jaħsel u jiddiżinfetta jdejh diversi drabi matul il-jum utli u kull darba li jerġa’ jinbeda x-xogħol. Persuni li kienu f’kuntatt ma’ annimali morda jew laħam infettat għandhom jaħslu idejhom u dirgħajhom immedjatament wara b’ilma jaħraq u mbagħad jiddiżinfettawhom. Mhuwiex permess tipjip fi kmamar tax-xogħol, fl-imħażen, fiż-żoni ta’ tagħbija, reċezzjoni, direzzjoni u ħatt u, f’żoni oħra u kurituri li minnhom jiġi ttrasportat laħam frisk;

(b) ebda annimal ma jista’ jidħol fl-istabbiliment ħlief, fil-każ ta’ biċċeriji, annimali għall-qatla u b’referenza għall-preċinti ta’ dawn il-biċċeriji, annimali neċessarji għall-operazzjoni tagħhom. Ġrieden, insetti u pesti oħra għandhom jinqerdu sistematikament;

(ċ) tagħmir u strumenti użati xogħol fuq il-laħam għandhom jinżammu nodfa u fi stat tajjeb. Għandhom jitnaddfu u jiġu diżinfettati tajjeb diversi drabi tul il jum utli, fl-aħħar tal-jum utli u qabel ma jerġgħu jintużaw meta jkunu tħammġu.

19. Postijiet, strumenti u tagħmir tax-xogħol ma jistax jintuża għal skopijiet barra x-xogħol fuq laħam frisk jew laħam tal-kaċċa awtorizzat skond id-Direttiva 91/495/KEE [2].

Din ir-restrizzjoni m’għandhiex tapplika għal:

- tagħmir ta’ trasport użat fil-post imsemmi fil-punt 17 (a), fejn il-laħam huwa ppakkjat,

- it-tqattigħ ta’ laħam tat-tjur jew laħam tal-kaċċa selvaġġa jew laħam tal-fenek jew il-produzzjoni ta’ preparati tal-laħam, sakemm dawn l-operazzjonijiet jitwettqu f’ ħin differenti għat-tqattigħ ta’ laħam frisk jew laħam tal-kaċċa mrobbi msemmi fl-ewwel paragrafu u l-kamra ta’ tqattigħ hija kompletament imnaddfa u diżinfettata qabel ma terġa’ tintuża għat-tqattigħ ta’ laħam frisk jew laħam tal-kaċċa mrobbija.

Strumenti tal-qtugħ tal-laħam għandhom jintużaw biss għat-tqattigħ tal-laħam.

20. Laħam u kontenituri tal-laħam m’għandhomx jiġu f’kuntatt dirett ma’ l-art.

21. Ilma tajjeb għax-xorb għandu jintuża għall-iskopijiet kollha; iżda, ilma mhux tajjeb għax-xorb jista’ jintuża f’każijiet eċċezzjonali għall-produzzjoni tal-fwar sakemm il-pajpijiet installati għal dan l-iskop jipprekludu l-użu ta’ dan l-ilma għal skopijiet oħra u ma jippreżentaw ebda perikolu ta’ kontaminazzjoni ta’ laħam frisk. B’żieda, ilma mhux tajjeb għax-xorb jista’ jintuża f’każijiet eċċezzjonali għat-tkessiħ ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni. Pajpijiet ta’ ilma mhux tajjeb għax-xorb għandhom jiġu distinti b’mod ċar minn pajpijiet użati għal ilma tajjeb għax-xorb.

22. It-tifrix ta’ serratura jew xi sustanzi oħra simili fl-art tal-kmamar tax-xogħol u mħażen tal-laħam frisk huwa pprojbit.

23. Deterġenti, diżinfettanti u sustanzi simili għandhom jintużaw b’tali mod li strumenti, tagħmir tax-xogħol u laħam frisk mhumiex affetwati ħażin. L-użu tagħhom għandu jkun segwit bi tlaħliħ tajjeb ta’ dawn l-istrumenti u tagħmir tax-xogħol b’ilma tajjeb għax-xorb.

24. Persuni li x’aktarx jikkontaminaw il-laħam huma pprojbiti milli jaħdmuh u jittrattawh

Meta reklutati, kull persuna li taħdem u tittratta laħam frisk għandha tkun meħtieġa tipprova, b’ċertifikat mediku, li ma hemm ebda impediment għal dan l-impjieg. Is-sorveljanza medika ta’ din il-persuna għandha tiġi regolata bil-leġisalzzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat.

IL-KAPITOLU VI

SPEZZJONI TAS-SAĦĦA ANTE-MORTEM

25. Annimal għandu jgħaddi minn ispezzjoni ante-mortem fil-jum li fiha jasal fil-biċċerija jew qabel il-bidu tal-qatla tal jum. L-ispezzjoni għandha tiġi ripetuta immedjatament qabel il-qatla jekk l-annimal kien f’lairage tul il-lejl.

L-operatur tal-biċċerija, is-sid jew l-aġent tiegħu għandhom jiffaċilitaw operazzjonijiet biex isiru spezzjonijiet tas-saħħa ante-mortem u b’mod partikolari kull trattar li jkun ikkunsidrat neċessarju.

Kull annimal li għandu jinqatel għandu jkollu marka li tidentifikah li tippermetti lill-awtorità kompetenti tiddetermina l-oriġini tiegħu.

26. (a) Il-veterinarju uffiċjali għandu jagħmel l-ispezzjoni ante-mortem skond ir-regoli professjonali u taħt dawl addattat.

(b) Il-veterinarju uffiċjali għandu, fir-rigward ta’ annimali kkunsinnati lil biċċerija, jikkontrolla konformità ma’ regoli Komunitarji dwar is-saħħa ta’ l-annimali.

27. L-ispezzjoni għandha tiddetermina:

(a) jekk l-annimali jkunux qegħdin isofru minn marda li tittieħed mill-bniedem jew mill-annimali jew jekk jurux sintomi jew huma f’kondizzjoni ġenerali li tindika li tista’ sseħħ din il-marda;

(b) jekk jurux sintomi ta’ mard jew diżordni tal-kondizzjonijiet ġenerali tagħhom li x’aktarx jagħmel il-laħam mhux tajjeb għall-konsum uman; għandha tingħata wkoll attenzjoni lil xi sinjali li l-annimali jkunu ħadu sustanzi b’effetti farmakoloġiċi amminsitrati lilhom jew li jkunu ikkonsmaw xi sustanzi oħra li jista jrendi l-laħam ħażin għas-saħħa tal-bniedem;

(c) jekk hux għajjenin, aġitati jew imweġġa.

28. (a) annimali għajjiena jew aġitati għandhom ikunu mistrieħa għal mill-inqas 24 siegħa sakemm il-veterinarju uffiċjali jiddeċiedi mod ieħor.

(b) Annimali li fihom waħda mil mard imsemmija fil-punt 27(a) u (b) ġie djanjostikat m’għandhomx jinqatlu għal konsum uman.

(ċ) Il-qatla ta’ annimali suspettati li qed isofru minn waħda mill-mard imsemmija fil-punt 27 (a) u (b) għandha tiġi diferita. Dawn l-annimali għandhom jgħaddu minn eżami dettaljat biex issir djanjosi.

Meta l-ispezzjoni post-mortem hija neċessarja sabiex issir djanjosi, il-veterinarju uffiċjali għandu jitlob li l-annimali inkwistjoni jinqatlu separatament jew fl-aħħar tal-qtil normali.

Dawk l-annimali għandhom jgħaddu minn ispezzjoni dettaljata post-mortem supplimentata, jekk il-veterinarju jikkunsidra li huwa neċessarju għal konferma, b’eżami batterjoloġiku xieraq u tfittxija għal residwi ta’ sustanzi b’ effett farmaloġiku li jista’ jkun preżunt li ġie amminsitrat biex jittratta l-istat patoloġiku osservat.

IL-KAPITOLU VII

IĠENE TAL-QATLA, IT-TQATTIGĦ U T-TRATTAMENT TAL-LAĦAM

29. Annimali tal-qatla miġjuba fil-biċċerija għandhom jinqatlu immedjatament u l-iżvinar, it-tqaxxir jew it-tneħħija taż-żbul, dressing u l-evixxerazzjoni għandhom isiru b tali mod li tiġi evitata kull kontaminazzjoni tal-laħam.

30. L-iżvinar għandu jkun komplet; demm maħsub għall-konsum uman għandu jinġabar ġo kontenituri assolutament nodfa. M’għandux jitħawwad bl-idejn, iżda biss bi strumenti li josservaw rekwiżiti ta’ iġene.

31. Tqaxxir immedjat u komplet huwa obbligatorju, ħlief għal majjali, mingħajr preġudizzju għad-deroga prevista fit-tieni sentenza tal-punt 41(D)(a) tal-Kapitolu VIII. Meta mhux imqaxxra, majjali għandu jkollhom iż-żbul tagħhom imneħħija immedjatament. ‘Aġenti għat-tneħħija taż-żbul jistgħu jintużaw għal din l-operazzjoni, sakemm il-majjali jitlaħalħu sewwa wara b’ilma tajjeb għax-xorb.

Madankollu, t-tqaxxir ta’ rjus ta’ għoġiela u ovini mhuwiex neċessarju sakemm dawk l-irjus jiġu ttrattati b’tali mod li tkun evitata kull kontaminazzjoni ta’ laħam frisk.

32. L-evixxerazzjoni għandha titwettaq immedjatament u titlesta sa mhux aktar tard min 45 minuta wara l-istordament jew, fil-każ ta’ qtil ritwali, nofs siegħa wara l-iżvinament. Il-pulmun, il-qalb, il-fwied, il-kliewi u l-i spleen u l-mediastinum jistgħu jew jinqalgħu jew jibqgħu imwaħħla mal-karkassa bil-konnessjonijiet naturali tagħhom.

Jekk maqlugħa, għandhom jiġu enumerati jew identifikati b’ xi mod sabiex jiġu rikonoxxuti bħala li jappartjenu għal karkassa partikolari: dan japplika wkoll għar-ras, l-ilsien, il-passaġġ diġestiv u kwalunkwe parti oħra ta’ l-annimal meħtieġa għal spezzjoni jew possibilment meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ kontrolli stabbiliti fid-Direttiva 86/469/KEE. Il-partijiet imsemmija fuq għandhom jibqgħu viċin il-karkassa sakemm titlesta l-ispezzjoni. Madankollu, sakemm ma juri ebda sintomu patoloġiku jew leżjoni, il-pene jista’ jiġi mwarrab immedjatament. Għall-ispeċi kollha il-kliewi għandhom jitneħħew mill-kopertura xaħmija tagħhom: fil-każ ta’ annimali bovini, majjali u solipedi il-kapsula "peri-renali" għandha wkoll titneħħa.

33. M’għandhomx jitħallew implimenti fil-laħam; it-tindif tal-laħam billi jintmesaħ b’biċċa jew materjali oħra, u inflazzjoni, huma pprojbiti. Iżda, l-inflazzjoni ta’ organu tista’ tiġi awtorizzata għal skopijiet ritwali, imma f’dak il-każ l-organu minfuħ għandu jiġi eskluż mill-konsum uman.

34. Karkassi ta’ solipedi, majjali li għandhom iktar minn erba’ ġimgħat u annimali bovini li għandhom aktar minn sitt xhur għandhom jiġu sottomessi għal spezzjoni billi jinqasmu minn nofs mill-ispina dorsali. Jekk hekk tinneċessita l-ispezzjoni, il-veterinarju uffiċjali jista’ jirrikjedi li kwalunkwe ras jew karkassa tinqasam mit-tul.

Madankollu, biex jittieħed kont ta’ rekwiżiti teknoloġiċi jew drawwiet lokali ta’ konsum l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza s-sottomissjoni għal spezzjoni ta’ rjus ta’ majjali mhux maqsuma fi tnejn.

35. Sakemm titlesta l-ispezzjoni, ma jistax ikun possibbli għal karkassi u interjuri mhux spezzjonati li jiġu f’ kuntatt ma’ karkassi u interjuri diġà spezzjonati, u t-tneħħija, il-qtugħ jew trattament ulterjuri tal-karkassa għandhom ikunu pprojbiti.

36. M’għandux ikun possibbli għal laħam miżmum jew dikjarat mhux tajjeb għal konsum uman, stonkijiet, imsaren u prodotti sekondarji inedibbli li jiġu f’kuntatt ma’ laħam dikjarat tajjeb għall-konsum uman, u dak ta’ l-ewwel għandu jitqiegħed malajr kemm jista’ jkun fi kmamar speċjali jew kontenituri li jinstabu u huma mqiegħda f’tali mod li tiġi evitata kontaminazzjoni ta’ laħam frisk ieħor.

37. Jekk id-demm jew l-interjuri ta’ diversi annimali jinġabru fl-istess kontenitur qabel l-ispezzjoni post-mortem titlesta, il-kontenuti kollha għandhom jiġu dikjarati mhux tajba għall-konsum uman jekk il-karkassa ta’ wieħed mill-annimali kkonċernati tkun ġiet dikjarata mhux tajba għall-konsum uman.

38. It-trattament, it-tirqim, trattament ulterjuri u t-trasport tal-laħam, inklużi l-interjuri, għandhom jitwettqu billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha ta’ iġene. Meta dan il-laħam jiġi ppakkjat, il-punt 14(d) tal-Kapitolu II u l-kondizzjonijiet tal-Kapitolu XI għandu jkun hemm konformità maghhom. Laħam ippakkjat għandu jinħażen f’kamra separata minn laħam frisk espost.

IL-KAPITOLU VIII

L-ISPEZZJONI TAS-SAĦĦA POST-MORTEM

39. Il-partijiet kollha ta’ l-annimal inkluż id-demm għandhom jiġu spezzjonati immedjatament wara l-qatla sabiex jiġi detetrminat jekk il-laħam huwiex tajjeb għall-konsum uman.

40. L-ispezzjoni post-mortem għandha tinkludi:

(a) spezzjoni viżwali ta’ l-annimal maqtul u l-organi li jappartjenu għalih;

(b) palpazzjoni ta’ l-organi msemmija fil-punt 41 u, jekk il-veterinarju uffiċjali jqis li huwa neċessarju, ta’ l-utru;

(ċ) inċiżjoni ta’ ċerti organi u lymph nodes u, skond il-konklużjonijiet tal-veterinarju uffiċjali, l-utru. Jekk ispezzjoni viżwali jew palpazzjoni ta’ ċerti organi jindikaw li l-annimal għandu leżjonijiet li jistgħu jikkontaminaw il-karkassi, it-tagħmir, il-persunal jew il-post tax-xogħol, dawn l-organi m’ għandhomx jiġu inċiżi fil-kamra tal-qatla jew fi kwalunkwe parti oħra ta’ l-istabbiliment fejn il-laħam frisk jista’ jiġi kontaminat;

(d) investigazzjoni ta’ anomaliji f’konsistenza, kulur, riħa u, fejn xieraq togħma:

(e) meta neċessarju, testijiet tal-laboratorju b’mod partikolari għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 5(1)(j) u (k).

41. Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi b’ mod partikolari b’ dan il-mod:

A. Annimali bovini ta’ iktar min sitt ġimgħat

(a) spezzjoni viżwali tar-ras u l-griżmejn. Il-lymph nodes submaxillarji, retro-pharyngeal u parotid (Lnn. retropharyngiales, mandibulares u parotidei) għandhom jiġu inċizi u eżaminati. Il-Masseters esterni, li fihom iridu jsiru żewġ inċiżjonijiet paralleli għall-mandible, u l-masseters interni (muskoli pterygoid interni), li għandhom jiġu inċżi fuq pjan wieħed, għandhom jiġu eżaminati;

L-ilsien wara li jiġi liberat sabiex tkun permessa spezzjoni viżwali dettaljata tal-ħalq u tal-fauces, għandu jiġi spezzjonat viżwalment u palpat. It-tunsilli għandhom jitneħħew;

(b) L-ispezzjoni tat-trakea; eżami viżwali u palpazzjoni tal-pulmun u l-oesophagus; il-lymph nodes tal-bronki u medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales) għandhom jiġu inċiżi u eżaminati. ‘It-Trakea u l-fergħat ewlenija tal-bronki għandhom jinfetħu mit-tul u l-pulmuni għandhom jiġu inċiżi fit-tielet posterjuri tagħhom, perpendikolari għall-axxi ewlenija tagħhom; dawn l-inċiżjonijiet mhumiex neċessarji meta l-pulmuni huma esklużi mill-konsum uman;

(ċ) spezzjoni viżwali tal-perikardjum u tal-qalb, din ta’ l-aħħar tiġi inċiża mit-tul biex b’hekk jinfetħu l-ventrikili u taqsam mis-septum interventrikulari;

(d) spezzjoni viżwali tal-dijaframma;

(e) spezzjoni viżwali u palpazzjoni tal-fwied u l-lymph nodes epatiċi u pankreatiċi (Lnn. portales); inċiżjoni tas-superfiċi gastrika tal-fwied u fil-qiegħ tal-caudate lobe biex jiġu eżaminati l-passaġġi tal-bili; spezzjoni u palpazzjoni tal-lymph nodes pankreatiċi;

(f) spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastro-intestinali, il-mesenterju, il-lymph nodes gastriċi u mesenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales), palpazzjoni tal-lymph nodes gastriċi u mesenteriċi u, jekk neċessarju, l-inċiżjoni ta’dawk il-lymph nodes;

(g) spezzjoni viżwali u, jekk neċessarju, palpazzjoni tal-milsa;

(h) spezzjoni viżwali tal-kilwa u inċiżjoni, jekk neċessarju, tal-kliewi u tal-lymph nodes renali (Lnn. renales);

(i) spezzjoni viżwali tal-pleura u tal-peritoneum;

(j) spezzjoni viżwali ta’ l-organi ġenitali;

(k) spezzjoni viżwali u, jekk neċessarju, palpazzjoni u inċiżjoni tal-beżżula u l-lymph nodes tagħha (Lnn. supramammarii). Fil-baqar, kull nofs tal-beżżula għandha tinfetaħ b’inċiżjoni twila u fonda sal-lactiferous sinuses (sinus lactiferes) u l-lymph nodes tal-beżżula għandhom jiġu inċiżi, barra meta l-beżżula hija eskluża mill-konsum uman.

B. Annimali bovini ta’ inqas minn sitt ġimgħat

(a) spezzjoni viżwali tar-ras u l-gerżuma. Il-lymph nodes retropharyngeal (Lnn. retropharyngiales) għandhom jiġu inċiżi u eżaminati. Il-ħalq u l-fauces għandhom jiġu spezzjonati u l-ilsien għandu jiġi palpat. It-tunsilli għandhom jitneħħew;

(b) spezzjoni viżwali tal-pulmuni, it-trakea u l-oesophagus; palpazzjoni tal-pulmuni; il-lymph nodes tal-bronki u medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales) għandhom jiġu inċiżi u eżaminati.

It-trakea u l-fergħat ewlenija tal-bronki għandhom jinfetħu mit-tul u l-pulmuni għandhom jiġu inċiżi fit-tielet posterjuri, perpendikolari għall-axxi prinċipali tagħhom; dawn l-inċiżjonijiet mhumiex neċessarji meta l-pulmuni huma esklużi mill-konsum uman;

(ċ) spezzjoni viżwali tal-perikardjum u tal-qalb, din ta’ l-aħħar tiġi inċiża mit-tul biex b’hekk tiftaħ il-ventrikili u taqsam mis-septum interventrikulari;

(d) spezzjoni viżwali tal-dijaframma;

(e) spezzjoni viżwali tal-fwied u tal-lymph nodes epatiċi u pankreatiċi (Lnn. portales); palpazzjoni u, jekk neċessarju, inċiżjoni tal-fwied u l-lymph nodes tiegħu;

(f) spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastro intestinali, tal-mesenterju, tal-lymph nodes gastriċi u mesenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales), palpazzjoni tal-lymph nodes gastriċi u mesenteriċi u, jekk neċessarju, inċiżjoni ta’dawk il-lymph nodes;

(g) spezzjoni viżwali u, jekk neċessarju, palpazzjoni tal-milsa;

(h) spezzjoni viżwali tal-kliewui; inċiżjoni, jekk neċessarju, tal-kliewi u tal-lymph nodes renali (Lnn. renales);

(i) spezzjoni viżwali tal-pleura u tal-peritoneum;

(j) spezzjoni viżwali u palpazzjoni tar-reġjun umbelikali u tal-ġogi; fil-każ ta’ dubju r-reġjun umbelikali għandu jiġi inċiż u l-ġogi jinfetħu. Il-fluwidu sinovjali għandu jiġi eżaminat;

Ċ. Majjali

(a) spezzjoni viżwali tar-ras u l-gerżuma; il-lymph nodes submaxxillarji (Lnn. mandibulares) għandhom jiġu eżaminati u inċiżi. Il-ħalq, il-fauces u l-ilsien għandhom jiġu viżwalment spezzjonati. It-tunsilli għandhom jitneħħew;

(b) spezzjonijiet viżwali tal-pulmuni, tat-trakea u l-oesophagus; palpazzjoni tal-pulmuni u tal-lymph nodes tal-bronki u medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales). It-trakea u l-fergħat ewlenija tal-bronki għandhom jinfetħu mit-tul u l-pulmuni għandhom jiġu inċiżi fit-tielet posterjuri, perpendikolari għall-axxi prinċipali tagħhom; madankollu dawn l-inċiżjonijiet mhumiex neċessarji meta l-pulmuni huma esklużi mill-konsum uman;

(ċ) spezzjoni viżwali tal-perikardju u tal-qalb, din ta’ l-aħħar tiġi inċiża mit-tul sabiex jinfetħu l-ventrikli u jkun hemm qatgħa mis-septum interventrikulari;

(d) spezzjoni viżwali tal-dijaframma;

(e) spezzjoni viżwali u palpazzjoni tal-fwied u tal-lymph nodes epatiċi u pankreatiċi (Lnn. portales); palpazzjoni tal-fwied u l-lymph nodes tiegħu;

(f) spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastro intestinali, tal-mesenterju, tal-lymph nodes gastriċi u mesenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales), palpazzjoni tal-lymph nodes gastriċi u mesenteriċi, u, jekk neċessarju, inċiżjoni ta’dawk il-lymph nodes;

(g) spezzjoni viżwali u, jekk neċessarju, palpazzjoni tal-milsa;

(h) spezzjoni viżwali tal-kliewi u inċiżjoni, jekk neċessarju, tal-kliewi u tal-lymph nodes renali (Lnn. renales);

(i) spezzjoni viżwali tal-pleura u tal-peritoneum;

(j) spezzjoni viżwali ta’ l-organi ġenitali;

(k) spezzjoni viżwali tal-beżżula u l-lymph nodes tagħha (Lnn. supramammarii), inċiżjoni tal-lymph nodes supramammari fil-majjali;

(l) spezzjonijiet viżwali u palpazzjoni tar-reġjun umbilikali u tal-ġogi ta’ annimali żgħar; fil-każ ta’ dubju r-reġjun umbilikali għandu jiġi inċiż u l-ġogi jinfetħu.

D. Nagħaġ u mogħoż

(a) spezzjoni viżwali tar-ras wara li titqaxxar u, fil-każ ta’ dubju, eżami tal-gerżuma, l-ħalq, l-ilsien u tal-lymph nodes retro-pharyngeal u parotid. Mingħajr preġudizzju għal kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali, dawn l-eżamijiet mhumiex neċessarji jekk l-awtorità kompetenti tkun tista tiggarantixxi li r-ras, inkluż l-ilsien u l-moħħ huma esklużi mill-konsum uman;

(b) spezzjoni viżwali tal-pulmuni, tat-trakea u ta’ l-oesophagus; palpazzjoni tal-pulmuni u tal-lymph nodes tal-bronki u medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales); f’każ ta’ dubju, dawn l-organi u l-lymph nodes għandhom jiġu inċiżi u eżaminati;

(ċ) spezzjoni viżwali tal-perikardju u tal-qalb; f’każ ta’ dubju il-qalb għandha tiġi inċiża u eżaminata;

(d) spezzjoni viżwali tal-dijaframma;

(e) spezzjoni viżwali tal-fwied u tal-lymph nodes epatiċi u pankreatiċi (Lnn. portales); palpazzjoni tal-fwied u tal-lymph nodes tiegħu; inċiżjoni tas-superfiċi gastrika tal-fwied sabiex jiġu eżaminati l-passaġġi tal-bili;

(f) spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastro intestinali, tal-mesenterju u tal-lymph nodes gastriċi u mesenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales);

(g) spezzjoni viżwali u, jekk neċessarju, palpazzjoni tal-milsa;

(h) spezzjoni viżwali tal-kliewi; inċiżjoni, jekk neċessarju, tal-kliewi u l-lymph nodes renali (Lnn. renales);

(i) spezzjoni viżwali tal-pleura u peritoneum;

(j) spezzjoni viżwali ta’ l-organi ġenitali;

(k) spezzjoni viżwali tal-beżżula u tal-lymph nodes tagħha;

(l) spezzjoni viżwali u palpazzjoni tar-reġjun umbelikali u tal-ġogi ta’ annimali żgħar; fil-każ ta’ dubju r-reġjun umbilikali għandu jiġi inċiż u l-ġogi jinfetħu.

E. Solipedi domestiċi

(a) spezzjoni viżwali tar-ras, u wara li jiġi lliberat l-ilsien, il-gerżuma; il-lymph nodes submaxxillarji retro-pharyngeal u parotid (Lnn. retropharyngiales, mandibulares u parotidei) għandhom jiġu palpati u, jekk neċessarju, inċiżi. L-ilsien, wara li jiġi lliberat biex jippermetti ispezzjoni dettaljata tal-ħalq u tal-fauces, għandu jiġi eżaminat u palpat viżwalment. It-tunsilli għandhom jitneħħew;

(b) spezzjoni viżwali tal-pulmuni, tat-trakea u ta’ l-oesophagus; palpazzjoni tal-pulmuni; il-lymph nodes tal-bronki u medjastinales (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales) għandhom jiġu palpati u, jekk neċessarju, inċiżi. It-trakea u l-fergħat komuni tal-bronki għandhom jinfetħu mit-tul u l-pulmuni jiġu inċiżi fit-tielet posterjuri, perpendikolari għall-axxi prinċipali tagħhom; dawn l-inċiżjonijiet mhumiex neċessarji meta l-pulmuni huma esklużi mill-konsum uman;

(ċ) spezzjoni viżwali tal-perikardju u tal-qalb, din ta’ l-aħħar tiġi inċiża mit-tul sabiex jinfetħu l-ventrikili u taqsam mis-septum interventrikulari;

(d) spezzjoni viżwali tal-dijaframma;

(e) spezzjoni viżwali tal-fwied u tal-lymph nodes epatiċi u pankreatiċi (Lnn. portales); palpazzjoni tal-fwied u l-lymph nodes tiegħu; jekk neċessarju, inċiżjoni tal-fwied u l-lymph nodes epatiċi u pankreatiċi;

(f) spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastro intestinali, tal-lymph nodes gastriċi u mesenteriċi(Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales); inċiżjoni, jekk neċessarja, tal-lymph nodes gastriċi u mesenteriċi.

(g) spezzjoni viżwali u, jekk neċessarju, palpazzjoni tal-milsa;

(h) spezzjoni viżwali tal-kliewi, palpazzjoni tal-kliewi u inċiżżjoni, jekk neċessarja, tal-kliewi u tal-lymph nodes renali (Lnn. renales);

(i) spezzjoni viżwali tal-pleura u tal-peritoneum;

(j) spezzjoni viżwali ta’ l-organi ġenitali taż-żwiemel u tad-dbieb;

(k) spezzjoni viżwali tal-beżżula u l-lymph nodes tagħha (Lnn. supramammarii) u, jekk neċessarju, inċiżjoni tal-lymph nodes supramammarji;

(l) spezzjoni viżwali u palpazzjoni tar-reġjun umbelikali u tal-ġoġi ta’ annimali żgħar; fil-każ ta’ dubju r-reġjun umbilikali għandu jiġi inċiż u l-ġogi miftuħa;

(m) iż-żwiemel griżi u bojod kollha għandhom jiġu spezzjonati għall-melanosis u melanomata fir-rigward tal-muskoli u l-lymph nodes (Lnn. lymphonodi subrhomboidei) ta’ l-ispallejn taħt l-iscapular cartilage billi jiġi llaxkat it-twaħħil ta’ spalla waħda. Il-kliewi għandhom jipu esposti u eżaminati b’inċiżjoni fil-kilwa kollha.

F. Fil-każ ta’ dubju, il-veterinarju uffiċjali jista’ jwettaq il qatgħat u l-ispezzjonjiet tal-partijiet relevanti ta’ l-annimali neċessarji biex jasal għal deċiżjoni finali.

Meta l-veterinarju uffiċjali jsib li r-regoli ta’ l-iġene stabbiliti f’dan il-Kapitolu qed jinkisru jew li spezzjoni adegwata tas-saħħa qed tittellef, għandu jkun jista’ jieħu azzjoni fir-rigward ta’ l-użu ta’ tagħmir jew postijiet u jieħu kull miżura meħtieġa, sa u inkluż tnaqqis fir-rata ta’ produzzjoni jew interruzzjoni tal-proċess ta’ produzzjoni.

G. Meta l-inċiżjoni tal-lymph nodes ta’ fuq hija obbligatorja, għandhom jiġu sistematikament soġġetti għal inċiżjonjiet multipli u spezzjoni viżwali.

42. A. Barra minn hekk, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq b’mod sistematiku:

(1) investigazzjoni għal cystercosis fil-majjali: din l-investigazzjoni għandha tinkludi eżami tas-superfiċi muskolari direttament viżibbli, b’mod partikolari fil-muskoli tal-koxxa, il-pilastri tad-dijaframma, il-muskoli interkostali, il-qalb, l-ilsien u l-larynx u, jekk neċessarju, il-ħajt addominali u l-muskoli psoas meħlusa minn konsistenza xaħmija;

(2) investigazzjoni għal "glanders" f’solipedi permezz ta’ eżami bir-reqqa ta’ membrani mukużi mit-trakea’, mil-larynx’, mill-kavitajiet nażali, mis-sinuses u r-ramifikazzjonijiet tagħhom, wara li r-ras tinqasam fi pjan minn nofs u jinħareġ is-septum nasali.

(3) laħam frisk minn majjali u żwiemel li jikkontjeni muskoli ta’ l-iskeletru (muskoli striati) għandhom jgħaddu minn investigazzjoni għal trikinosi.

Din l-investigazzjoni għandha titwettaq skond metodi ppruvati li huma xjentifikament rikonoxxuti, b’mod partikolari metodi li huma definiti fid-Direttivi Komunitarji jew standards internazzjonali oħra.

Ir-riżultati għandhom jiġu stmati bl-użu ta’ metodu ta’ referenza ffissat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 ta’ din id-Direttiva u wara li l-Kumitat Veterinarju Xjentifiku jkun ta l-opinjoni tiegħu; kemm hu ta’ min wieħed joqgħod fuq dan il-metodu għandu jkun mill-inqas daqs dak tat-trichinoscopy previst fil-punt 1 ta’ l-Anness I mad-Direttiva 77/96/KEE.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-metodu ta’ referenza fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

B. Ir-riżultati ta’ spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem għandhom jiġu rreġistrati mill-veterinarju uffiċjali u, meta mard trasmess lill-bniedem kif imsemmi fl-Artikolu 6 jiġi djanjostikat, ikkomunikat lill-awtoritajiet veterinarji kompetenti responsabbli għas-sorveljanza tal-merħla li minnha oriġinaw l-annimali, kif ukoll lill-persuna responsabbli għall-merħla inkwistjoni.

IL-KAPITOLU IX

REKWIŻITI GĦAL LAĦAM MAĦSUB GĦALL-QTUGĦ

43. Il-qtugħ ta’ biċċiet iżgħar minn dawn imsemmija fl-Artikolu 3(1)(A), it-tneħħija ta’ l-għadam jew is-slicing ta’ interjuri ta’ annimali ta’ l-ispeċi bovini huwa awtorizzat f’impjanti ta’ tqattigħ biss.

44. L-operatur ta’ l-impjant, is-sid jew l-aġent tiegħu għandhom jiffaċilitaw operazzjonijiet għas-sorveljanza ta’ l-impjant, b’mod partikolari kull trattament li hu kkunisdrat neċessarju, u għandu jqiegħed il-faċilitajiet neċessarji għad-dispożizzjoni tas-servizz ta’ sorveljanza. B’mod partikolari, għandu jkun kapaċi jinforma fuq talba lill-veterinarju uffiċjali responsabbli għas-sorveljanza tal-fonti tal-laħam miġjub fl-impjant ta’ tqattigħ.

45. Mingħajr preġudizzju għat-tieni paragrafu tal-punt 19 tal-Kapitolu V, laħam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3(1)(B)(b) ta’ din id-Direttiva ma jistax jitqiegħed f’impjanti ta’ tqattigħ approvati sakemm ma jitqiegħedx f’żoni speċjali ta’ ħażna; għandu jinqata’ f’postijiet oħra jew f’ħinijiet oħra minn laħam li ma jissodisfax dawk ir-rekwiżiti. Il-veterinarju uffiċjali għandu fil-ħinijiet kollha jkollu aċċess għall-kmamar kollha tal-ħażna u tax-xogħol sabiex jissodisfa lilu nnifsu li d-dispożizzjonijiet preċedenti jiġu osservati rigorożament.

46. (a) Laħam frisk għandu jinġieb fil-kmamar previsti fil-punt 15(b) tal-Kapitolu III progressivament kif meħtieġ. Hekk kif jinqata’, u meta xieraq ippakkjat, il-laħam għandu jiġi trasferit għal kamra ta’ tkessiħ jew refriġerazzjoni relevanti msemmija fil-punt 15(a) tal-Kapitolu III.

(b) Laħam li jidħol fl-impjant ta’ tqattigħ għandu jiġi kkontrollat u, jekk neċessarju, mirqum. L-istazzjon tax-xogħol għal din il-biċċa xogħol għandhom ikunu mgħammra b’faċilitajiet addattati u dawl adegwat.

(ċ) Waqt it-tqattigħ, it-tneħħija ta’ l-għadam, it-tgeżwir u l-ippakkeġġjar it-temperatura interna tal-laħam għandha tinżamm f’temperatura kostanti ta’ + 7oC jew inqas. Waqt it-tqattigħ, it-temperatura tal-kamra ta’ tqattigħ m’għandhiex teċċedi + 12oC. Matul is-slicing, it-tgeżwir u l-ippakkjar, it-temperatura interna tal-fwied għandha tinżamm f’temperatura kostanti ta’ + 3oC jew inqas.

Waqt it-tqattigħ, it-tneħħija ta’ l-għadam, is-slicing, it-tqattigħ f’kubetti, it-tgeżwir u l-ippakkjar it-temperatura tal-fwied, tal-kliewi u tal-laħam tar-ras għandha tinżamm f’temperatura kostanti ta’ + 3oC jew inqas.

(d) B’deroga mill-paragrafi (a) u (ċ), laħam jista’ jinqata’ waqt li sħun. F’dak il-każ, il-laħam għandu jiġi trasferit direttament mill-post tal-qatla għall-kamra ta’ tqattigħ. Barra minn hekk, il-biċċerija u l-kamra ta’ tqattigħ għandhom ikunu jinstabu fl-istess grupp ta’ bini u suffiċjentament viċin xulxin biex il-laħam ikun jista’ jiġi trasferit f’operazzjoni waħda u t-tqattigħ għandu jsir immedjatament wara t-trasferiment. Malli jitqatta’, u meta xieraq ippakkjat, għandu jiġi trasferit lejn kamra ta’ tkessiħ xierqa.

(e) It-tqattigħ għandu jitwettaq b’ tali mod li jiġi evitat kull ħmieġ tal-laħam. Il-frak ta’ l-għadma u tad-demm għandhom jitneħħew. Laħam ottenut minn tqattigħ u mhux maħsub għall-konsum uman għandu jinġabar fil-faċilitajiet, il-kontenituri jew il-kmamar imsemmija fil-punt 4 (d) hekk kif jitqatta’.

IL-KAPITOLU X

KONTROLL TAS-SAĦĦA TA’ LAĦAM MAQTUGĦ U LAĦAM MAĦŻUN

47. Impjanti ta’ tqattigħ approvati u mħażen kiesħa approvati għandhom jiġu sorveljati minn veterinarju uffiċjali.

48. Sorveljanza mill-veterinarju uffiċjali għandha tinkludi d-dmirijiet li ġejjin:

- sorveljanza tad-dħul u l-ħruġ tal-laħam frisk,

- spezzjoni tas-saħħa ta’ laħam frisk miżmum fl-istabbiliment imsemmi fil-punt 47,

- spezzjoni tas-saħħa ta’ laħam frisk qabel it-tqattigħ u meta jitlaq l-istabbilimenti msemmija fil-punt 47,

- sorveljanza ta’ l-indafa tal-postijiet, faċilitajiet u strumenti previsti fil-Kapitolu V, u ta’ iġene tal-persunal, inkluż il-ħwejjeġ tagħhom,

- kull sorveljanza oħra li l-veterinarju uffiċjali jikkunsidra neċessarju biex tiġi assigurata konformità ma’ din id-Direttiva.

IL-KAPITOLU XI

L-IMMARKAR TAS-SAĦĦA

49. L-immarkar tas-saħħa għandu jitwettaq taħt ir-responsabbilità tal-veterinarju uffiċjali. Għal dan l-iskop, għandu jżomm u jmantni taħt ir-responsabbiltà tiegħu:

(a) l-istrumenti maħsuba għall-immarkar tas-saħħa tal-laħam li jista’ jgħaddi lil awżiljarji biss fil-ħin ta’ l-immarkar u għat-tul ta’ żmien meħtieġ għal dan l-iskop;

(b) it-tikketti u l-materjal ta’ tgeżwir meta mmarkat kif previst f’dan il-Kapitolu. It-tikketti u l-materjal ta’ tgeżwir għandu jingħata lill-awżiljari fil-ħin meta għandhom jintużaw u fin-numru meħtieġ.

50. L-immarkar tas-saħħa għandu jkun:

(a) jew marka ovali mill-inqas 6,5 ċm wiesgħa b’4,5 ċm għolja u li jkollha l-informazzjoni li ġejja f’karattri li jinqraw tajjeb:

- fin-naħa ta’ fuq, l-inizjali tal-pajjiż kunsinna (jiġifieri wieħed minn dawn li ġejjin):

B - DK - D - EL - E - F - IRL - I - L - NL - P - UK,

b’warajh in-numru ta’ l-approvazzjoni tal-veterinarju ta’ l-istabbiliment,

- fin-naħa ta’ isfel, waħda minn dawn is-settijiet ta’ inizjali li ġejjin: CEE, EOEF, EWG, EOK, KEE, jew EEG;

(b) jew marka ovali mill-inqas 6,5 ċm wiesgħa b’4,5 ċm għoli u li jkollha l-informazzjoni li ġejja f’karattri li jinqraw tajjeb:

- fin-naħa ta’ fuq, l-isem tal-pajjiż ta’ kunsinna f’itttri kbar:

- fin-nofs, in-numru veterinarju ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment,

- fin-naħa ta’ isfel, waħda minn dawn is-settijiet ta’ inizjali: CEE, EØF, EWG, EOK, EEC jew EEG.

L-ittri għandhom ikunu mill-inqas jkunu 0,8 ċm għolja u l-figuri mill-inqas 1 ċm għoli.

Il-marka tas-saħħa tista’, b’addizzjoni, tinkludi indikazzjoni tal-veterinarju uffiċjali li wettaq l-ispezzjoni tas-saħħa tal-laħam.

51. Il-karkassi għandhom jiġu ttimbrati bil-linka jew ittimbrati bis-sħana skond il-punt 50:

- dawk li jiżnu aktar minn 65 kilogramma għandhom jiġu mmarkati fuq kull nofs karkassa, f’dawn il-postijiet li ġejjin mill-inqas: is-superfiċi estern tal-koxox, tal-ġenbejn, tad-dahar, tas-sider u ta’ l-ispalla,

- karkassi oħra għandhom jiġu mmarkati f’ mill-inqas erba’ postijiet, fuq l-spalla u fuq is-superfiċi estern tal-koxox.

52. Il-fwied ta’ annimali bovini, majjali u solipedi għandu jiġi ttimbrat bis-sħana skond il-punt 50.

L-Interjuri l-oħra kollha għandhom jiġu ttimbrati bil-linka jew bis-sħana skond il-punt 50, sakemm ma jiġux imgeżwra jew ippakkjati u mmarkati skond il-punti 55 u 56.

53. Qatgħat ottenuti f’impjanti ta’ tqattigħ minn karkassi mmarkati uffiċjalment għandhom jiġu ttimbrati bil-linka jew bis-sħana skond il-punt 50, sakemm ma jiġux imgeżwra jew ippakkjati, u kustilji għandhom jiġu mmarkati b’tali mod li jkun possibbli li tiġi identifikata l-biċċerija ta’ l-oriġini.

54. L-ippakkjar għandu dejjem jiġi mmarkat skond il-punt 55.

55. Laħam maqtugħ ippakkjat u interjuri ppakkjati msemmija fil-punt 52 tat-tieni paragrafu, u l-punt 53, inklużi fwied imqatta’ ta’ annimali ta’ l-ispeċi bovini, għandu jkollhom marka tas-saħħa skond il-punt 50. Il-marka għandha tinkludi n-numru veterinarju ta’ approvazzjoni ta’ l-impjant ta’ tqattigħ minflok dak tal-biċċerija. Il-marka għandha tkun applikata fuq tikketta mwaħħla mal-pakkett, jew stampata fuq il-pakkett, b’tali mod li tinqered meta jinfetaħ il-pakkett; it-tabella għandha turi wkoll numru tas-serje. Madanakollu, meta l-laħam jew l-interjuri jitgeżwru skond il-punt 62 tal-Kapitolu XII, it-tikketta msemmija fuq tista’ titwaħħal mal-karta tat-tgeżwir. Fil-każ ta’ interjuri ppakkjati f’biċċerija, in-numru inkluż fil-marka għandu jkun in-numru ta’ approvazzjoni veterinarja tal-biċċerija kkonċernata.

56. B’żieda mar-rekwiżiti tal-punt 55, meta laħam frisk huwa mgeżwer f’porzjonijiet kummerċjali maħsuba għal bejgħ dirett lil konsumatur għandha tiġi stampata riproduzzjoni tal-marka tas-saħħa prevista taħt il-punt 50(a) jew fuq it-tgeżwir jew fuq tikketta mwaħħla mat-tgeżwir. Il-marka għandha tinkludi wkoll in-numru veterinarju ta’ approvazzjoni ta’ l-impjant ta’ tqattigħ. Ir-rekwiżiti ta’ dimensjoni tal-punt 50 m’għandhomx għalfejn japplikaw għall-marka meħtieġa taħt dan il-punt. Madanakollu, fil-każ ta’ interjuri mgeżwra f’biċċerija, in-numru inkluż fil-marka għandu jkun in-numru ta’ approvazzjoni veterinarja tal-biċċerija kkonċernata.

57. Laħam minn solipedi u l-ippakkjar tiegħu għandu jkollu marka speċjali, li għandha tiġi determinata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 ta’ din id-Direttiva.

58. Il-kuluri li għandhom jintużaw għat-timbru għandhom ikunu awtorizzati skond id-Direttiva tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw is-sustanzi tal-kulur awtorizzati għal użu fl-affarijiet ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum uman [3].

IL-KAPITOLU XII

IT-TGEŻWIR U L-IPPAKKJAR TA’ LAĦAM FRISK

59. (a) l-Ippakkeġġjar (per eżempju kontenituri ta’ l-ippakkjar, kaxex tal-kartun) għandu jissodisfa r-regoli kollha ta’ iġene, u b’mod partikolari:

- m’ għandux jaltera l-karatteristiċi organolettiċi tal-laħam,

- m’ għandux ikun kapaċi jittrasmetti lill-laħam sustanzi li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem,

- għandu jkun sod biżżejjed biex jassigura protezzjoni effettiva tal-laħam matul it-trasport u t-trattar.

(b) L-Ippakkjar m’ għandux jerġa’ jintuża għal laħam sakemm ma jkunx magħmul minn materjali li jirreżistu l-korrożjoni li huma faċli biex jitnaddfu u li tnaddfu u ġew diżinfettati minn qabel.

60. Meta laħam jew interjuri friski maqtugħa huma mgeżwra, din l-operazzjoni għandha titwettaq immedjatament wara t-tqattigħ u skond ir-rekwiżiti ta’ l-iġene.

Bl-eċċezzjoni ta’ qatgħat ta’ xaħam ta’ barra u taż-żaqq tal-majjal, laħam u interjuri mqattgħin għandhom fil-każijiet kollha jkunu pprovduti bi tgeżwir protettiv sakemm ma jkunx sospiż matul it-trasport.

Dan it-tgeżwir għandu jkun trasparenti u bla kulur u għandu wkoll jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-ewwel u t-tieni inċiżi tal-punt 59(a); ma jistax jerġa’ jintuża għat-tgeżwir tal-laħam.

Fwied imqatta ta’ annimali ta’ l-ispeċi bovini għandhom jiġu mgeżwra individwalment. Pakkett jista’ jkun fih biss organu mqatta’ komplet ippreżentat fil-forma oriġinali tiegħu:.

61. Laħam imgeżwer għandu jkun ippakkjat.

62. Madankollu, meta t-tgeżwir jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha protettivi ta’ ppakkjar m’għandux ikun trasparenti u bla kulur u mhuwiex neċessarju li jitqiegħed f’kontenitur ieħor sakemm il-kundizzjonijiet l-oħra tal-punt 59 ma jiġux issodisfati.

63. Operazzjonijiet ta’ tqattigħ, tat-tneħħija ta’ l-għadam u ta’ l-ippakkjar jistgħu iseħħu fl-istess kamra soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kamra għandha tkun kbira biżżejjed u rranġata b’tali mod li tkun assigurata l-iġene ta’ l-operazzjonijiet;

(b) l-ippakkjar u t-tgeżwir għandu jkun magħluq f’kopertura protettiva ssiġillata immedjatament wara l-fabbrikazzjoni; din il-kopertura għandha tkun protetta minn ħsara waqt trasport lejn l-istabbiliment u tinħażen taħt kondizzjonijiet iġeniċi f’kamra separata fl-istabbiliment:

(ċ) il-kmamar biex jinħażen il-materjal ta’ l-ippakkjar għandhom ikun ħielsa mit-trab u l-pesti u ma jkollhom ebda konnessjoni ma’ kmamar li fihom sustanzi li jistgħu jikkontaminaw laħam frisk. L-ippakkjar m’għandux jinħażen fuq il-paviment;

(d) l-ippakkjar għandu jinġabar taħt kondizzjonijiet iġeniċi qabel ma jinġieb fil-kamra;

(e) l-ippakkjar għandu jinġieb fil-kamra b’mod iġeniku u jintuża mingħajr dewmien. M’għandux jiġi użat minn persunal li jittratta laħam frisk;

(f) immedjatament wara l-ippakkjar il-laħam għandu jitqiegħed fil-kamra tal-ħażna provduta.

64. L-ippakkjar imsemmi f’dan il-kapitolu jista’ jkun fih biss laħam mill-istess speċi ta’ annimali.

IL-KAPITOLU XIII

ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

65. Il-kopja oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa li għandha tkun mal-laħam waqt it-trasport lejn il-post tad-destinazzjoni għandha tinħareġ minn veterinarju uffiċjali fil-ħin tat-tagħbija.

Iċ-ċertifikat għandu jikkorrispondi fil-forma u l-kontenut għall-mudell fl-Anness IV u mill-inqas isir fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-post tad-destinazzjoni. Għandu jikkonsisti f’karta waħda.

IL-KAPITOLU XIV

ĦAŻNA

66. Laħam frisk għandu jitkessaħ immedjatament wara spezzjoni post-mortem u jinżamm f’temperatura kostanti interna ta’ mhux aktar minn + 7oC għal karkassi u qatgħat u + 3 oC għal interjuri.

Derogi minn dan l-apparat jistgħu, għal raġunijiet tekniċi dwar il-maturazzjoni tal-laħam, jingħataw mill-awtorità kompetenti fuq bażi ta’ każ b’każ għat-trasport tal-laħam lejn impjanti ta’ tqattigħ jew ħwienet tal-laħam fil-viċinanza immedjata tal-biċċerija, sakemm dan it-trasport ma jiħux aktar minn siegħa.

Laħam frisk għall-iffriżar għandu jiġi direttament minn biċċerija approvata jew impjant ta’ tqattigħ approvat.

L-iffriżar ta’ laħam frisk jista’ jsir biss fi kmamar ta’ l-istess stabbiliment fejn ġie miksub il-laħam jew jitqatta f’maħżen kiesaħ approvat, permezz ta’ tagħmir approprjat.

Meta maħsuba għal iffriżar, qatgħat imsemmija fl-Artikolu 3(1)(A) ta’ din id-Direttiva, il-qatgħat msemmija f’punt 53 ta’ Kapitolu XI ta’ dan l-Anness u biċċiet tal-laħam jridu jkunu friżati mingħajr dewmien sakemm mhux rikjesta maturazjoni għal raġunijiet ta’ saħħa. Fil-każ ta’ l-aħħar għandhom jiġu ffriżati immedjatament wara l-maturazzjoni.

Karkassi, nofs-karkassi, nofs-karkassi maqtugħa f’mhux aktar minn tlett biċċiet ta’ ingrossa u kwartijiet maħsuba għall-iffriżar għandhom jiġu ffriżati mingħajr dewmien wara perjodu ta’ stabbilizzazzjoni.

Laħam maqtugħ maħsub għall-iffriżar għandu jiġi ffriżat mingħajr dewmien wara t-tqattigħ.

Laħam iffriżat għandu jilħaq temperatura interna ta’ -12o C jew anqas u ma jistax jiġi maħżun f’temperaturi ogħla wara dan.

Laħam frisk li jkun għadda minn proċess ta’ l-iffriżar għandu jkollu indikazzjoni tax-xahar u sena li fihom ġie ffriżat.

67. Ebda prodott ieħor li jista’ jaffettwa l-iġene tal-laħam jew jikkontaminah ma jista’ jiġi maħżun fil-kmamar imsemmija fil-punti 16 u 17 tal-Kapitolu IV kemm-il darba l-laħam ma jiġix ippakkjat u maħżun separatament.

68. It-temperatura tal-ħażna tal-kmamar tal-ħażna msemmija fil-punti 16 u 17 tal-Kapitolu IV għandha tiġi rreġistrata.

IL-KAPITOLU XV

IT-TRASPORT

69. Laħam frisk għandu jiġi ttrasportat permezz ta’ mezzi ta’ trasport provduti b’sistema ta’ għeluq ermetiku jew, fil-każ ta’ laħam frisk impurtat skond id-Direttiva 90/675/KEE jew laħam frisk intransitu mit-territorju ta’ pajjiż terz f’mezz issiġillat ta’ trasport, maħsub u mgħammar b’tali mod li t-temperaturi speċifikati fil-Kapitolu XIV jinżammu matul it-trasport.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, karkassi, nofs-karkassi, nofs-karkassi maqtugħa f’mhux aktar min tliet biċċiet sħaħ, u kwartijiet jistgħu jiġu trasportati f’temperaturi ogħla minn dawk stabbiliti fil-Kapitolu XIV taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu ffissati wara konsultazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 ta’ din id-Direttiva.

70. Mezzi ta’ trasport maħsuba għat-trasport ta’ dan il-laħam għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) is-superfiċi ta’ ġewwa tagħhom jew xi parti oħra li tista’ tiġi f’kuntatt mal-laħam għandha tkun ta’ materjal li jirreżisti l-korrożjoni li ma jistax jaffettwa l-karatteristiċi organolettiċi tal-laħam jew irendu l-laħam ħażin għas-saħħa tal-bniedem; dawn is-superfiċi għandhom ikunu lixxi u faċli biex jitnaddfu u jiġu diżinfettati;

(b) għandhom jiġu provduti b’apparat effiċjenti għall-protezzjoni tal-laħam kontra l-insetti u t-trab u jkollhom protezzjoni kontra l-ilma;

(ċ) għat-trasport ta’ karkassi, nofs karkassi, nofs karkassi maqtugħa f’mhux aktar min tliet biċċiet sħaħ, kwartijiet u laħam maqtugħ mhux ippakkjat, għandhom ikunu mgħammra b’armar li jirreżisti l-korrożjoni għas-sospensjoni ta’ laħam iffissat f’għoli li l-laħam ma jistax imiss il-paviment. Din id- dispożizzjoni m’ għandhiex tapplika għal laħam iffriżat f’ippakkeġġar iġeniku. Fil-każ ta’ trasport bl-ajru, madankollu, armar għas-sospensjoni tal-laħam mhuwiex meħtieġ sakemm ma jiġux provduti faċilitajiet adattati li jirreżistu l-korrożjoni għat-tagħbija, iż-żamma u l-ħatt iġeniku tal-laħam.

71. Mezzi ta’ trasport maħsuba għat-trasport ta’ l-laħam ma jistgħu f’ebda każ jintużaw għat-trasport ta’ annimali ħajjin jew xi prodotti li x’aktarx jaffetwaw jew jikkontaminaw il-laħam.

72. Ebda prodott ieħor li x’aktarx jaffetwa l-iġene tal-laħam jew li jikkontaminah ma jista’ jiġi ttrasportat fl-istess ħin bħal laħam fl-istess mezz ta’ trasport sakemm ma jittiħdux il-prekawzjonijiet xierqa. Laħam ippakkjat għandu jiġi ttrasportat f’mezzi separati ta’ trasport minn laħam mhux ippakkjat sakemm, fl-istess mezz ta’ trasport, ma tkunx provduta separazzjoni fiżika adegwata sabiex tipproteġi laħam mhux ippakkjat minn laħam ippakkjat. Barra minn hekk, stonkijiet ma jistgħux jiġu ttrasportati hemm sakemm mhux maħruqa jew imnaddfa, u lanqas irjus u saqajn sakemm ma jiġux imqaxxra jew maħruqa u depilati.

73. Laħam frisk ma jistax jiġi ttrasportat f’vettura jew reċipjent li ma jkunx nadif u li ma jkunx ġie diżinfettat.

74. Karkassi, nofs karkassi u kwartijiet, nofs karkassi maqtugħa f’mhux aktar min tliet biċċiet sħaħ, eskluż laħam iffriżat ippakkjat skond rekwiżiti iġeniċi, għandhom jiġu sospiżi matul it-trasport ta’ l-ajru skond il-punt 70 (ċ).

Qatgħat u interjuri oħra għandhom jiġu sospiżi jew imqiegħda fuq appoġġi jekk mhux ippakkjati jew kontenuti f’reċipjenti li jirreżistu korrożjoni. Dawn l-appoġġi, l-ippakkeġġjar jew reċipjenti għandhom josservaw rekwiżiti ta’ iġene u, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-ippakkeġġar, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Il-vixxera għandha dejjem tiġi ttrasportata f’ ippakkeġġjar b’ saħħtu ta’ protezzjoni kontra l-ilma u kontra x-xaħam li jista’ jerġa’ jintuża biss wara tindif u diżinfettar.

75. Il-veterinarju uffiċjali għandu jassigura qabel il-kunsinna li vetturi ta’ trasport u kondizzjonijiet ta’ tagħbija jilħqu r-rekwiżiti ta’ iġene ta’ dan il-Kapitolu.

L-ANNESS II

IL-KAPITOLU I

KONDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ STABBILIMENT TA’ KAPAĊITÀ BAXXA

Stabbilimenti ta’ kapaċità baxxa għandu jkollhom mill-inqas:

1. fi kmamar fejn il-laħam frisk huwa prodott u maħdum:

(a) art ta’ protezzjoni kontra l-ilma li titnaddaf faċilment u tiġi diżinfettata, ma ssewwisx u magħmula b’tali mod li t-tisfija ta’ l-ilma hija faċli; l-ilma għandu jiġi ggwidat lejn drenaġġi bi grilji u fetħiet għall-prevenzjoni ta’ l-irwejjaħ;

(b) ħitan lixxi, sodi, u impermeabbli, b’ kisi ta’ kulur ċar u li jinħasel sa għoli ta’ mill-inqas żewġ metri u ta’ mill-inqas tliet metri fil-biċċeriji.

Madanakollu, l-użu ta’ ħitan ta’ l-injam fil-kmamar imsemmija fil-punt 16 tal-Kapitolu III ta’ l-Anness I ma jikkositiwix raġunijiet għall-irtirar ta’ approvazzjoni sakemm ikunu nbnew qabel l-1 ta’ Lulju 1991;

(ċ) bibien f’materjal li jitnaddaf malajr, li ma jsewsux u bla riħa.

Meta l-laħam jinħażen fl-istabbiliment ikkonċernat, dak l-istabbiliment għandu jkollu postijiet ta’ ħażna li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fuq;

(d) materjali ta’ insulazzjoni li ma jsewsux u li huma bla riħa;

(e) ventilazzjoni adegwata u jekk neċessarja estrazzjoni tajba ta’ fwar;

(f) dawl naturali adegwat jew artifiċjali li ma jiddistorċix il-kuluri;

2. (a) viċin kemm jista’ jkun għal postazzjonijiet tax-xogħol, numru suffiċjenti ta’ faċilitajiet għal tindif u diżinfettar ta’ idejn u għat-tindif ta’ għodda b’ilma sħun. Għall-ħasil ta’ l-idejn, dawn il-faċilitajiet għandu jkollhom ilma sħun u kiesaħ jew ilma mħallat minn qabel għal temperatura addattata, prodotti ta’ tindif u diżinfettar u mezzi iġeniċi għall-ixxuttar ta’ l-idejn;

(b) faċilitajiet fil-post jew f’kamra viċin għad-diżinfettar ta’ l-għodda, b’ilma jaħraq fornit b’mhux inqas minn 82 oC;

3. arranġamenti approprjati għal protezzjoni kontra pesti bħal insetti u ġrieden;

4. (a) strumenti u tagħmir tax-xogħol bħal imwejjed ta’ tqattigħ, imwejjed b’uċuħ li jinqalgħu, kontenituri, ċineg ta’ trasport u srieraq, magħmula minn materjal li ma jikkorrodix, li ma tantx għandu ċans jinfetta l-laħam u faċli biex jitnaddaf u jiġi diżinfettat. L-użu ta’ l-injam huwa pprojbit;

(b) armar li jirreżisti l-korrożjoni u tagħmir li jissodisfa rekwiżiti ta’ iġene għal:

- trattar tal-laħam,

- ħażna ta’ kontenituri tal-laħam, b’tali mod li la l-laħam u lanqas il-kontenituri ma jiġu f’ kuntatt dirett ma’ l-art jew mal-ħitan;

(ċ) kontenituri speċjali bi protezzjoni kontra l-ilma u mhux korrożivi, b’għotjien u għeluq biex jipprevjenu persuni mhux awtorizzati milli jneħħu affarijiet minnhom, biex iżommu laħam mhux maħsub għal konsum uman; dan il-laħam għandu jitneħħa jew jinqered fi tmiem kull jum utli;

5. tagħmir ta’ refriġerazzjoni biex iżomm it-temperatura interna tal-laħam fil-livelli meħtieġa b’din id-Direttiva. Dan l-apparat għandu jinkludi sistema ta’ drenaġġ konness ma’ pajpijiet ta’ ilma għar-rimi li ma jippreżenta ebda riskju ta’ kontaminazzjoni tal-laħam;

6. fornitura ta’ pressjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb fis-sens tad-Direttiva 80/778/KEE biss. Madanakollu, provvista ta’ ilma mhux tajjeb għax-xorb hija awtorizzata f’każijiet eċċezzjonali għal produzzjoni ta’ fwar, għat-tifi tan-nar u għat-tkessiħ ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni, sakemm il-katusi installati għal dan l-iskop jipprekludu l-użu ta’ dan l-ilma għal skopijiet oħra u ma jippreżentaw ebda riskju ta’ kontaminazzjoni ta’ laħam frisk. Pajpijiet ta’ l-ilma mhux tajjeb għax-xorb għandhom jintgħarfu minn dawk użati għal ilma tajjeb għax-xorb.

7. fornitura adegwata ta’ ilma jaħraq tajjeb għax-xorb fis-sens tad-Direttiva 80/778/KEE;

8. sistema għar-rimi iġjeniku ta’ ilma ta’ l-iskart;

9. ta’ l-anqas sink wieħed u flush lavatories. Dawn ta’ l-aħħar m’għandhomx jinfetħu direttament fil-kmamar tax-xogħol. Is-sink għandu jkollu ilma jaħraq u kiesaħ jew ilma ġieri kiesaħ jew ilma mħallat għal temperatura addattata, materjali iġeniċi għat-tindif u diżinfettar ta’ l-idejn u meżżi iġeniċi għat-tnixxif ta’ l-idejn. Is-sink għandu jkun ħdejn il-lavatories.

IL-KAPITOLU II

KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ BIĊĊERIJI TA’ KAPAĊITÀ BAXXA

10. B’żieda mal-ħtiġiet ġenerali biċċeriji ta’ kompetenza baxxa għandu jkollhom mill-inqas:

(a) kenn kbir biżżejjed għal annimali li jgħaddu l-lejl fil-preċinti tal-biċċerija;

(b) biċċerija u, fid-dawl ta’ l-operazzjonijiet imwettqa waqt il-qatla, kmamar li jikkonformaw ma’ dawn l-attivitajiet kbar biżżejjed biex ix-xogħol isir b’mod sodisfaċenti min-naħa ta’ l-iġene;

(ċ) post separat b’mod ċar fil-biċċerija, maħsub għall-istordiment u l-iżvinar;

(d) fil-biċċerija, ħitan li jinħaslu sa għoli ta’ mill-inqas tliet metri jew sas-saqaf. Waqt il-qatla, il-fwar għandu jiġi estratt b’mod adegwat;

(e) tagħmir tali, li wara l-istordament, dressing jista’ jitwettaq kemm jista jkun fuq annimal sospiż; taħt l-ebda ċirkostanza ma jista’ l-annimal sospiż jiġi f’kuntatt mal-paviment waqt id-dressing;

(f) kamra ta’ tkessiħ ta’ kapaċità suffiċjenti fir-rigward tad-daqs u t-tip ta’ annimali maqtula, bi fi kwalunkwe każ sezzjoni separata li tissakkar ta’ daqs minimu rriżervata għall-osservazzjoni ta’ karkassi li jkunu għaddejjin minn analiżi.

Derogi minn din il-ħtieġa jistgħu jingħataw mill-awtorità kompetenti fuq bażi ta’ każ b’każ fejn il-laħam jitneħħa immedjatament minn dawn il-biċċeriji għal tqassim lil impjanti ta’ tqattigħ jew ħwienet tal-laħam fil-viċinanza immedjata tal-biċċerija, sakemm it-trasport ma jiħux aktar minn siegħa.

11. Fil-biċċerija, m’għandux ikun permess li jiġu żvujtati jew imnaddfa stonkijiet u intestini jew li jinħażnu ġlud, qrejjen, qwieqeb u żbul tal-majjali.

12. Jekk id-demel ma jistax jitneħħa mill-preċinti tal-biċċerija kuljum, għandu jinħażen f’post separat.

13. Annimali miġjuba fil-biċċeriji għandhom jiġu storditi u maqtula immedjatament.

14. Annimali morda jew suspettati m’għandhomx jinqatlu fl-stabbiliment ikkonċernat ħlief meta tingħata deroga mill-awtorità kompetenti.

Meta tingħata deroga, il-qatla għandha ssir taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti u jittieħdu passi biex tiġi pprevenuta l-kontaminazzjoni; il-post għandu jitnaddaf u jiġi diżinfettat taħt sorveljanza uffiċjali qabel ma jerġa’ jintuża.

L-ANNESS III

KWALIFIKI PROFESSJONALI TA' AWŻILJARJI

1. Biss dawk il-kandidati li jippruvaw li segwew kors teoretiku, inklużi dimostrazzjonijiet tal-laboratorji, awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri dwar is-suġġetti msemmija fil-punt 3(a) ta'dan l-Anness għal mill-inqas 400 mitt siegħa u li kellhom taħriġ prattiku taħt is-sorveljanza ta' veterinarju uffiċjali għal perjodu ta' mill-inqas 200 siegħa għandhom ikunu eliġibbli għall-prova msemmija fir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva. It-taħriġ prattiku għandu jsir fil-biċċeriji, f'impjanti ta' tqattigħ, fi mħażen kiesħa u f'postijiet ta' spezzjoni għal laħam frisk.

2. Madanakollu, awżiljarjii li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' l-Anness II għad-Direttiva 71/118/KEE jistgħu isegwu kors ta' taħriġ fejn il-parti teoretika titnaqqas għal 200 siegħa.

3. It-test imsemmi fir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva għandu jikkonsisti f'parti teoretika u parti prattika u għandu jkopri dawn is-suġġetti:

(a) parti teoretika:

- tagħrif bażiku ta' l-anatomija u l-fiżjoloġija ta' annimali maqtula,

- tagħrif bażiku tal-patoloġija ta' annimali maqtula,

- tagħrif bażiku ta' l-anatomija patoloġika ta' annimali maqtula,

- tagħrif bażiku ta' iġene u b' mod partikolari iġene industrijali, qatla, iġene tat-tqattigħ u tal-ħażna u iġene tax-xogħol,

- tagħrif ta' metodi u proċedura għall-qatla, l-ispezzjoni, il-preparazzjoni, it-tgeżwir, l-ippakkeġġjar u t-trasport ta' laħam frisk,

- tagħrif tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw it-twettiq tax-xogħol tagħhom,

- proċeduri biex jittieħdu l-kampjuni;

(b) il-parti prattika:

- l-ispezzjoni u l-istima ta' annimali maqtula,

- id-determinazzjoni ta' l-ispeċi ta' l-annimali permezz ta' eżami ta' partijiet tipiċi ta' l-annimal,

- id-determinazzjoni ta' numru ta' partijiet ta' annimali maqtula li fihom seħħew tibdiliet, u kummenti dwarhom,

- spezzjoni post-mortem f'biċċerija,

- il-kontroll ta' l-iġene,

- it-teħid ta' kampjuni.

L-ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

L-ANNESS V

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24. Ir-Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3577/90 (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 23).

[2] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1249/89 (ĠU L 129, tal-11.5.1989, p. 12).

[3] ĠU L 289, tas-7.10.1989, p. 1. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3577/90 (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 23).

[4] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1.

[5] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva emendata bid-Direttiva 90/675/KEE (ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1).

[6] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/662/KEE (ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13).

[7] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/69/KEE (ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 37).

[8] Bovini u solipedi: 1,0 unità ta' bhejjem,Majjali: 0,33 unità ta' bhejjem,Nagħaġ: 0,15 unità ta' bhejjem.

[9] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/174/KEE (ĠU L 85, tal-5.4.1991, p. 37).

[10] ĠU L 222, tas-7.8.1981, p. 32. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 85/358/KEE (ĠU No L 191, tat-23.7.1985, p. 46).

[11] ĠU L 70, tas-16.3.1988, p. 16.

[12] ĠU L 275, tas-26.9.1986, p. 36.

[13] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 67. Id-Direttiva l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 89/321/KEE (ĠU L 133, tas-17.5.1989, p. 33).

[14] ĠU L 196, tas-26.7.1984, p. 46.

[15] ĠU L 363, tas-27.12.1990, p. 51.

[16] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 43.

[17] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[18] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/654/KEE (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 48).

[1] ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 11. Id-Direttiva l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/858/KEE (ĠU L 319, tas-7.11.1981, p. 19).

[2] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 41.

[3] ĠU L 115, tal-11.11.1962, p. 2645/62. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 85/7/KEE (ĠU L 2, tat-3.1.1985, p. 22).

--------------------------------------------------