Official Journal L 237 , 24/08/1991 P. 0025 - 0028
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0045
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0045
Id-Direttiva tal-Kunsill tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (91/440/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod speċjali l-Artikolu 75 dwar dan, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [3], Billi l-integrazzjoni akbar tas-settur tat-trasport tal-Komunità hija element essenzjali tas-suq intern, u billi l-linji tal-ferrovija huma kull parti essenzjali tas-settur tat-trasport tal-Komunità; Billi l-effiċjenza tas-sistema tal-linji tal-ferrovija trid titjieb, sabiex tiddaħħal f'suq kompetittiv, billi tqis il-karatteristiċi speċjali tal-linji tal-ferrovija; Billi, sabiex it-trasport tal-ferrovija jkun effiċjenti u kompetittiv meta mqabbel ma' mezzi oħra ta' trasport, l-Istati Membri jridu jiggarantixxu li l-impriżi sottoskritti mal-ferrovija jkunu jistgħu jitħaddmu minn operaturi indipendenti li jaħdmu b'kull manjiera kummerċjali u jadattaw ruħhom għall-bżonnijiet tas-suq; Billi l-iżvilupp fil-ġejjieni u t-tħaddim effiċjenti tas-sistema tal-ferrovija tista' teħfief jekk issir kull distinzjoni bejn il-ħolqien tas-servizzi tat-trasport u t-tħaddim ta' l-infrastruttura; billi minħabba din is-sitwazzjoni, jeħtieġ li dawn iż-żewġ attivitajiet ikunu mmmexxija b'mod separat u jkollhom żewġ kontijiet separati; Billi, sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni fit-tmexxija tas-servizz tal-ferrovija rigward il-kumdità mtejba u s-servizzi offruti lil min jużaha, jeħtieġ li l-Istati Membri jkunu responsabbli b'mod ġenerali ta' l-iżvilupp ta' l-infrastruttura xierqa tal-ferrovija; Billi, fin-nuqqas ta' regoli komuni dwar l-allokazzjoni ta' spejjeż ta' l-infrastruttura, l-Istati Membri, wara li jikkonsultaw lit-tmexxija ta' l-infrastruttura, iridu jistabilixxu regoli li jaħsbu għall-ħlas minn impriżi tal-ferrovija u l-gruppi tagħhom għall-użu ta' l-infrastruttura tal-ferrovija; billi dawk il-ħlasijiet iridu jaqblu mal-prinċipju li ma jiddiskriminax bejn l-impriżi tal-ferrovija; Billi l-Istati Membri jridu jiżguraw b'mod partikulari li l-impriżi eżistenti tat-trasport li huma tal-pubbliku jew ikkontrollati jingħataw struttura finanzjarja b'saħħitha, filwaqt li jieħdu ħsieb kull arranġament mill-ġdid finanzjarju jekk ikun hemm bżonn skond ir-regoli relevanti stabbiliti fit-Trattat; Billi, sabiex jeħfief it-trasport bejn l-Istati Membri, l-impriżi tal-ferrovija jridu jkunu jistgħu jiffurmaw gruppi ma' l-impriżi tal-ferroviji stabbiliti fi Stati Membri oħra; Billi, dawk il-gruppi internazzjonali jridu jingħataw id-dritt ta' l-aċċess u ċ-ċaqliq fl-Istati Membri tat-twaqqif ta' l-impriżi kostitwenti tagħhom, kif ukoll drittijiet ta' ċaqliq fi Stati Membri oħra kif meħtieġ għas-servizz internazzjonali konċernat; Billi, biex ikun imħajjar it-trasport imħallat, ikun jixraq li l-aċċess għall-infrastruttura tal-ferrovija ta' l-Istati Membri l-oħra tingħata lill-impriżi tal-ferroviji mdaħħla fil-ġarr internazzjonali mħallat tal-merkanzija; Billi jeħtieġ li jitwaqqaf kull kumitat li jagħti pariri li jkun jissorvelja u jgħin lill-Kummissjoni fit-twettiq ta' din id-Direttiva; Billi, minħabba f'hekk, id-Direttiva tal-Kunsill 75/327/KEE ta' l-20 ta' Mejju 1975 dwar it-titjib tas-sitwazzjoni ta' l-impriżi tal-ferrovija u l-armonizzazzjoni tar-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet finanzjarji bejn dawk l-impriżi u l-Istati [4] għandha titħassar, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: IT-TAQSIMA 1 Għan u kamp ta' applikazzjoni L-Artikolu 1 L-għan ta' din id-Direttiva hu biex jgħin biex ikunu adattati l-ferroviji tal-Komunità skond il-bżonnijiet tas-Suq Wieħed u biex tiżdied l-effiċjenza tagħhom: - billi jkun żgurat it-tmexxija indipendenti ta' l-impriżi tal-ferroviji, - billi jifirdu t-tmexxija ta' l-operat tal-ferrovija u l-infrastruttura mill-għoti tas-servizzi tat-trasport bil-ferrovija, il-firda tal-kontijiet hi obbligatorja u l-firda ta' l-organizzazzjoni u l-istituzzjoni mhix bilfors, - billi titjieb l-istruttura finanzjarja ta' l-impriżi, - billi jkun żgurat l-aċċess għan-networks ta' l-Istati Membri lill-gruppi internazzjonali ta' impriżi tal-ferroviji u lill-impriżi tal-ferroviji mdaħħla fil-ġarr imħallat internazzjonali tal-merkanzija. L-Artikolu 2 1. Din id-Direttiva se tapplika għat-tmexxija ta' l-infrastruttura tal-ferrovija u għall-attivitajiet tat-trasport bil-ferrovija ta' l-impriżi tal-ferrovija stabbiliti jew li se jkunu stabbiliti f'kull Stat Membru. 2. Impriżi ferrovjarji li l-attività tagħhom hija limitata biss għall-għoti ta' servizzi urbani, suburbani jew reġjonali għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-Artikolu 3 Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva: - "impriża tal-ferrovija'" se tfisser kull impriża privata jew pubblika li n-negozju ewlieni tagħha hu li tagħti servizz ta' trasport għall-merkanzija u/jew passiġġieri bil-kondizzjoni li l-impriża trid tiżgura li ġġorrhom, - "amministratur ta' l-infrastruttura'" se jfisser kull korp pubblika jew impriża responsabbli b'mod partikulari biex iwaqqaf u jagħmel manutenzjoni lill-infrastruttura tal-ferroviji, kif ukoll li juża sistemi ta' kontroll u sigurtà, - "infrastruttura tal-ferroviji'" se tfisser kull ħaġa elenkat fl-Anness I.A tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2598/70 tat-18 ta' Diċembru 1970 li jispeċifika l-affarijiet li jridu jitniżżlu taħt it-titoli differenti fil-forom ta' rapporti murija fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1108/70 [5], ħlief għall-aħħar inċiż li, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva biss, se tinqara kif ġej: "Bini użat mid-dipartiment ta' l-infrastruttura'", - "gruppi internazzjonali'" se tfisser kull assoċjazzjoni ta' mill-inqas żewġ impriżi tal-ferroviji stabbiliti fi Stati Membri differenti bl-iskop li joffru servizzi ta' trasport internazzjonali bejn l-Istati Membri, - "servizzi urbani u suburbani'" se jfissru servizzi ta' trasport imħaddma biex jaqdu l-bżonnijiet tat-trasport ta' ċentru urban jew żona urbana estiża, kif ukoll il-bżonnijiet tat-trasport bejn iċ-ċentru jew żona urbana estiża u l-inħawi tal-madwar, - "servizzi reġjonali'" se jfissru s-servizzi ta' trasport mogħtija biex jaqdu l-bżonnijiet tat-trasport ta' reġjun. IT-TAQSIMA II Tmexxija indipendenti ta' l-impriżi tal-ferroviji L-Artikolu 4 L-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li fejn tidħol it-tmexxija, l-amminstrazzjoni u l-kontroll intern, l-affarijiet ekonomiċi u ta' rendikonti l-impriżi tal-ferroviji għandhom status indipendenti li jridu jikkonformaw miegħu, b'mod partikolari, l-assi, l-estimi tal-baġit u r-rendikonti li huma differenti minn dawk ta' l-Istat. L-Artikolu 5 1. L-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-impriżi tal-ferroviji jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom mas-suq u jmexxu dawk l-attivitajiet taħt ir-responsabbiltà tal-korpi tat-tmexxija tagħhom, fl-interess li jagħtu servizz effiċjenti u xieraq bl-inqas prezz possibbli għas-servizz meħtieġ. Impriżi tal-ferrovija se jkunu mmexxija b'mod konformi mal-prinċipji li jgħoddu għall-kumpanniji kummerċjali; dan se jgħodd wkoll għall-obbligazzjonijiet tas-servizzi pubbliċi tagħhom imposti mill-Istati u għall-kuntratti tas-servizzi pubbliċi li huma jiffirmaw ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru. 2. L-impriżi tal-ferroviji jridu jiddeterminaw il-pjanijiet tad-dħul u nfiq tagħhom, inkluż l-investiment tagħhom u l-iffinanzjar tal-programmi. Dawn il-pjanijiet iridu jkunu ddisinjati biex jiksbu l-ekwilibriju finanzjarju ta' l-impriżi u l-għanijiet l-oħra tekniċi, kummerċjali u finanzjarji tat-tmexxija; dawn iridu jistabbilixxu wkoll il-metodu tat-twettiq. 3. Fil-kuntest tal-linji-gwidi tal-politika ġenerali stabbilita mill-Istat u meta jitqiesu l-pjanijiet ta' rendikont nazzjonali u l-kuntratti (li jistgħu jkunu multiannwali) inkluż il-pjanijiet ta' investiment u ta' finanzjar, l-impriżi tal-ferroviji għandhom, ikunu ħielsa biex: - iwaqqfu ma' waħda jew aktar mill-impriżi tal-ferroviji kull gemellaġġ internazzjonali; - iwaqqfu l-organizzazzjoni interna tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-provedimenti tat-Taqsima III; - jikkontrollaw il-provista u l-bejgħ tas-servizzi u jistabilixxu l-prezz tagħhom, mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri rigward l-obbligazzjoni li hemm fil-kunċett tas-servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi ta' l-ilma intern [6]; - jieħdu deċiżjonijiet dwar l-impjegati, l-assi u l-ksib tagħhom; - ikabbru s-sehem tagħhom fis-suq, jiżviluppaw teknoloġiji ġodda u servizzi ġodda u jadottaw kull metodu tat-tmexxija innovatiiva; - iwaqqfu attivitajiet ġodda fl-oqsma marbuta mal-kummerċ tal-ferroviji. IT-TAQSIMA III Firda bejn it-tmexxija ta' l-infrastruttura u l-ħidmiet tat-trasport L-Artikolu 6 1. L-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-rendikonti għan-negozju marbuta ma' l-għoti ta' servizzi tat-trasport u dawk għan-negozju marbuta mat-tmexxija ta' l-infrastruttura tal-ferrovija jinżammu b'mod separat. Għajnuna mogħtija lil waħda minn dawn iż-żewġ oqsma ta' attività ma tista tkun trasferita għall-ieħor. Ir-rendikonti għaż-żewġ oqsma ta' attività jridu jinżammu b'tali mod li jirriflettu din il-projbizzjoni. 2. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu lok li din il-firda titlob ukoll l-organizzazzjoni ta' firdiet distinti bejn kull impriża jew li l-infrastruttura tkun immexxija minn kull entità separata. L-Artikolu 7 1. L-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżviluppaw l-infrastruttura tal-ferrovija tagħhom nazzjonali billi jqisu, fejn ikun meħtieġ, il-bżonnijiet ġenerali tal-Komunità. Huma jridu jiżguraw li l-istandards tas-sigurtà u r-regoli jkunu stabbiliti u li t-tħaddim tagħhom ikun sorveljat. 2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-impriżi tal-ferroviji jew lil kull amministratur ieħor ir-responsabbiltà biex imexxu l-infrastruttura tal-ferrovija u b'mod partikulari l-investiment, il-manutenzjoni u l-flus meħtieġa għall-aspetti tekniċi, kummerċjali u finanzjarji ta' dik it-tmexxija. 3. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu lill-amministratur ta' l-infrastruttura, fuq il-premessi dovuti ta' l-Artikoli 77, 92 u 93 tat-Trattat, l-iffinanzjar li jaqbel mal-ħidmiet, daqs u ħtiġijiet finanzjarji, b'mod partikulari sabiex ikopru investimenti ġodda. L-Artikolu 8 L-amministratur ta' l-infrastruttura jrid jimposta kull ħlas għall-użu ta' l-infrastruttura tal-ferrovija li hu responsabbli minnha, li jitħallas mill-impriżi tal-ferroviji u mill-gruppi internazzjonali li jużaw dik l-infrastruttura. Wara li jikkonsultaw lill-amministratur, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu r-regoli biex jistabbilixxu dan il-ħlas. Il-ħlas ta' min juża, li se jkun ikkalkulat b'tali mod li ma jkunx hemm kull diskriminazzjoni bejn l-impriżi tal-ferroviji, jista' b'mod partikulari jqis il-mili, il-binja tal-ferrovija u kull ħtieġa speċifika marbuta ma' fatturi bħal veloċità, piż fuq il-fus u l-ammont jew il-perjodu ta' l-użu ta' l-infrastruttura. IT-TAQSIMA IV Titjieb tal-qagħda finanzjarja L-Artikolu 9 1. Flimkien ma' l-impriżi eżistenti tal-ferrovija li huma tal-pubbliku jew ikkontrollati, l-Istati Membri jridu jwaqqfu strutturi xierqa biex inaqqsu d-dejn ta' dawk l-impriżi fuq kull livell li ma jfixkilx it-tmexxija finanzjarja tajba u li jtejjeb il-qagħda finanzjarja tagħhom. 2. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jitolbu li jkun hemm unit separat li bil-mod imewwet id-dejn li jrid ikun imwaqqaf fid-dipartimenti tar-rendikonti ta' dawk l-impriżi. Il-balance sheet tal-unit tista' tkun imġiegħla tħallas, sakemm jitmewwet, kull dejn li tagħmel l-impriża kemm biex tiffinanzja l-investiment kif ukoll biex tkopri l-ispiża eċċessiva biex topera minħabba n-negozju tat-trasport tal-ferrovija jew minħabba t-tmexxija ta' l-infrastruttura tal-ferrovija. Id-djun li jkunu kkawżati minn ħidmiet sussidjarji ma jistgħux jitqiesu. 3. L-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri biex tħassar id-djun li għaliħ hemm referenza f'dan l-Artikolu tista' tingħata b'mod konformi ma' l-Artikoli 77, 92 u 93 tat-Trattat tal-KEE. IT-TAQSIMA V Aċċess għall-infrastruttura tal-ferrovija L-Artikolu 10 1. Gruppi internazzjonali jridu jingħataw l-aċċess u d-drittijiet ta' ċaqliq fl-Istati Membri fejn hemm l-istabbiliment ta' l-impriżi kostitwenti tal-ferroviji tagħhom, kif ukoll id-drittijiet taċ-ċaqliq fi Stati Membri oħra, għal servizzi internazzjonali bejn l-Istati Membri fejn l-impriżi li jiffurmaw il-gruppi msemmija huma stabbiliti. 2. Impriżi tal-ferroviji skond l-iskop ta' l-Artikolu 2 se jingħataw aċċess fuq kondizzjonijiet ġusti għall-infrastruttura fl-Istati Membri l-oħra għall-iskop li jagħtu servizz internazzjonali mħallat ta' ġarr ta' merkanzija. 3. L-impriżi tal-ferroviji li huma mdaħħla fil-ġarr internazzjonali mħallat tal-merkanzija u gruppi internazzjonali jridu jiffirmaw il-patti tal-ftehim amministrattiv, tekniku u finanzjarju meħtieġ ma' l-amministraturi ta' l-infrastruttura tal-ferroviji użati bil-għan li jkun irregolat il-kontroll tat-traffiku u l-kwistjonijiet tas-sigurtà marbuta mas-servizzi tat-trasport internazzjonali li għalih hemm referenza fil-paragrafi 1 u 2. Il-kondizzjonijiet li jirregolaw dak il-ftehim ma jridx ikun diskriminatorju. IT-TAQSIMA VI Dispożizzjonijiet finali L-Artikolu 11 1. L-Istati Membri jistgħu jressqu kull kwistjoni marbuta mat-twettiq ta' din id-Direttiva quddiem il-Kummissjoni. Wara li tikkonsulta lill-kumitat kif previst fil-paragrafu 2 dwar dawn il-kwistjonijiet, il-Kummissjoni trid tieħu d-deċiżjonijiet xierqa. 2. Il-Kummissjoni trid tkun megħjuna minn kull kumitat li jagħtiha pariri magħmul mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jrid jissottometti lill-kumitat kull abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-kumitat irid jagħti l-fehma tiegħu dwar l-abbozz, fi żmien stipulat li l-president jista' jistabilixxi skond l-urġenza tal-każ, jekk hemm bżonn billi jittieħed kull vot. Il-fehma se tkun imniżżla fil-minuti; barra minn hekk, kull Stat Membru se jkollu d-dritt li jitlob biex ikollu l-pożizzjoni tiegħu mniżżla fil-minuti. Il-Kummissjoni trid tqis għal kollox il-fehma mwassla mill-kumitat. Hi se tagħrraf lill-kumitat bil-mod li fih il-fehma tqieset. L-Artikolu 12 Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva se jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 90/531/KEE tas-17 ta' Settembru 1990 dwar il-proċedura ta' min jieħu ħsieb l-entitajiet li jaħdmu fis-setturi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni [7]. L-Artikolu 13 Id-Deċiżjoni 75/327/KEE hija hawnhekk imħassra mill-1 ta' Jannar 1993: Referenza għad-Deċiżjoni mħassra se tkun meqjusa li tirreferi għal din id-Direttiva. L-Artikolu 14 Qabel l-1 ta' Jannar 1995, il-Kummissjoni trid tressaq quddiem il-Kunsill rapport dwar it-twettiq ta' din id-Direttiva flimkien ma', jekk hemm bżonn, proposti xierqa dwar it-tkomplija ta' azzjoni tal-Komunità biex ikunu żviluppati l-linji tal-ferroviji, b'mod partikulari fil-qasam tal-ġarr internazzjonali tal-merkanzija. L-Artikolu 15 L-Istati Membri jridu, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, jadottaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jaqblu ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1993. Huma jridu jagħrfu minnufih lill-Kummissjoni dwarhom. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma jrid ikun fihom kull referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir dik ir-referenza se jkunu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Artikolu 16 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Lulju 1991. Għall-Kunsill Il-President H. van den Broek [1] ĠU C 34, ta' l-14.2.1990, p. 8 u ĠU C 87, ta' l-4.4.1991, p. 7. [2] ĠU C 19, tat-28.1.1991, p. 254. [3] ĠU C 225, ta' l-10.9.1990, p. 27. [4] ĠU L 152, tat-12.6.1975, p. 3. [5] ĠU L 278, tat-23.12.1970, p. 1, Ir-Regolament emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2116/78 (ĠU L 246, tat-8.9.1978, p. 7). [6] ĠU L 156, tat-28.6.1969, p. 1. Ir-Regolament emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1893/91 (ĠU L 169, tad-29.6.1991, p. 1). [7] ĠU L 297, tad-29.10.1990, p. 1. --------------------------------------------------