Official Journal L 177 , 05/07/1991 P. 0022 - 0024
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 5 P. 0042
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 5 P. 0042
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/322/KEE tad-29 ta' Mejju 1991 dwar l-istabbiliment ta' valuri ta' limiti indikattivi permess ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1107/KEE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma' l-esposizzjoni għal aġenti kimiċi, fiżiċi u bijoloġiċi fuq ix-xogħol IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li tistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 80/1107/KEE tas-27 ta' Novembru 1980 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma' l-esposizzjoni għal aġenti kimiċi, fiżiċi u bijoloġiċi fuq ix-xogħol [1], kif l-aħħar emendata b'Direttiva 88/642/KEE [2], b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikoli 8(4) tagħha, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà, Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, Filwaqt li t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 8(4) ta' Direttiva 80/1107/KEE jiddikjara li valuri tal-limitu indikattivi għandhom jirriflettu evalwazzjonijiet ta' esperti bbażati fuq data xjentifika; Filwaqt li l-għan li jiġu stabbiliti dawn il-valuri huwa l-armonizazzjoni ta' kondizzjonijiet f'dan il-qasam, filwaqt li jinżamm it-titjib li jkun sar; Filwaqt li d-Direttiva tikkostitwixxi pass prattiku lejn il-kisba tad-dimensjoni soċjali tas-suq ġewwieni; Filwaqt li valuri tal-limitu ta' esposizzjoni okkupazzjonali għandhom jitqiesu bħala parti importanti mill-metodu totali sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa ta' ħaddiema fuq il-post tax-xogħol; Filwaqt li tista' tiġi stabbilita lista inizjali ta' valuri tal-limitu ta' esposozzjoni okkupazzjonali għal aġenti li għalihom jeżistu valuri simili fl-Istati Membri, waqt li tingħata prijorità għal aġenti li jkunu jinsabu fuq postijiet tax-xogħol u li x'akatrx ikollhom effet fuq is-saħħa tal-ħaddiema; filwaqt li din il-lista tista' tkun ibbażata fuq data xjentifika eżistenti sakemm l-effetti fuq is-saħħa jkunu konċernati, għalkemm għal ċerti aġenti dawn id-data huma llimitati ħafna; Filwaqt li barra minn hekk jista' jkun hemm bżonn li jiġu stabbiliti valuri tal-limitu ta' esposizzjoni okkupazzjonali għal perjodi iqsar waqt li jingħata każ ta' l-effetti li joħorġu mill-esposizzjoni għal perjodu ta' żmien qasir; Filwaqt li hemm metodu ta' referenza li jkopri, inter alia, stima ta' esposizzjoni u strateġija ta' kejl għal valuri tal-limitu ta' esposizzjoni okkupazzjonali f'Direttiva 80/1107/KEE; Filwaqt li, minħabba l-importanza li jiġu miksuba kejlijiet ta' esposizzjoni li wieħed jista' jorbot fuqhom fir-rigward ta' valuri tal-limitu ta' esposizzjoni okkupazzjonali, jista' jkun hemm bżonn fil-futur li jiġu stabbiliti metodi ta' referenza addattati; Filwaqt li valuri tal-limitu ta' esposizzjoni okkupazzjonali għandhom jinżammu taħt eżaminazzjoni u jeħtieġilhom li jiġu eżaminati mill-ġdid jekk data xjentifika ġdida turi li ma jkunux aktar validi; Filwaqt li, għal ċerti aġenti sejjer ikun hemm bżonn fil-futur li jiġu kkunsidrati l-mogħdijiet kollha ta' assorbiment, li jinkludu l-possibilità ta' penetrazzjoni mill-ġilda, sabiex ikun żgurat l-aħjar livell possibbli ta' protezzjoni; Filwaqt li l-miżuri li għalihom hemm provdut f'din id-Direttiva huma f'konfomità ma' l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 9 ta' Direttiva 80/1107/KEE, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Valuri tal-limitu indikattivi, li tagħhom Stati Membri għandhom jagħtu każ, inter alia, meta jiġu stabbiliti l-valuri tal-limitu li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(4)(b) ta' Direttiva 80/1107/KEE huma mniżżla fl-Anness. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 1993. Għandhom jinfurmaw mal-ewwel lill-Kummissjoni bihom. Meta l-Istat Membri jadottaw dawn il-miżuri, (dawn il-miżuri) għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-riferenza mal-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. 2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw mal-ewwel lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet kollha tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Mejju 1991. Għall-Kummissjoni Vasso Papandreou Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 327, tat-3.12.1980, p. 8. [2] ĠU L 356, ta' l-24.12.1988, p. 74. -------------------------------------------------- L-ANNESS VALURI TAL-LIMITU INDIKATTIVI GĦAL ESPOSIZZJONI OKKUPAZZJONALI EINECS [1] | SAK [2] | Isem ta' l-aġent | [3]Valuri tal-limitu | mg/m3 [4] | Ppm [5] | 2001933 | 54–11–5 | Nikotina [6] | 0,5 | — | 2005791 | 64–18–6 | Aċidu formiku | 9 | 5 | 2005807 | 64–19–7 | Aċidu aċetiku | 25 | 10 | 2006596 | 67–56–1 | Metanol | 260 | 200 | 2008352 | 75–05–8 | Acetonitrile | 70 | 40 | 2018659 | 88–89–1 | Aċidu pjeriku [6] | 0,1 | — | 2020495 | 91–20–3 | Naftalina | 50 | 10 | 2027160 | 98–95–3 | Nitrobenżina | 5 | 1 | 2035852 | 108–46–3 | Resorcinol [6] | 45 | 10 | 2037163 | 109–89–7 | Dietilemina | 30 | 10 | 2038099 | 110–86–1 | Piridina [6] | 15 | 5 | 2046969 | 124–38–9 | Dijossidu karboniku | 9000 | 5000 | 2056343 | 144–62–7 | Aċidu ossaliku [6] | 1 | — | 2069923 | 420–04–2 | Ċjanmid [6] | 2 | — | 2151373 | 1305–62–0 | Calcium dihydroxide [6] | 5 | — | 2152361 | 1314–56–3 | Disphosphorus pentaoxide [6] | 1 | — | 2152424 | 1314–80–3 | Disphosphorus pentasulphide [6] | 1 | — | 2152932 | 1319–77–3 | Kresols (l-isomeri kollha) [6] | 22 | 5 | 2311161 | 7440–06–4 | Platinu (metalliku) [6] | 1 | — | 2314843 | 7580–67–8 | Idrur tal-litju [6] | 0,025 | — | 2317781 | 7726–95–6 | Bromu [6] | 0,7 | 0,1 | 2330603 | 10026–13–8 | Fosfru pentachloride [6] | 1 | — | 2332710 | 10102–43–9 | Monossidu tan-nitroġenu | 30 | 25 | | 8003–34–7 | Pyrethrum | 5 | — | | | Barju (kompownds li jdubu bħal Ba) [6] | 0,5 | — | | | Fidda (kompownds li jdubu bħal Ag) [6] | 0,01 | — | | | Landa (kompownds inorganiċi bħal Sn) [6] | 2 | — | [1] EINECS: Inventarju Ewropew ta' Sustanzi Kimiċi Eżistenti. [2] SAK: Numru ta' Servizz Astratt Kimiku. [3] Imkejjel jew maħdum fir-rigward ta' perjodu ta' referenza ta' tminn siegħat. [4] mg/m3 = milligrammi għal kull metru kubu ta' arja f'20oĊ u 101,3 Kpa (pressjoni ta' 760 mm ta' merkurju). [5] ppm = partijiet għal kull miljun skond il-volum fl-arja (ml/m3). [6] Data xjentifika eżistenti dwar effetti tas-saħħa jidhru li huma partikolarment illimitati. --------------------------------------------------