31991L0067



Official Journal L 046 , 19/02/1991 P. 0001 - 0018
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0137
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0137


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tat-28 ta’ Jannar 1991

li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta’ l-annimali u prodotti ta’ l-akwakultura

(91/67/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-annimali u l-prodotti ta’ l-akwakultura huma inklużi fil-lista fl-Anness II tat-Trattat;

Billi t-tgħammir u t-trobbija ta’ l-amminali ta’ l-akwakultura, u t-tpoġġija fuq is-suq ta’ l-annimali u l-prodotti ta’ l-akwakultura tikkostitwixxi sors ta’ dħul għal persuni li jaħdmu għas-settur tal-ħut;

Billi, sabiex ikun assigurat l-iżvilupp razzjonali ta’ dan is-settur u sabiex tiżdied il-produttività, regoli tas-saħħa għal dan is-settur għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Komunità;

Billi f’dan il-kuntest huwa meħtieġ bħala kontribut għat-twettiq tas-suq intern, li tiġi evitata l-imxija ta’mard infettiv jew li jittieħed;

Billi s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali għal annimali ta’ l-akwakultura m’hijiex l-istess fit-territorju kollu tal-Komunità; billi għalhekk referenza trid issir għal kunċett ta’ żoni meta jkunu ttrattati partijiet mit-territiorju kkonċernat;

Billi kriterji u proċeduri għandhom jiġu stabbiliti għall-għotja, il-manutenzjoni, s-sospensjoni, ir-restawr u l-irtirar ta’ l-approvazzjoni ta’dawn iż-żoni;

Billi referenza għandha ssir ukoll għall-kunċett ta’ rziezet li jgawdu minn status speċifiku tas-saħħa ta’ l-annimali;

Billi kriterji u proċeduri għandhom jiġu stabbiliti għall-għotja, il-manutenzjoni, is-sospensjoni, ir-restawr u l-irtirar ta’ l-approvazzjoni ta’dawn l-irziezet;

Billi huwa meħtieġ li jitfasslu ħtiġiet tal-Komunità applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ l-annimali u l-prodotti ta’ l-akwakultura minn pajjiżi terzi; billi dawn il-ħtiġiet għandhom jipprovdu għal miżuri protettivi adegwati;

Billi sistema ta’ spezzjoni tal-Komunità għandha tkun stabbilita sabiex tivverifika l-konformità ma’din id-Direttiva;

Billi studji xjentifiċi għandhom isiru sabiex fil-futur jissupplimentaw ir-regoli stabbiliti b’din id-Direttiva;

Billi dispożizzjonijiet għandhom isiru għall-proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib u effiċjenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva tiddeffinixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tpoġġija fuq is-suq ta’ l-annimali u l-prodotti ta’ l-akwakultura.

Din id-Direttiva għandha tkun tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità jew nazzjonali dwar il-konservazzjoni ta’ speċje.

L-Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’din id-Direttiva:

1. "annimali ta’ l-akwakultura" tfisser ħut, krustaċi jew molluski li jiġu minn razzett, li jinkludu dawk ferjali intenzjonati għal razzett;

2. "prodotti ta’ l-akwakultura" tfisser prodotti derivati minn annimali ta’ l-akwakultura, sew jekk huma maħsuba għat-tkabbir, bħal ma huma bajd u protoplasma, inkella jekk għal konsum uman;

3. "ħut, krustaċi jew molluski" tfisser kull ħuta, krustaċja jew molluska f’kull stadju ta’ l-iżvilupp;

4. "razzett" tfisser kull stabbiliment jew, inġenerali, kull stallazzjoni ġeografikament definita li fiha annimali ta’ l-akwakultura huma mrobbija jew miżmuna bil-ħsieb li jiġu mqiegħda fuq is-suq;

5. "razzett" approvat ifisser razzett li huwa konformi, skond kif ikun il-każ, mal-ħtiġiet ta’ l-Anness c I, II jew III, u approvat bħala tali bi qbil ma l-Artikolu 6;

6. "żona approvata" tfisser żona li tkun konformi, skond kif ikun il-każ, mal-ħtiġiet ta’ l-Anness B I, II jew III, u approvata bħala tali bi qbil ma l-Artikolu 5;

7. Fit-territorju ta’ Stat Membru, innominat mill-awtorità kompetenti, taħt ir-reponsabbiltà tiegħu sabiex iwettaq it-testijiet dijanjostiċi li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva;

8. "servizz uffiċjali" jfisser is-servizz veterinarju u jew kull servizz ieħor ta’ livell ekwivalenti innominat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz u responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva;

9. "spezzjoni tas-saħħa" tfisser żjara minn servizz jew servizzi uffiċjali għall-għan li jiġu mwettqa l-ispezzjonijiet tas-saħħa fuq razzett jew żona;

10. "tqiegħid fuq is-suq" tfisser iż-żamma jew il-wiri għal bejgħ, offerta għal bejgħ, il-bejgħ, it-twassil, it-trasferiment jew kull forma ta’ tpoġġija fuq is-suq fil-Komunità, bl-eċċezzjoni ta’bejgħ bl-imnut.

IL-KAPTIOLU 2

Tpoġġija fuq is-suq tal-Komunità ta’ l-annimali u l-prodotti ta’ l-akwakultura

L-Artikolu 3

1. It-tpoġġija fuq is-suq ta’ l-annimali ta’ l-akwakultura għandha tkun suġġetta għall-ħtiġiet ġenerali li ġejjin:

(a) ma jridux juru sinjali kliniċi ta’ mard fil-ġurnata tat-tagħbija;

(b) ma jridux ikunu maħsuba għal qerda jew għal qatla taħt skema għall-eradikazzjoni ta’marda elenkata fil-lista fl-Anness A;

(ċ) ma jridux jiġu minn razzett li huwa suġġett għal projbizzjoni għal raġunijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali u ma jridux ikunu ġew f’kuntatt ma’annimali minn razzett bħal dan.

2. Prodotti ta’ l-akwakultura li jinħarġu fuq is-suq għall-għanijiet tat-tagħmir (bajd u protoplasma) għandhom joriġinaw minn annimali li jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

3. Prodotti ta’ l-akwakultura li jinħarġu fuq is-suq għall-konsum uman għandhom joriġinaw minn annimali li jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafu 1(a).

L-Artikolu 4

Annimali ta’ l-akwakultura għandhom ikunu kkunsinjati fl-iqsar perjodu possibbli sal-post tad-destinazzjoni, permezz ta’ l-użu ta’ trasport li jkun ġie mnaddaf u, li jekk meħtieġ, iddisinfettat minn qabel b’disinfettant li huwa awtorizzat uffiċjalment fl-Istat Membru tad-dispaċċ.

Jekk ilma jkun użat fit-trasport ta’ l-art, il-vetturi għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li l-ilma ma jkunx jista’ joħroġ mill-vettura matul it-trasport. It-trasport għandu jitwettaq b’tali mod hekk li jissalvagwardja effettivament is-saħħa ta’ l-annimali, partikolarment permezz tal-bdil ta’ l-ilma. Bdil ta’ l-ilma għandu jitwettaq f’postijiet li jkunu konformi mal-ħtiġiet ta’ l-Anness D. Lista ta’ dawn il-postijiet u xi emendi susegwenti għandhom ikunu nnotifikati minn kull Stati Membru lejn il-Kummissjoni, li għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

L-Artikolu 5

1. Sabiex jinkiseb, għal waħda jew aktar mill-mard li hemm referenza dwaru fl-Anness A, il-kolonna 1, tal-listi I u II, l-istatus taż-żona approvata, L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni:

- kull ġustifikazzjoni xierqa li tikkonċerna l-kondizzjonijiet stabbiliti, skond ma jkun il-każ, fl-Anness B taħt I B, II B jew III B,

- ir-regoli nazzjonali kollha li jassiguraw konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti, skond ma jkun il-każ, fl-Anness B taħt I Ċ, II Ċ jew III Ċ,

2. Il-Kummissjoni għandha tiskrutinizza l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista’, bi qbil mal-proċedura stabbbilita fl-Artikolu 26, tapprova jew tirrestitwixxi l-approvazzjoni taż-żoni, billi tikunsidra dik l-informazzjoni.

Jekk, bi qbil ma’ l-Annessi taħt I D 5, II D jew III D 5, l-approvazzjoni ta’ żona tkun imneħħija mis-serviss uffiċjali, il-Kumissjoni għandha tirrrevoka d-deċiżjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni tagħha.

3. Il-Kummissjoni għandha tħejji l-lista taż-żoni approvati. Il-Kummissjoni għandha temenda din il-lista sabiex tieħu akkont ta’ l-approvazzjonijiet ġodda jew ta’ l-irtirar ta’ l-approvazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-lista u xi emendi għaliha lill-Istati Membri.

L-Artikolu 6

1. Sabiex jinkiseb, għal waħda jew aktar mill-mard li hemm referenza dwaru fl-Anness A, il-kolonna 1, tal-listi I u II, l-istatus tar-razzett approvat li huwa lokalizzat f’żona li m’hijiex approvata, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lejn il-Kummissjoni:

- il-ġustifikazzjonijiet xierqa kollha li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet stabbiliti, skond ma jkun il-każ, fl-Anness Ċ taħt I A, II A jew III A,

- ir-regoli nazzjonali li jassiguraw konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness Ċ taħt I B, II B or III B.

2. Mal-wasla tal-fajl li jirrigwardja t-talba għall-approvazzjoni jew approvazzjoni mill-ġdid ta’ razzett f’żona li m’hijiex approvata, il-Kummissjoni għandha jkollha xahar sabiex teżamina dak l-fajl. Dan l-eżami għandu jitwettaq fid-dawl ta’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, fejn xieraq, ta’ l-ispezzjonijiet fuq il-post magħmula bi qbil mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17.

Jekk dan l-eżami jwassal għal konklużjonijiet favorevoli, il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn il-konklużżjonijiet lill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom ikollhom perjodu ta’ ġimagħtejn li fihom ikunu jistgħu jagħtu r-rimarki tagħhom.

Wara li jeskadi dan il-perjodu, jekk l-ebda rimarki ma jkunu saru jew jekk ir-rimarki ta’ l-Istati Membri ma jkunux kuntrarji tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tapprova jew terġa’ tapprova mill-ġdid ir-razzett.

Jekk ikunu jeżistu differenzi kbar bejn il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u r-rimarki ta’ l-Istati Membri, jew jekk il-Kummissjoni, wara li teżamina l-fajl, tikkunsidra li l-approvazzjoni jew l-approvazzjoni mill-ġdid m’għandhiex tingħata, il-Kummissjoni għandha jkollha xahrejn biex fihom tirreferi l-materja lejn il-Kumitat Permanenti Veterinarju u tikseb l-opinjoni tiegħu. F’dak il-każ, l-approvazzjoni jew l-approvazzjoni mill-ġdid għandha tingħata bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26.

Jekk, bi qbil ma’ l-Anness c taħt I c 5, II c jew III c 5, l-approvazzjoni ta’ razzett tkun irtirata mis-servizzi uffiċjali, il-Kummissjoni għandha tirrrevoka d-deċiżjoni ta’ l-approvazzjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tħejji l-lista ta’ l-irziezet approvati. Għandha temenda din il-lista sabiex tieħu akkont ta’ l-approvazzjonijiet ġodda jew ta’ l-irtirar ta’ l-approvazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-lista u xi emendi għaliha lill-Istati Membri.

L-Artikolu 7

1. Il-ħruġ fis-suq ta’ ħut ħaj li jappartjenu għall-ispeċje suxxettibbli li hemm referenza dwarhom fl-Anness A, il-kolonna 2 tal-listi I u II, il-bajd u l-protoplasma tagħhom, għandhom ikunu suġġetti għall-garanziji addizzjonali li ġejjin:

(a) meta jkunu intenzjonati biex ikunu introdotti f’żona approvata, għandhom, bi qbil ma’ l-Artikolu 11, ikunu akkompanjati minn dokument ta’ moviment li jikkorespondi mal-mudell elenkat fl-Anness E, tal-Kapitolu 1 jew 2, li jiċċertifika li jkunu ġejjin minn żona approvata jew razzett approvat. Sakemm jinħarġu r-riżultati tar-reviżjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 28, garanziji addizzjonali għandhom jintlaħqu għall-introduzzjoni f’żona approvata ta’ ħut li jkun ġej minn razzett approvat li jinsab f’żona mhux approvata għandhom jiġu stabiliti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26. Sakemm isseħħ din id-deċiżjoni, regoli nazzjonali għandhom jibqgħu japplikaw suġġetti għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat;

(b) meta għandhom ikunu introdotti f’razzett li, għalkemm mhuwiex lokalizzat f’żona approvata, jaderixxi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness c I, għandhom bi qbil ma’ l-Artikolu 11, ikunu akkompanjati minn dokument ta’ moviment li jikkorrispondi mal-mudell elenkat fl-Anness E,tal-Kapitolu 1 jew 2, li jiċċertifika li jkunu ġew rispettivament minn żona approvata jew minn razzett ta’ l-istess stat ta’ saħħa bħal ma hu r-razzett tad-destinazzjoni.

2. Il-Kummissjoni tista’, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26, tadatta jew tħassar il-garanziji addizzjonali li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, jiddependi mill-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali fil-Komunità, partikolarment sabiex tieħu akont tar-riżultati tal-miżuri ta’ l-eradikazzjoni tal-marda li hemm referenza dwarha fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-lista I.

L-Artikolu 8

1. It-tqegħid fis-suq ta’ molluski ħajjin li hemm referenza dwarhom fl-Anness A, il-kolonna 2 tal-listi I u II, għandhom ikunu suġġetti għall-garanziji addizzjonali li ġejjin:

(a) jekk huma biex jitqiegħu mill-ġdid f’żona kostali approvata, għandhom, bi qbil ma’ l-Artikolu 11, ikunu akkompanjati b’dokument ta’ moviment li jikkorespondi mal-mudell elenkat fl-Anness E, il-Kapitolu 3 jew 4, li jiċċertifika li jkunu ġejjin minn żona kostali approvata, skond ma jkun il-każ;

(b) jekk għandhom ikunu mpoġġija mill-ġdid f’razzett li għalkemm m’huwiex lokalizzat f’żona kostali approvata jaderixxi mal-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness c III, għandhom, bi qbil ma’ l-Artikolu 11, ikunu akkompanjati b’dokument ta’ moviment li jikkorespondi għall-mudell elenkat fl-Anness E, il-Kapitolu 3 jew 4, li jiċċertifika li jkunu ġejjin minn żona kostali approvata jew minn razzett ta’ l-istess stat ta’ saħħa bħal ma hu r-razzett tad-destinazzjoni.

2. Il-Kummissjoni tista’, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26, tadatta jew tħassar il-garanziji addizzjonali li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, fuq bażi tas-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali li tkun teżisti fil-Komunità.

L-Artikolu 9

It-tqiegħid fis-suq f’żona approvata ta’ l-annimali u l-prodotti ta’ l-akwakultura għal konsum uman li joriġinaw minn żona mhux approvata għandu tkun suġġett għall-ħtiġiet li ġejjin:

1. Ħut suxxettibbli għall-mard li hemm referenza dwaru fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-listi I u II, għandhom jinqatlu u jitneħħa l-intern tagħhom qabel il-kunsennja.

B’dankollu, sakemm joħroġ ir-riżultat tar-reviżjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 28, l-obligazzjoni li jitneħħa l-intern m’għandhiex tkun meħtieġa, jekk il-ħut ikun ġej minn razzett approvat f’żona mhux approvata. Derogazzjonijiet minn dan il-prinċipju jistgħu jiġu adottati permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26.

Sakemm isseħħ din id-Deċiżjoni, regoli nazzjonali għandhom ikomplu japplikaw suġġett għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat.

2. Molluski ħajjin suxxetibbli għal mard li hemm referenza dwaru fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-listi I u II għandhom jintbagħtu jew għal konsum uman dirett jew lejn l-industrija li tippriserva u m’għandhomx jerġgħu jitpoġġew fir-razzet sa kemm:

- joriġinaw minn razzett approvat f’żona kostali mhux approvata, jew

- huma temporajament mgħaddsa f’għadajjar tal-ħazna jew ċentri ta’ purifikazzjoni li huma speċjalment mgħammra u approvati għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti u jinkludu partikolarment sistema għat-trattament u d-disinfettazzjoni ta’ l-ilma residwali. Il-kondizzjonijiet għal approvazzjoni bħal din għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċeduri presktitti fl-Artikolu 26.

3. Il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26, tieħu, jekk meħtieġ, misuri xierqa sabiex tasssigura konformità uniformi ma’ dan l-Artikolu.

L-Artikolu 10

1. Meta Stat Membru jħejji jew ikun ħejja programm disinjat sabiex sussegwentement jgħinu biex jibda l-proċeduri li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(1), għandu jissottometti l-programm lejn il-Kummissjoni u jispeċifika partikolarment:

- Iż-żona ġeografika u r-razzett jew l-irziezet ikkonċernati,

- il-misuri li għandhom jittieħdu mis-servizzi uffiċjali sabiex jassiguraw li l-programm ikun imwettaq sewwa,

- il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti mil-laboratorji approvati, in-numri u l-lokalià tagħhom,

- il-prevalenza tal-marda jew tal-mard elenkati fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-listi I u II,

- il-misuri stabbiliti sabiex jikkumbattu dan il-mard meta jkun innutat.

2. Il-Kummissjoni għandha tiskrutinizza l-programmi ippreżentati mill-Istati Membri. Il-programmi għandhom ikunu approvati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26. Wara l-adozzjoni tal-programmi, l-introduzzjoni ta’ l-annimali u l-prodotti ta’ l-akwakultura f’żoni jew fi rziezet koperti mill-programmi għandhom ikun suġġetti għar-regoli stabbbiliti fl-Artikoli 7 u 8.

3. Programmi ppreżentati mill-Istati Membri jistgħu jkunu emendati jew issupplimentati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26. Permezz ta’ l-istess proċedura l-Kummissjoni tista’ tapprova emenda jew żieda għall-programm li jkun ġie approvat jew għall-garanziji li hemm provvediment dwarhom fir-regoli li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2.

L-Artikolu 11

1. Id-dokumenti ta’ moviment li hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 7 u 8 għandhom jitħejjew mis-servizzi uffiċjali fl-post ta’ l-oriġini fi żmien 48 siegħa qabel it-tagħbija, fil-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-post tad-destinazzjoni. Għandhom jinkitbu fuq folja karta waħda, u għandhom isiru għal destinatarju wieħed. Għandhom ikunu validi għal ot ijiem.

2. Kull konsenja ta’ l-annimali u l-prodotti ta’ l-akwakultura għandhom jkunu kjarament identifikabbli sabiex ikun jista’ jiġi intraċċat lura lejn ir-razzett ta’ l-oriġini, u biex tkun ivverifikata, fejn xieraq, il-korrelazzjoni ta’ l-annimali jew tal-prodotti ma l-informazzjoni li tkun tinstab fid-dokument ta’ moviment li jkun jakkompanjaha. Din l-informazzjoni tista’ tidher direttament fuq il-kontenitur jew fuq tikketta mwaħħla fuqu jew fuq id-dokument taċ-ċaqliq.

L-Artikolu 12

1. Meta Stat Membru jħejji jew ikun ħejja programm ta’ kontroll voluntarju jew obbligatorju għal waħda mill-mard li hemm referenza dwarha fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-lista III, għandu jissottometti l-programm lejn il-Kummissjoni, u partikolarment jelenka:

- id-distribuzzjoni tal-marda fl-Istati Membri,

- il-ġustifikazzjoni tal-programm, bili jittieħed akkont, ta’ l-importanza tal-marda u l-benefiċċju tal-programm li x’aktarx jirriżulta b’relazzjoni ma’ l-ispiża tiegħu,

- iż-żona ġeografika fejn il-programm ikun sejjer jiġi implementat,

- l-istaus ta’ l-irziezet li għandhom ikunu stabbiliti, u n-normi li jridu jkunu miksuba mill-irziezet ta’ kull kategorija, inklużi l-proċeduri tat-testijiet,

- ir-regoli li japplikaw għad-dħul fir-razzett ta’ l-annimali ta’ status ta’ saħħa aktar baxx,

- l-azzjoni li għandha tittieħed, jekk għal xi raġuni, r-razzett jitlef l-istatus tiegħu,

- il-proċeduri li permezz tagħhom il-programm għandu jkun immonitorjat.

2. Il-Kummissjoni għandha tiskrutinizza l-programm ippreżentat mill-Istati Membri. Dawn il-programmi jistgħu jkunu approvati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26. Il-garanziji addizzjonali, ġenerali jew speċifiċi, li jistgħu jkunu meħtieġa għall-introduzzjoni ta’ l-annimali jew tal-prodotti ta’ l-akwakultura f’żoni jew fi rziezet uffiċjalment spezzjonati għandhom ikunu ddefiniti bi qbil ma l-istess proċedura.

3. Programmi sottomesi mill-Istati Membri jistgħu jkunu emendati jew issupplimentati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26. Permezz ta’ l-istess proċedura l-Kummissjoni tista’ tapprova emenda jew żieda mal-programm li jkun ġie approvat jew għall-garanziji li jkunu ġew ddefiniti bi qbil mal-paragrafu 2.

L-Artikolu 13

1. Meta Stat Membru jikkonsidra li t-territorju jew parti mit-territorju tiegħu ikun ħieles minn waħda mill-mardiet elenkati fil-lista fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-lista III, għandu jagħti lill-Kummissjoni ġustifikazzjonijiet xierqa, u jelenka partikolarment:

- l-isem tal-marda u l-istorja preċedenti tagħha f’dak l-Istat Membru,

- ir-riżultati tat-testijiet tas-sorveljanza bbażati fuq sejbiet seroloġiċi, virloloġiċi, mikrobiologiċi jew patoloġiċi, kif xieraq, u fuq il-fatt li l-marda hija notifikabbli obbligatorjalment lill-awtoritajiet kompetenti,

- il-perjodu li matulu s-sorveljanza tkun ġiet imwettqa,

- l-arranġamenti ta’ kontroll għall-verifikazzjoni li ż-żona kkonċernata tibqa’ ħielsa mill-marda.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina dawn il-ġustifikazzjonijiet. Il-garanziji addizjonali, ġenerali jew speċifiċi, li jistgħu jkunu meħtieġa għall-introduzzjoni ta’ l-annimali u tal-prodotti ta’ l-akwakultura f’ċerti żoni jew f’irziezet għandhom ikunu ddefiniti bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26.

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull tibdil fil-partikolaritajiet speċifikati fil-paragrafu 1 li jirrelataw għall-marda. Il-garanziji definiti kif stabbiliti fil-paragrafu 2 li, fid-dawl ta’ din in-notifika, jistgħu jkunu emendati jew irtirati bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 27.

L-Artikolu 14

1. Mingħajr preġudizzju għal ħtiġiet tal-mard li hemm referenza dwaru fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-lista III, stabbiliti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikoli 12 u 13, it-tqegħid fis-suq ta’ ħut ħaj ikkultivat (molluski jew krustaċi) li ma jappartjenux għall-ispeċje suxxettibbli li hemm referenza dwarha fl-Anness A, il-kolonna 2 tal-listi I u II kif ukoll il-bajd u l-protoplasma tagħhom għandhom ikunu suġġetti għall-ħtiġiet addizzjonali li ġejjin:

(a) meta jkunu intenzjonati biex ikunu introdotti f’żona approvata, għandhom, bi qbil ma’ l-Artikolu 11, ikunu akkompanjati minn dokument ta’ ċaqliq li jikkorespondi mal-mudell li għandu jkun imħejji bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26 li jiċċertifika li jkunu ġejjin minn żona ta’ l-istess status ta’ saħħa, minn razzett approvat minn żona mhux approvata jew minn razzett li jista jkun lokalizzat f’żona mhix approvata bil-kondizzjoni li dan ir-razzett ma jkunx fih l-ebda ħuta, mollusk jew krustaċ li jappartjeni għall-ispeċje suxxetibbli li hemm referenza dwarhom fl-Anness A, il-kolonna 2 tal-listi I u II u ma jkunx konness ma’ korsija ta’ l-ilma jew ma ilmijiet kostali jew estwarji.

B’dankollu, sakemm joħroġ ir-riżultat tar-reviżjoni li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 28, L-Istati Membri jistgħu, permezz tal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26, jitlobu derogazzjoni mis-sotto-paragrafu preċedenti, partikolarment sabiex tkun ipprojbita l-introduzzjoni f’żona approvata ta’ ħut, molluski jew krustaċi li hemm referenza dwarhom f’dan il-paragrafu, li joriġinaw minn razzett approvat f’żona mhix approvata jew minn razzett li jista’ jkun lokalizzatt f’żona mhix approvata bil-kondizzjoni li dan ir-razzett ma jkunx jinsab fih l-ebda ħut, molluski jew krustaċi li jappartjeni għall-ispeċje suxxetibbli li hemm referenza dwarhom fl-Anness A, il-kolonna 2 tal-listi I u II u ma jkunux konnessi ma korsija ta’ l-ilma jew ma’ ilmijiet kostali jew estwarji. Sabiex tiġi assigurata konfomità uniformi ma dik id-dispożizzjoni, kondizzjonijiet u miżuri xierqa għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ l-istess proċedura. Sakemm iseħħu dawn id-Deċiżjoni, regoli nazzjonali għandhom jibqgħu japplikaw suġġetti għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat.

(b) meta għandhom ikunu introdotti f’razzett li, għalkemm huwa lokalizzat f’żona li m’hijiex approvata jaderixxi mal-kondizzjonijiet ta’ l-Anness Ċ, għandhom ikunu akkompanjati bi qbil ma l-Artikolu 11 minn dokument ta’ moviment li jikkorrispondi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26, li jiċċertifika li jkunu ġejjin minn żona approvata, minn razzett ta’ l-istess status ta’ saħħa jew minn razzett li jista’ jkun lokalizzatt f’żona li m’hijiex approvata, bil-kondizzjoni li dan ir-razzett ma jkunx jinsab fih l-ebda ħut, molluski jew krustaċi li jappartjenu għall-ispeċje suxxetibbli li hemm referenza dwaru fl-Anness A, il-kolonna 2 tal-listi I u II u ma humiex konnessi ma’ korsija ta’ l-ilma jew ma ilmijiet kostali jew estwarju.

2. Mingħajr preġudizzju għal ħtiġiet tal-mard li hemm referenza dwaru fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-lista III stabbilit bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikoli 12 u 13, it-tqiegħid fuq is-suq ta’ ħut, molluski jew krustaċi ferjali, il-bajd u l-protoplasma tagħhom, għandhom ikunu suġġetti għall-ħtiġiet addizzjonali li ġejjin:

(a) meta jkunu ntenzjonati biex ikunu ntrodotti f’żona approvata, għandhom ikunu akkompanjati bi qbil mal-Artikolu 11, b’dokument ta’ moviment li jikkorespondi mal-mudell li għandu jkun imħejji bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26 li jiċċertifika li jkunu ġejjin minn żona ta’ l-istess status ta’ saħħa;

(b) meta jkunu intenzjonati biex ikunu introdotti f’razzett li, għalkemm lokalizzat f’żona li m’hijiex approvata, jaderixxu mal-kondizzjonijiet ta’ l-Anness Ċ, għandhom ikunu akkompanjati minn dokument ta’ moviment li jikkorespondi mal-mudell li għandu jkun imħejji bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26 li jiċċertifika li jkunu ġejjin minn żona approvata.

L-Artikolu 15

Pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni u metodi dijanjostiċi li għandhom jiġu applikati għall-iżvelar u l-konferma tal-preżenza ta’ mard li hemm referenza dwaru fl-Anness A, il-kolonna 1, għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26. Dawn il-pjanijiet ta’ teħid ta’ kampjuni għandhom jieħdu akkont tal-preżenza ta’ ħut, krustaċi u molluski ferjali fl-ambjent akwatiku.

L-Artikolu 16

1. Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 li jikkonċernaw spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-għan tat-twettiq tas-suq intern [4] f’dak li jirrigwardja l-prodotti ta’ l-akwakultura għall-konsum uman u d-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna spezzjonijiet veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali u prodotti ħajjin bil-ħsieb tat-twettiq tas-suq intern [5] rigward annimali u prodotti ta’ l-akwakultura mqiegħda fis-suq għandhom ikunu jgħoddu, partikolarment f’dak li jirrigwardja l-organizzazzjoni ta’ u l-azzjoni li trid tittieħed b’segwiment ta’ l-ispezzjonijiet li għandhom jittwettqu mill-Istati Membri tad-destinazzjoni, u l-misuri protettivi li għandhom ikunu implimentati.

2. Id-Direttiva 89/662/KEE hija emendata kif ġej:

(a) fl-Anness A, jiżdied is-subinċiż li ġej:

"— id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 19911991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti ta’ l-akwakultura (ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1)";

(b) Fl-Anness B, is-subinċiż li ġej għandu jitneħħa

"— prodotti ta’ l-akwakultura maħsuba għal konsum uman."

3. Ir-referenza li ġejja hija miżjuda fl-Anness A, il-punt 1, tad-Direttiva 90/425/KEE:

"— id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 19911991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta’ annimali u prodotti mill-akwakultura (ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1)"

.

L-Artikolu 17

1. Esperti veterinarja tal-Kummissjoni jistgħu, meta jkun meħtieġ għall-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, iwettqu spezzjonijiet fuq il-post flimkien mal-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri li qed fit-territorju tagħhom titwettaq l-ispezzjoni għandhom jipprovdu lill-esperti bl-għajnuna kollha meħtieġa sabiex iwettqu x-xogħol tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ dawn l-ispezzjonijiet.

2. Dispożizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu addottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26.

Ir-regoli li għandhom ikunu segwiti matul l-ispezzjoni li hemm provvediment dwarha f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mħejjija bl-istess proċedura.

IL-KAPITOLU 3

Regoli li jirregolaw l-importazzjoni minn pajjiżi terzi

L-Artikolu 18

Annimali u prodotti ta’ l-akwakultura importati fil-Komunità għandhom issodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 19, 20 u 21.

L-Artikolu 19

1. Annimali u prodotti ta’ l-akwakultura għandhom jiġu minn pajjiżi terzi jew minn partijiet tagħhom li jidhru fuq lista mħejjija mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26. Din il-lista tista tkun issupplimentata jew emendata bi qbil ma’ l-istess proċedura.

2. Fid-deċiżjoni jekk pajjiz terz jew parti tiegħu ikunx jista jidher fuq il-lista li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1, akkont partikolari għandha tittieħed ta’:

(a) l-istat tas-saħħa ta’ l-annimali ta’ l-akwakultura, b’attenzjoni partikolari mogħtija għall-mard eżotiku u s-sitwazzjoni ta’ saħħa ambjentali fil-pajjiz terz li tista tipperikola s-saħħa tal-bhejjem ħajjin fl-Istati Membri;

(b) ir-regolarità u l-ħeffa ta’ l-informazzjoni mogħtija mill-pajjiz rigward l-esistenza ta’ mard infettiv jew li jittieħed ta’ l-annimali ta’ l-akwakultura fit-territorju tiegħu, partikolarment dak il-mard imsemmi fl-lista B ta’ l-Uffiċċju Internazzjonali ta’ l-Epiżootika;

(ċ) ir-regoli tal-pajjiż terz dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard ta’ l-annimali ta’ l-akwakultura;

(d) l-istruttura tas-servizzi uffiċjali fil-pajjiż terz u l-poteri tagħhom;

(e) l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ infezzjonijiet u mard li jittieħed ta’ l-annimali ta’ l-akwakultura;

(f) assigurazzjonijiet li pajjiż jista’ jipprovdi dwar ir-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva.

3. Il-lista li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 u l-emendi kollha għaliha għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 20

1. Għal kull pajjiż terz, annimali u prodotti ta’ l-akwakultura għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa addottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26.

2. Jiddependi mis-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali fil-pajjiż terz ikkonċernat, il-kondizzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu partikolarment:

- restrizzjonijiet ta’ l-importazzjoni minn parti tal-pajjiż terz,

- restrizzjonijiet ta’ ċerti speċi f’kull stadju ta’ l-iżvilupp,

- il-preskrizzjoni ta’ trattament li għandu jkun applikat għall-prodotti, bħal ma huma d-disinfettazzjoni tal-bajd,

- preskrizzjoni ta’ l-użu li jrid isir minn dawn l-annimali jew mill-prodotti,

- il-miżuri li għandhom ikunu applikati wara l-importazzjoni, bħal ma hija kwarantina jew id-disinfettazzjoni tal-bajd.

L-Artikolu 21

1. L-annimali u l-prodotti ta’ l-akwakultura għandhom ikunu akkompanjati minn ċertifikat imħejji mis-servizzi uffiċjali tal-pajjiż terz li jesporta. Dan iċ-ċertifikat għandu:

(a) jkun maħruġ fil-ġurnata tat-tagħbija tal-kunsinja li tintbagħat lill-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(b) jakkompanja l-kunsinja fl-oriġinal;

(ċ) jattesta li l-annimali ta’ l-akwakultura u ċerti prodotti tas-sajd jilħqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u dawk stabbiliti bis-saħħa ta’ dawn f’dak li jirrigward l-importazzjoni mill-pajjiż terz;

(d) ikun valid għal ot ijiem.

(e) jikkonsisti f’folja karta waħda;

(f) ikun magħmul għal destinatarju wieħed.

2. Iċ-ċertifikat li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 għandu jkun konformi mal-mudell stabbilit bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26.

L-Artikolu 22

L-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu fuq il-post minn esperti veterinarji ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jivverfiikaw jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u partikolarment l-Artikoli 19 u 20 tagħha, jkunu applikati fil-prattika.

L-esperti mill-Istati membri li għandhom ikunu fdati bix-xogħol tat-twettiq ta’ dawn l-ispezzjonijiet għadhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni, taġixxu fuq proposti mill-Istati Membri.

Dawn l-ispezzjonijiet għandhom isiru f’isem il-Komunità, li għandha terfa’ n-nefqa involuta f’dan il-każ.

Il-fekwenza ta’ u l-proċeduri għal dawn l-ispezzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26.

L-Artikolu 23

1. Ir-regoli ġenerali u l-prinċipji applikabbli matul l-ispezzjonijiet ta’ prodotti ta’ l-akwakultura importati minn pajjiżi terzi għandhom ikunu dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE tal-10 ta’ Diċembru 1990 li telenka l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [6].

2. Ir-regoli ġenerali u l-prinċipji applikabbli matul l-ispezzjonijiet ta’ l-annimali ħajjin ta’ l-akwakultura importati minn pajjiżi terzi għandhom ikunu dawk stabbiliti bl-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/425/KEE.

L-Artikolu 24

Jekk xi marda infettiva jew li tittieħed ta’ l-annimali ta’ l-akwakultura, x’aktarx tqiegħed fil-periklu is-saħħa tal-bhejjem ħajjin ta’ l-Istati Membri, tfaqqa jew tinxtered f’pajjiż terz jew jekk għal xi raġuni oħra tas-saħħa ta’ l-annimal tiġġustifika dan, ir-regoli, il-proċeduri u l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 90/425/KEE għandhom ikunu applikabbli.

IL-KAPITOLU 4

Dispożizzjonijiet Finali

L-Artikolu 25

L-Annessi C u E jistgħu jkunu emendati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 26.

L-Annessi A, B u C għandhom ikunu emendati biss mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, bil-għan partikolarment li jkunu addatti għall-progress teknoloġiku.

L-Artikolu 26

1. Meta l-proċedura preskritta f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-President għandu jirriferi l-materja mingħajr dewmien lejn il-Kumitat Veterinarju Permanenti stabbilit mid-Deċiżjoni 68/361/KEE [7] minn issa’ l quddiem irriferut bħala "il-Kumitat", jew fuq l-iniżjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. (a) Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lejn il-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fil-limitu taż-żmien li l-President tiegħu jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tkun mogħtija mil-maġġoranza stabilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ jaddotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-Komunità għandhom ikunu mgħobija fil-manjiera stabbilita f’dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk ikunu bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Jekk il-miżuri previsti ma humiex bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti lejn il-Kunsill mingħajr dewmien proposta li għandha x’taqsam mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, wara li jeskadi l-perjodu ta’ tliet xhur mid-data tar-riferenza lejn il-Kunsill, il-Kunsill ikun għadu m’aġixxiex, il-miżuri proposti għandhom ikunu addotti mill-Kummissjoni, apparti minn meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri msemmija b’maġġoranza sempliċi.

L-Artikolu 27

1. Meta l-proċedura stabbbilita f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-President għandu, mingħajr dewmien, jirriferi l-materja lejn il-Kumitat, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. (a) Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lejn il-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fi żmien jumejn. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jaddotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-Komunità għandhom għandhom jitwieżnu fil-manjiera stabbilita f’dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota.

Il-Kummissjoni għandha taddotta il-miżuri maħsuba jekk ikunu bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Jekk il-miżuri previsti ma jkunux bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti lejn il-Kunsill mingħajr dewmien proposta li jkollha x’taqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħmistax il-ġurnata mid-data tar-riferenza tal-kwistjoni lejn il-Kunsill, il-Kunsill ikun għadu m’aġixxiex, il-miżuri proposti għandhom ikunu addottati mill-Kummissjoni, ħlief meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri msemmija b’maġġoranza sempliċi.

L-Artikolu 28

Qabel l-1 ta’ Lulju 1992, fir-rigward tal-lista tal-mard elenkata fl-Anness A, u qabel l-1 ta’ Jannar 19911997, f’dak li jirrigwardja l-istat tas-saħħa ta’ razzett approvat f’żona li m’hijiex approvata, il-Kunsill għandu, fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni fuq l-esperjenza akwistata, ippreparata b’segwiment ta’ opinjoni mill-Kumitat Veterenarju Xjentifiku u akkompanjat b’xi proposti, li fuqhom għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata, jirrevedi id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u partikolarment dawk li jikkonċernaw il-bejgħ ta’ ħut ħaj li jiġi minn razzett approvat f’żona li m’hijiex approvata.

L-Artikolu 29

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma din id-Direttiva qabel fl-1 ta’ Jannar 1993

2. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn riferenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 30

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Jannar 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-C. Juncker

[1] ĠU C 84, tat-2.4.1990, p. 42.

[2] ĠU C 19, tat-28.1.1991.

[3] ĠU C 332, tal-31.12.1990.

[4] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[5] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29; kif emendata mid-Direttiva 90/539/KEE (ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6).

[6] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1.

[7] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

LISTA TA’ MARD U TA’ L-ISPEĊI SUXXETTIBBLI

1 | 2 |

Marda | Speϊ suxxettibli |

LISTA I

Ħut

IHN (Infectious hematopoietic necrosis) | Salmo gairdneri |

Onocorhynchus nerka |

Onocorhynchus tschawytscha |

Onocorhynchus rhodurus |

Salmo salar |

LISTA II

Ħut

VHS (Viral haemorrhagic septicaemia) | Salmo gairdneri |

Salmo trutta |

Salmo salar |

Thymallus thymallus |

Coregonus sp. |

Esox lucius (fry) |

Molluski

Bonomia ostreae | Ostrea edulis |

Marteilia sp. | Ostrea edulis |

Haplosporidium sp. | Ostrea edulis |

Perkinsus sp. | Ruditapes decussatus |

LISTA III

Ħut

IPN (Infectious pancreatic necrosis) PN | Salmo gairdneri |

Salmo trutta |

Salvelinus fontinalis |

Oncorhynchus (żewġ speċi) |

SVC (Spring veremia of carp) | Cyprinus carpio |

Ctenopharyngodon idella |

Hypophtalmichtys sp. |

BKD (Bacterial kidney disease) | Salmonida kollha u partikolarment Oncorhynchus |

Furunculosis f’salamun ta’ l-Atlantiku | Salmo salar u kull salmonidae oħra |

ERM (Enteric red mouth disease) | Salmonidae, Anguilla anguilla, Psetta maxima |

(turbot)Notropis atherinoides (bait minnow) |

Gyrodactylosis (Gyrodactylus salaris) | Salamo salar |

Myxobolosis (Myxosomiasis) (Whirling disease) | Salamo gairdneri |

Salamo trutta |

Salamo salar |

Salvelinus fontinalis |

Krustaċji

Aphanomycosis Astacus sp. (crayfish plague) | Astacus sp. |

Austropotamobius pallipes |

Procambarus clarkii |

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

ŻONI APPROVATI

I. Iż-żoni kontinentali għall-ħut (il-kolonna 2 tal-listi I u II fl-Anness A)

A. Definizzjoni taż-żoni kontinentali

Żona kontinentali tikkonsisti minn

- parti mit-territorju li jinkludi żona intiera tal-qbid tal-ħut mis-sorsi tal-passaġġi ta’ l-ilma sa l-estwarju, jew aktar minn żona waħda tal-qbid tal-ħut, li fiha l-ħut ikun imrobbi, miżmum jew maqbud, jew

- parti minn żona tal-qbid tal-ħut mis-sorsi tal-passaġġi ta’ l-ilma sa barriera naturali jew artifiċjali li tipprevjeni l-ħut milli jemigra minn naħa t’isfel ta’ dik il-barriera.

Id-daqs u s-sitwazzjoni ġeografika ta’ żona kontinentali trid tkun tali li l-possibbilitajiet għal kontaminazzjoni mill-ġdid, e.g. minn ħut li jemigra, ikunu minimizzati. Dan jista’ jkun jenħtieġ l-istabbiliment ta’ żona ta’ protezzjoni li fiha programm ta’ monitoraġġ ikun imwettaq mingħajr ma jinkiseb l-istatus ta’ żona approvata.

B. Għotja ta’ l-appell

Sabiex jinkiseb l-istatus approvat, żona kontinentali trid tilħaq il-ħtiġiet li ġejjin:

1. l-ħut kollu ikun ħieles għal mill-inqas erba’ snin minn kull sinjal kliniku jew sinjal ieħor ta’ marda waħda jew aktar minn marda waħda mill-mard li hemm referenza dwaru fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-listi I u II;

2. kull razzett fiż-żona kontinentali jkun imqiegħed taħt is-sorveljanza tas-servizzi uffiċjali. Żewġ spezzjonijiet tas-saħħa kull sena għal erba’ snin riedu li kienu twettqu.

L-ispezzjoni tas-saħħa trid tkun saret fiż-żminijiet tas-sena meta t-temperatura ta’ l-ilma tiffavorixxi l-iżvilupp ta’ dan il-mard.

L-ispezzjoni tas-saħħa trid tikkonsisti mill-inqas minn:

- spezzjoni ta’ ħut li juru annormalitajiet,

- it-teħid ta’ kampjuni li għandhom jintbagħtu kemm jista’ jkun malajr lejn il-laboratorju approvat sabiex ikunu ttestjati għall-patoġeni f’dak il-każ.

B’dankollu, żoni li għandhom rekord ta’ storja ta’ assenza tal-mard li hemm referenza dwaru fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-listi I u II, jistgħu jiksbu status approvat jekk:

(a) is-sitwazzjoni ġeografika tagħhom ma tippermettix l-introduzzjoni faċli ta’ mard;

(b) sistema uffiċjali ta’ kontroll ta’ mard li tkun ġiet imqiegħda għal perjodu estiż ta’ mill-inqas 10 snin li matulhom:

- kien hemm monitoraġġ regolari ta’ l-irziezet kollha,

- sistema ta’ notifikazzjoni ta’ mard tkun ġiet applikata,

- l-ebda każ ta’ mard ma’ tkun ġiet irraportat,

- l-ebda ħut ħaj minn żoni infettati ma jkunu ġew introdotti;

3. jekk ma hemm l-ebda razzett f’żona kontinentali li trid tiġi approvata, is-servizzi uffiċjali għandhom ikunu ssuġġettaw għall-ħut mill-parti t’sfel taż-żona tal-qbid tal-ħut għall-ispezzjoni tas-saħħa darbtejn fis-sena għal erba snin, bi qbil mal-paragrafu 2;

4. l-eżamijiet tal-laboratorju ta’ ħut meħuda matul l-ispezzjonijiet tas-saħħa jkunu pproduċew riżultati negattivi rigward il-patoġeni f’dak il-każ.

Ċ. Manutenzjoni ta’ l-approvazzjoni

Manutenzjoni ta’ l-approvazzjoni tkun suġġett għall-ħtiġiet li ġejjin:

1. ħut introdott fiż-żona għandu jiġi minn żona approvata oħra jew minn razett approvat;

2. kull razzett għandu jgħaddi minn żewġ spezzjonijiet tas-saħħa fis-sena bi qbil mal-punt B 2; b’dankollu, kampjuni jridu jittieħdu b’rotazzjoni ta’ 50 % ta’ l-irziezet tal-ħut fiż-żona kontinentali kull sena;

3. ir-riżultati ta’ l-eżamijiet tal-laboratorju dwar il-ħut li minnu jkunu ttieħdu l-kampjuni matul l-ispezzjonijiet tas-saħħa għandhom ikunu negattivi fir-rigward ta’ l-aġenti tal-mard li hemm referenza dwarhom fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-listi I u II;

4. reġistru jrid jinżamm mill-bdiewa jew mil-persuni responsabbli għall-introduzzjoni tal-ħut, u jrid ikun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jgħin l-istat tas-saħħa tal-ħut li trid tiġi mmonitorjata l-ħin kollu.

D. Sospensjoni, stabbiliment mill-ġdid u l-irtirar ta’ l-approvazzjoni

1. Kull mewta annormali jew sintomu ieħor li jista’ jikkostitwixxi bażi għal suspett ta’ mxija fost il-ħut ta’ marda li hemm referenza dwarhom fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-listi I u II għandhom ikunu nnotifikati kemm jista jkun malajr lis-servizzi uffiċjali. Din ta’ l-aħħar għandha tissospendi immedjatament l-approvazzjoni taż-żona.

2. Kampjun ta’ mill-inqas 10 ħutiet morda irid jintbagħat lejn il-laboratorju approvat sabiex ikunu ttestjati għall-patoġeni inkwestjoni. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom ikunu kkomunikati immedjatament lis-servizz uffiċjali.

3. Meta r-riżultati huma negattivi għall-patoġeni f’dak il-każ imma pożittivi għal kawża oħra, is-servizz uffiċjali għandu jirrestawra l-approvazzjoni.

4. B’dankollu, meta l-ebda dijanjosi ma tista’ ssir, spezzjoni ta’ saħħa oħra trid issir fi żmien ħmistax-il ġurnata mit-teħid ta’ l-ewwel kampjuni u numru suffiċjenti ta’ ħut marid għandu jittieħed u jkun mibgħut fil-laboratorju approvat sabiex ikun ittestjat għall-patoġeni f’dak il-każ.

Jekk ir-riżultati ikunu għal darb’oħra negattivi jew jekk ma jkunx hemm aktar ħut marid, is-servizz uffiċjali għandu jirrestawra l-approvazzjoni.

5. Meta r-riżultati huma pożittivi, l-approvazzjoni għandha tkun irtirata mis-servizz uffiċjali.

6. Ir-restawr ta’ l-approvazzjoni ta’ żona huwa suġġett għall-ħtiġiet li ġejjin:

(a) meta jkun hemm imxija:

- il-ħut kollu fl-irziezet infettati għandhom ikunu maqtula, u l-ħut infettat jew ikkontaminat għandhom jkun meqruda,

- il-faċilitajiet u t-tagħmir għandhom ikunu ddisinfettati bi qbil mal-proċedura approvata mis-servizzi uffiċjali;

(b) wara l-eliminazzjoni ta’ l-imxija l-ħtiġiet stabbiliti fil-punt B għandhom ikunu konformi mill-ġdid ma’.

7. L-awtorità kompetenti ċentrali għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra rigward is-sospensjoni, ir-restawr u l-irtirar taż-żoni approvati.

II. Żoni kostali għall-ħut (il-kolonna 2 tal-listi I u II ta’ l-anness A)

A. Żona kostali tikkonsisti minn parti tal-kosta jew mill-ilma baħar jew l-estwarju b’delimitazzjoni preċiża ġeografika li tikkonsisti minn sistema idroloġika omoġenja.

B. Għotja ta’ l-approvazzjoni

Sabiex jinkiseb l-status approvat, żona kostali għall-ħut trid tilħaq il-ħtiġiet stabbiliti għaż-żoni kontinentali li hemm referenza dwarhom fil-punt I B.

Ċ. Manutenzjoni ta’ status

Manutenzjoni ta’ l-approvazzjoni ta’ żona kostali hija suġġetta għall-ħtiġiet stabbiliti fil-punt I Ċ.

D. Is-sospensjoni, ir-restawr u l-irtirar ta’ l-approvazzjoni

Ir-regoli huma identiċi għal dawk stabbiliti fil-punt I D.

III. Żoni kostali għall-molluski (il-kolonna 2 tal-listi I u II fl-Anness A)

A. Żona kostali għandha tkun konformi mad-definizzjoni stabbilita fil-punt II A.

B. Għotja ta’ l-approvazzjoni

Sabiex tkun approvata, żona kostali għandha tkun tilħaq il-ħtiġiet li ġejjin:

1. l-molluski kollha għandhom għal mill-inqas sentejn ma juru l-ebda sinjal kliniku jew sinjal ieħor ta’ marda waħda jew aktar minn marda waħda mill-mard li hemm referenza dwarhom fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-listi I u II;

2. kull razzett fiż-żona kostali ikun imqiegħed taħt is-sorveljanza tas-servizzi uffiċjali. L-ispezzjonijiet tas-saħħa ikunu mwettqa f’intervalli adattati għall-iżvilupp tal-patoġeni f’dak il-każ.

Matul dawn l-ispezzjonijiet kampjuni jittieħdu u jintbagħtu mingħajr dewmien lejn il-laboratorju approvat sabiex jiġu ttestjati għal-patoġeni f’dak il-każ;

3. jekk ma jkunx hemm l-ebda razzett fiż-żona kontinentali, is-servizz uffiċjali irid ikun issottometta molluski għal spezzjoni ta’ saħħa bi qbil mal-punt 2, f’intervalli adattati għall-iżvilupp tal-patoġeni f’dak il-każ. B’dankollu, jekk investigazzjonijiet dettaljati ta’ fawna juru li fiż-żona ma jinsabux molluski li jappartjenu għall-speċi ġarrara, burdnara jew suxxettibbli, is-servizzi uffiċjali jistgħu japprovaw iż-żona qabel ma xi molluski ma jkunu introdotti;

4. eżamijiet tal-laboratorju ta’ molluski meħuda matul l-ispezzjonijiet tas-saħħa mis-servizzi uffiċjali li jkunu pproduċew riżultati negattivi fir-rigward tal-patoġeni f’dak il-każ.

Għaż-żoni li għandhom rekord ta’ storja ta’ assenza tal-mard li hemm referenza dwaru fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-listi I u II, din l-informazzjoni tista’ titqies għall-għotja ta’ l-approvazzjoni.

Ċ Manut.enzjoni ta’ approvazzjoni

Manutenzjoni ta’ approvazzjoni hija suġġetta għall-ħtiġiet li ġejjin:

1. molluski introdotti fiż-żona kostali jridu jkunu ġejjin minn żoni kostali approvati oħra jew minn irziezet approvati f’żoni kostali li mhumiex approvati;

2. kull razzett irid jgħaddi minn spezzjoni ta’ saħħa bi qbil mal-punt B 2 f’intervalli adattati għall-iżvilupp tal-patoġeni f’dak il-każ;

3. ir-riżultati ta’ l-eżamijiet tal-laboratorju dwar il-molluski li tagħhom ittieħdu l-kampjuni matul l-ispezzjonijiet tas-saħħa għandhom ikunu negattivi rigward ta’ l-aġenti tal-mard li hemm referenza dwarhom fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-listi I u II;

4. reġistru jrid jinżamm mill-bdiewa jew mil-persuni responsabbli għall-introduzzjoni tal-molluski, u jrid ikun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jgħin l-istatus tas-saħħa tal-molluski li jridu jkunu immonitorjati l-ħin kollu.

D. Sospensjoni, restawr u irtirar ta’ l-approvazzjoni

1. Kull mewta li m’hijiex normali jew sintomu ieħor li jista’ jikkostitwixxi bażi għas-suspett ta’ mxija fost il-molluski ta’ marda li hemm referenza dwarha fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-listi I u II trid tkun mgħarrfa kemm jista jkun malajr lis-servizzi uffiċjali. Dawn ta’ l-aħħar għandhom jissospendu immedjatament l-approvazzjoni taż-żona.

2. Kampjun ta’ molluski morda għandu jintbagħat lejn il-laboratorju approvat sabiex ikunu ttestjati għall-patoġeni f’dak il-każ.

Ir-riżultati tat-testijiet għandhom ikunu kkomunikati immedjatament lis-servizz uffiċjali.

3. Meta r-riżultati ikunu negattivi għall-patoġeni f’dak il-każ, imma pożittivi għal kawża oħra, l-approvazzjoni għandha tiġi rrestawrata.

4. B’dankollu, meta l-ebda dijanjosi ma tista’ ssir, spezzjoni oħra ta’ saħħa għandha ssir fi żmien ħmistax il-ġurnata mit-teħid ta’ l-ewwel kampjuni u numru suffiċjenti ta’ molluski morda għandu jittieħed u jkun mibgħut fil-laboratorju approvat sabiex ikun ittestjat għall-patoġeni f’dak il-każ. Jekk ir-riżultati jkunu għal darb’oħra negattivi jew jekk ma jkunx hemm aktar molluski morda, is-servizz uffiċjali għandu jirrestawra l-approvazzjoni.

5. Meta r-riżultati jkunu pożittivi, l-approvazzjoni għandha tkun irtirata mis-servizz uffiċjali.

6. Ir-restawr ta’ l-approvazzjoni ta’ żona huwa suġġett għall-ħtiġiet li ġejjin:

(a) meta jkun hemm imxija:

- molluski infettati jew ikkontaminati li kienu ġew meqruda,

- faċilitajiet u tagħmir għandhom ikunu ddisinfettati bi qbil mal-proċedura approvata mis-servizz uffiċjali;

(b) wara l-eliminazzjoni ta’ l-imxija, il-ħtiġiet stabbiliti fil-punt B għand għal darb’oħra jkun hemm konformità magħhom.

7. L-awtorità kompetenti ċentrali għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra rigward is-sospensjoni, ir-restawr u l-irtirar taż-żoni approvati.

--------------------------------------------------

L-ANNESS Ċ

IRZIEZET APPROVATI F’ŻONA LI MHIJIEX APPROVATA

III. L-irziezet kontinentali għall-ħut (il-kolonna 2 tal-listi I u II fl-Anness A)

B. Għotja ta’ l-approvazzjoni

Sabiex ikun approvat, razzett irid jilħaq il-ħtiġiet li ġejjin:

1. L-ilma għandu jkun fornut minn bir jew minn borehole.

2. Irid ikun hemm barriera naturali jew artifiċjali għal ħut anadromiku lokalizzat fin-naħa t’isfel tax-xmara.

3. Irid iħares il-ħtiġiet relevanti stabiliti fl-Anness B I B.

B. Manutenzjoni ta’ l-approvazzjoni

Manutenzjoni ta’ l-approvazzjoni għandha tkun suġġetta għal ħtiġiet stabbiliti fl-Anness B I Ċ. B’dankollu, t-teħid ta’ kampjuni irid jitwettaq darba kull sena.

Ċ. Is-sospensjoni, ir-restawr u l-irtirar ta’ l-approvazzjoni

Il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness B I D għandhom japplikaw.

III. Irziezet kostali għall-ħut (il-kolonna 2 tal-listi I u II fl-Anness A)

A. Għotja ta’ l-approvazzjoni

Sabiex ikun approvat, razzett irid jilħaq il-ħtiġiet li ġejjin:

1. Għandu jkun fornut b’ilma permezz ta’ sistema li tippermetti l-qerda ta’ l-aġenti tal-mard li hemm referenza dwarhom fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-listi I u II.

2. Irid ikun konformi, mutatis mutandis, mal-ħtiġiet relevanti stabiliti fl-Anness B II B.

B. Manutenzjoni ta’ l-approvazzjoni

Manutenzjoni ta’ l-approvazzjoni għandha, mutatis mutandis, tkun suġġetta għal ħtiġiet stabbiliti fl-Anness B II Ċ

Ċ. Is-sospensjoni, ir-restawr u l-irtirar ta’ l-approvazzjoni

Il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness B II D għandhom japplikaw mutatis mutandis.

III. Irziezet kostali għall-molluski (il-Kolonna 2 tal-listi I u II fl-Anness A)

B. Għotja ta’ l-approvazzjoni

Sabiex ikun approvat, razzett irid jilħaq il-ħtiġiet li ġejjin:

1. Għandu jkun fornut minn ilma permezz ta’ sistema li tippermetti l-qerda ta’ l-aġenti tal-mard li hemm referenza dwarhom fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-listi I u II.

2. Għandu jkun konformi, mutatis mutandis, mal-ħtiġiet relevanti stabiliti fl-Anness B III B, il-punti 1, 2 u 4.

B. Manutenzjoni ta’ l-approvazzjoni

Il-manutenzjoni ta’ l-approvazzjoni għandha, mutatis mutandis, tkun suġġetta għal garanziji stabbiliti fl-Anness B III Ċ, punti 1 sa 4.

Ċ. Is-sospensjoni, ir-restawr u l-irtirar ta’ l-approvazzjoni

Il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness B III D għandhom japplikaw mutatis mutandis.

--------------------------------------------------

L-ANNESS D

TIĠDID TA’ L-ILMA

It-tiġdid ta’ ilma matul it-trasport ta’ l-annimali ta’ l-akwakultura għandu jitwettaq fil-faċilitajiet li huma approvati mill-Istati Membri u li jilħqu l-ħtiġiet li ġejjin:

1. Il-karatteristiċi iġjeniċi ta’ l-ilma disponibbli biex jinbidel għandhom ikunu tali li ma jbiddlux is-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-ispeċi ttrasportati rigward l-aġenti tal-mard li hemm referenza dwarhom fl-Anness A, il-kolonna 1 tal-listi I u II.

2. Dawn il-faċilitajiet għandhom ikollhom mezzi ddisinjati biex jipprevjenu kull kontaminazzjoni ta’ l-ambjent ospitanti:

- jew billi jkun iffaċilitat d-disinfettazzjoni ta’ l-ilma, jew

- billi jkun assigurat li r-rilaxx ta’ dan l-ilma taħt l-ebda ċirkostanza ma jinvolvi l-iżvujtar dirett fil-baħar miftuħ jew toroq jew f’nixxigħat mexxejja.

--------------------------------------------------

L-ANNESS E

Mudelli tad-dokumenti taċ-ċaqliq

IL-KAPITOLU 1

DOKUMENT TA’ MOVIMENT GĦAL ĦUT ĦAJ, BAJD U PROTOPLAŻMA MINN ŻONA APPROVATA

+++++ TIFF +++++

IL-KAPITOLU 2

DOKUMENT TA’ MOVIMENT GĦAL ĦUT ĦAJ, BAJD JEW PROTOPLAŻMA MINN RAZZETT APPROVAT

+++++ TIFF +++++

IL-KAPITOLU 3

DOKUMENT TA’ MOVIMENT GĦAL MOLLUSKI MINN ŻONA KOSTALI APPROVATA

+++++ TIFF +++++

IL-KAPITOLU 4

DOKUMENT TA’ MOVIMENT GĦAL MOLLUSKI MINN RAZZETT APPROVAT

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------