31991D0425



Official Journal L 235 , 23/08/1991 P. 0021 - 0027
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 5 P. 0091
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 5 P. 0091


Id-Deċiżjoni Nru 147

ta' l-10 ta' Ottubru 1990

li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 76 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71

(91/425/KEE)

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA LI JMORRU JAĦAMU PAJJIZ IEĦOR,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 81(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 ta' l-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji taghhom li jkunu qed jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, li taħtu hija responsabbli li tittratta l-kwistjonijiet amministrattivi kollha jew il-kwistjonijiet ta' interpretazzjoni li joħorġu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolamenti sussegwenti,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta' Marzu 1972, li taħtu huwa d-dmir tal-Kummissjoni Amministrattiva li tfassal mudelli ta' ċertifikati, dikjarazzjonijiet iċċertifikati, dikjarazzjonijiet, applikazzjonijiet u dokumenti oħra neċessarji għall-applikazzjoni tar-Regolamenti,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3427/89 tat-30 ta' Ottubru 1989 li jemenda b'mod partikolari, l-Artikolu 76 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71,

Billi l-Artikolu 76 issa jipprovdi, fil-paragrafu 1, illi fil-każ ta' akkumulazzjoni ta' drittijiet ta' benefiċċji tal-familja taħt il-liġi ta' l-Istat kompetenti u taħt l-Istat ta' residenza tal-membri tal-familja, l-ammont ipprovdut mil-liġi ta' l-Istat kompetenti għandu jiġi sospiż sakemm jilħaq l-ammont ipprovdut mil-liġi ta' l-Istat ta' residenza tal-membri tal-familja, u fil-paragrafu 2 illi jekk applikazzjoni għall-benefiċċji ma ssirx fl-Istat ta' residenza, l-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat l-ieħor tista' tapplika d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 bħallikieku l-benefiċċji jkunu ingħataw fl-ewwel Stat;

Billi huwa għalhekk neċessarju li tiġi definita l-proċedura ta' l-implimentazzjoni ta' l-imsemmi Artikolu fir-rigward ta' l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza ta' l-istituzzjoni kompetenti għall-iskopijiet ta' l-imsemmija sospensjoni, fir-rigward tal-paragun bejn l-ammonti pprovduti miż-żewġ liġijiet konċernati, u fir-rigward tad-determinazzjoni taż-żieda tad-differenza li jista' jkun ikollha titħallas mill-istituzzjoni kompetenti;

Billi huwa neċessarju għal dan l-iskop li jitfassal mudell emendat tal-formola E 411;

Billi l-lingwa li fiha l-formoli għandhom jinħarġu ġiet deċiża mir-Rakkomandazzjoni Nru 15 tal-Kummissjoni Amministrattiva,

Billi, finalment, huwa neċessarju li tiġi speċifikata r-rata tal-kambju ta' valuti li għandha tintuża għall-iskop ta' l-imsemmi paragun,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1. (a) Jekk l-istituzzjoni kompetenti ma jkollhiex għad-disposizzjoni tagħha informazzjoni li turi li xi xogħol (jew attività trattata bl-istess mod fis-sens tad-Deċiżjoni Nru 119) li tagħti intitolament għall-benefiċċji tal-familja tkun qed tiġi segwita fl-Istat ta' residenza tal-membri tal-familja, dik l-istituzzjoni għandha tħallas il-benefiċċji tal-familja fl-intier tagħhom.

(b) Fil-każ ta' dubju, jew fejn hemm iċ-ċertezza li xi xogħol (jew attività trattata bl-istess mod fis-sens tad-Deċiżjoni Nru 119) li jintitola għal benefiċċji tal-familja ikun qed jiġi segwit fl-Istat ta' residenza tal-membri tal-familja, l-istituzzjoni kompetenti tista' tissospendi l-pagament ta' benefiċċji tal-familja. Din għandha imbagħad immedjatament issaqsi lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-membri tal-familja għal informazzjoni rigward id-dritt għal benefiċċji tal-familja fl-Istat ta' residenza tal-membri tal-familja, skond il-mudell emendat tal-formola E 411 riprodotta hawn taħt.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom iqiegħdu din il-formola għad-dispożizzjoni ta' l-istituzzjonijiet kompetenti kkonċernati. Din il-formola għandha tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u għandha tiġi stabbilita b'tali mod li l-verżjonijiet lingwistiċi differenti jkunu jistgħu jiġu sovrapposti b'tali mod illi jkun possibbli għall-persuna kkonċernata li tirċievi l-formola stampata fil-lingwa tagħha.

(ċ) L-istituzzjoni kompetenti għandha imbagħad tibgħat il-formola E 411 kull sena lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-membri tal-familja. Din l-aħħar istituzzjoni għandha tirritorna l-formola lill-istituzzjoni kompetenti fi żmien tliet xhur minn meta tkun irċevietha.

(d) Ma' l-irċevuta ta' l-informazzjoni fornita mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, l-istituzzjoni kompetenti għandha għal kull membru tal-familja tagħmel paragun bejn l-ammont ta' benefiċċji tal-familja pprovduti mil-liġi ta' l-Istat ta' residenza tal-membri tal-familja (indikati fl-informazzjoni ċċertifikata mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza) u l-ammont ta' benefiċċji tal-familja pprovduti mil-liġi li hija tamministra.

(e) Wara li tagħmel il-paragun, l-istituzzjoni kompetenti għandha, meta approprjat, tipprovdi suppliment għall-benefiċċji pprovduti mil-liġi ta' l-Istat Membru ta' residenza tal-membri tal-familja, daqs id-differenza bejn l-ammont ta' benefiċċju pprovdut mill-imsemmija liġi u l-ammont ta' benefiċċju dovut taħt il-liġi ta' l-Istat kompetenti.

L-ammont tas-suppliment għandu għall-ewwel darba jkun determinat mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara l-akkwist tad-dritt għall-benefiċċji fl-Istat Membru ta' residenza tal-membri tal-familja u fl-Istat kompetenti. Is-suppliment għandu sussegwentement jiġi determinat mill-inqas kull tnax-il xahar.

Jekk l-ebda benefiċċju ma jiġi pprovdut, taħt il-liġi li l-istituzzjoni kompetenti tamministra, għall-istess membru tal-familja jew jekk l-ammont li għalih dik il-liġi tagħmel dispożizzjoni jkun anqas minn dak ċertifikat mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-membri tal-familja, l-istituzzjoni kompetenti m' għandhiex tipprovdi suppliment.

Meta l-benefiċċji jkunu pprovduti, taħt il-liġi tagħha għall-istess membru tal-familja u meta l-ammont tagħhom ikun ogħla minn dak ċertifikat mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-membri tal-familja, din għandha tħallas iż-żieda daqs id-differenza bejn iż-żewġ ammonti.

Jekk huma dovuti benefiċċji taħt il-liġi li tamministra l-istituzzjoni kompetenti filwaqt illi l-ebda benefiċċju ma jkun provdut mil-liġi ta' l-Istat ta' residenza għall-istess membru tal-familja, l-istituzzjoni msemmija għandha tipprovdi dawn il-benefiċċji fl-intier tagħhom.

L-istituzzjoni kompetenti tista' takkumula somom dovuti bħala suppliment għall-familja sħiħa qabel ma tipprovdi l-imsemmija somom lill-persuni kkonċernati.

(f) Pagament bil-quddiem tas-suppliment tad-differenza jista' jiġi pprovdut mill-istituzzjoni kompetenti. F'dan il-każ, jekk ikun jidher wara dan li l-ammont tal-pagament bil-quddiem jaqbeż l-ammont dovut, l-istituzzjoni kompetenti għandha tirregola kif ikun approprjat billi tnaqqas l-ammont imħallas żejjed mis-suppliment li hija tipprovdi lill-persuna kkonċernata għall-perjodu ta' wara.

(g) Fil-każ li l-ebda talba għal benefiċċji tal-familja ma tkun saret fl-Istat jew residenza tal-membri tal-familja u jekk l-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta' l-istituzzjoni tal-post ta' residenza ma tippermettilhiex li tindika l-ammont ta' benefiċċji tal-familja li kieku kellhom ikunu dovuti kieku tkun saret it -talba, l-istituzzjoni msemmija għandha tibgħat lill-istituzzjoni kompetenti l-iskala ġenerali tar-rati pprovduti mil-liġi li hija tamministra li tkun fis-seħħ għall-perjodu jew perjodi kkonċernati.

2. Sabiex isir il-paragun bejn iż-żewġ ammonti, l-istituzzjoni kompetenti għandha taqleb fil-valuta tagħha l-ammont ta' benefiċċji tal-familja pprovduti mill-liġi ta' l-Istat jew residenza tal-membri jew tal-familja, bl-użu tar-rata ta' kambju msemmija fl-Artikolu 107(1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72. Ir-rata tal-kambju li għandha tiġi applikata għandha tkun dik tal-ġurnata meta jkun qed isir il-paragun.

3. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

M. T. Ferraro

--------------------------------------------------

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------