31991D0152



Official Journal L 075 , 21/03/1991 P. 0056 - 0056
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0246
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0246


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-18 ta' Marzu 1991

dwar in-notifikazzjoni ta' l-applikazzjoni mill-Komunità tal-Ftehim Internazzjonali ta' l-1989 dwar il-Juta u l-Prodotti magħmula mill-Juta

(91/152/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 116 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim Internazzjonali ta' l-1989 dwar il-Juta u l-Prodotti magħmula mill-Juta [1] kien iffirmat mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha fl-20 ta' Diċembru 1990;

Billi l-Istati Membri kollha urew l-intenzjoni tagħhom li japplikaw il-Ftehim;

Billi l-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom javżaw lis-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li huma bi ħsiebhom japplikaw il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, wara t-tkomplija tal-proċeduri interni neċessarji, għandhom, javżaw lis-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li huma se japplikaw il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Juta u l-Prodotti magħmula mill-Juta (1989), bħala membri li jimpurtaw, meta dan jidħol fis-seħħ bi qbil ma' l-Artikolu 40(3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuni bil-poter li jwassal l-istrument ta' notifikazzjoni f'sem il-Komunità Ekonomika Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Marzu 1991.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J.-C. Juncker

[1] ĠU L 29, ta' l-4.2.1991, pġ. 4.

--------------------------------------------------