31990R3882



Official Journal L 367 , 29/12/1990 P. 0127 - 0127
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0057
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0057


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE)

Nru 3882/90 tad-19 ta' Diċembru, 1990

li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-sorveljanza tal-prezzijiet għall-importazzjoni ta' ħrief

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-muntun [1] u tal-laħam tal-mogħża, u b'mod partikolari l-Artikoli 11(5) u 12 (5) u 28 tiegħu,

Billi d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Nri 89/572/KEE [2], 89/673/KEE [3], 90/114/KEE [4] u 90/173/KEE [5] jipprovdu li l-ftehim bejn il-Komunità u xi pajjiżi terzi dwar kontrolli volontarji jkunu adattati temporanjament biex jiddaħħal mekkaniżmu ta' sorveljanza ta' prezzijiet;

Billi jixraq li jkun hemm sorveljanza fuq firxa wiesgħa ta' prezzijiet għal prodotti importati; billi Stati Membri għandhom jgħarrfu malajr lill-Kummissjoni dwar prezzijiet sorveljati;

Billi l-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija dwar Nagħaġ u Mogħoż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Stati Membri għandhom, fil-15-il jum ta' kull xahar, jibgħatu avviż lill-Kummissjoni, għal kull pajjiż ta' oriġini li mhux membru, bil-"prezz ta' offerta liberu fil-fruntiera" jew bil-"valur ta' prezz, assigurazzjoni, trasport (cif)", u dwar kemm kienu impurtati annimali ħajjin u laħam tal-muntun reġistrati kull xaħar qabel d-data ta' dak l-avviż u li jidhru fil-kodiċijiet CN 01041090, 02041000, 02042210, 02042230, 02042250, 02042290, 02042300, 02043000, 02044210, 02044230, 02044250, 02044290, 02044300.

2. Stati Membri għandhom ukoll jgħarrfu lill-Kummissjoni fil-15-il jum ta' kull xahar għal kull pajjiż ta' oriġini li mhux membru bil-prezz ta' ħrief ħajjin impurtati u bil-prezzijiet bl-ingrossa ta' prodotti li ġejjin ta' ħaruf impurtat li jkunu rapportati lilhom minn negozjanti jew osservaturi kompetenti oħra tas-suq għax-xahar ta' qabel, li juru kemm l-importanza tagħhom f'termini ta' volum, kif ukoll l-istadju preċiż tal-formazzjoni tal-prezz relattiv; karkassi u nofs karkassi ta' ħrief, friski jew imkessħa; kwarti qosra ta' quddiem tal-ħaruf, friski jew imkessħa; qatgħat laħam tad-dahar u/jew l-aħjar trufijiet tal-ħaruf, friski jew imkessħa; saqajn tal-ħaruf, friski jew imkessħa; qatgħat oħra tal-ħaruf, friski jew imkessħa; qatgħat bla għadam tal-ħaruf, friski jew imkessħa; karkassi jew nofs karkassi tal-ħaruf, iffriżati; kwarti ta' quddiem tal-ħaruf, iffriżati; qatgħat laħam tad-dahar u/jew l-aħjar trufijiet tal-ħaruf, iffriżati; saqajn tal-ħaruf, iffriżati; qatgħat oħra tal-ħaruf, iffriżati; qatgħat bla għadam tal-ħaruf, iffriżati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar, 1991.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru, 1990.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 289, tas-7.10.1989, p. 1.

[2] ĠU L 318, tal-31.10.1989, p. 13.

[3] ĠU L 396, tat-30.12.1989, p. 17.

[4] ĠU L 69, tas-16.3.1990, p. 61.

[5] ĠU L 95, tat-12.4.1990, p. 1.

--------------------------------------------------