Official Journal L 353 , 17/12/1990 P. 0012 - 0015
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0223
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0223
Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3572/90 ta’ l-4 ta’ Diċembru 1990 li jemenda, bħala riżultat ta’ l-unifikazzjoni tal-Ġermanja, ċerti Direttivi, Deċiżjonijiet u Regolamenti dwar it-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-Komunità adottat ġabra ta’ regoli dwar it-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni; Billi, mid-data ta’ l-unifikazzjoni tal-Ġermanja ’l quddiem, il-liġi tal-Komunità ser tkun tapplika kollha kemm hi lit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża; Billi ċerti liġijiet tal-Komunità dwar it-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni għandhom jiġu emendati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali f’dak it-territorju; Billi għandu jiġi stipulat żmien speċifiku li fih għandhom jiġu fis-seħħ ir-regoli fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża skond l-atti tal-Komunità; Billi d-derogi li hemm ipprovduti dwar dan għandhom ikunu temporanji u jikkaġunaw l-inqas disturb possibbli lill-funzjonament tas-suq intern; Billi l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni u dwar ir-regoli li jirregolaw dan it-trasport fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża hi insuffiċjenti sabiex tippermetti it-tip ta’ aġġustament jew il-livell tad-derogi li għandhom jiġu stabbiliti definitivament; billi, sabiex ikun jista’ jsir tibdil fis-sitwazzjoni, għandha tiġi stipulata proċedura simplifikata, skond it-tielet punt ta’ l-Artikolu 145 tat-Trattat; Billi d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 74/561/KEE [4] u 74/562/KEE [5], kif l-aħħar emendati fiż-żewġ każijiet bid-Direttiva 89/438/KEE [6], għandhom jiġu applikati b’tali mod illi jiġu rispettati kemm id-drittijiet stabbiliti ta’ l-operaturi illi diġà qed jaħdmu fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża u li jħallu lill-operaturi tat-trasport riċentement imwaqqfa żmien li fih jistgħu jilħqu ftit mill-provvedimenti illi jikkonċernaw is-sitwazzjoni finanzjarja u l-kompetenza professjonali; Billi, mid-data ta’ l-unifikazzjoni tal-Ġermanja, il-vetturi rreġistrati fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża għandhom l-istess stat legali ta’ vetturi rreġistrati fl-Istati Membri l-oħra; billi ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 [7] jistipula ċerti dispożizzjonijiet dwar l-attrezzar ta’ reġistrazzjoni installat fil-vetturi; billi dan l-attrezzar huwa installat fil-vetturi ġodda fiż-żmien li huma ffabbrikati u għalhekk ma joħloq l-ebda problema, filwaqt li perjodu ta’ tranżizzjoni raġjonevoli għandu jkun provdut sabiex dan l-attrezzar ikun jista’ jiġi mwaħħal fil-vetturi rreġistrati fit-teritorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża qabel l-unifikazzjoni, filwaqt illi jingħata każ ta’ l-ispejjeż addizzjonali u tal-kapaċità teknika ta’ workshops approvati; Billi l-isem "Deutsche Reichsbahn (DR)" għandu jiddaħħal fil-leġislazzjoni kollha tal-Komunità li ssemmi espressament l-ismijiet tal-kumpanniji tal-ferroviji; billi għandha tiġi ffissata data li fiha r-regoli inkwistjoni jsiru applikabbli; Billi l-liġi tal-Komunità dwar it-titjib strutturali fit-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni għandha tiġi emendata sabiex tittieħed inkonsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċjali ta’ l-operaturi tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni li huma stabbiliti fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 "5. Fil-każ tat-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża, id-dati li ġejjin għandhom jissostitwixxu dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2: - fil-paragrafu 1, "3 ta’ Ottubru 1989" jissostitwixxi "1 ta’ Jannar 1978", - fil-paragrafu 2, "2 ta’ Ottubru 1989", "1 ta’ Jannar 1992" u "1 ta’ Lulju 1992" jissostitwixxu "31 ta’ Diċembru 1974", "1 ta’ Jannar 1978" u "1 ta’ Jannar 1980" rispettivament." L-Artikolu 2 "5. Fil-każ tat-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża, id-dati li ġejjin għandhom jieħdu l-post ta’ dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2: - fil-paragrafu 1, "3 ta’ Ottubru 1989" jissostitwixxi "1 ta’ Jannar 1978", - fil-paragrafu 2, "2 ta’ Ottubru 1989", "1 ta’ Jannar 1992" u "1 ta’ Lulju 1992" jissostitwixxu "31 ta’ Diċembru 1974", "1 ta’ Jannar 1978" u "1 ta’ Jannar 1980" rispettivament." L-Artikolu 3 "L-Artikolu 20a Dan ir-Regolament m’għandux japplika sal-1 ta’ Jannar 1991 għal vetturi rreġistrati fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża qabel dik id-data. Dan ir-Regolament m’għandux japplika sal-1 ta’ Jannar 1993 lil tali vetturi li jintużaw biss fl-operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Iżda, dan ir-Regolament għandu japplika mid-dħul fis-seħħ tiegħu lill-vetturi illi jintużaw fit-trasport ta’ l-affarijiet perikolużi." L-Artikolu 4 Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-aħħar ta’ l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1263/KEE ta’ l-4 ta’ Diċembru 1980 dwar l-introduzzjoni ta’ liċenzja tas-sewqan Komunitarja [8]: "Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu japplikaw ukoll għal-liċenzji tas-sewqan maħruġa f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża." L-Artikolu 5 Din il-lista ta’ impriżi tal-ferroviji li tidher fi: - L-Artikolu 19(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta’ Ġunju 1969 dwar l-azzjoni mill-Istati Membri li tikkonċerna l-obbligazzjonijiet li jiffurmaw parti mill-kunċett ta’ servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni [9], - L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal Kunsill (KEE) Nru 1192/69 tas-26 ta’ Ġunju 1969 dwar ir-regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontabbiltà ta’ l-impriżi tal-ferroviji [10], - L-Anness II il-punt A. 1 "Networks Prinċipali tal-Ferroviji" tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 ta’ l-4 ta’ Ġunju 1970 li jintroduċi sistema ta’ kontabbilità għall-infiq fuq l-infrastruttura fir-rigward ta’ trasport bil-ferrovija, bit-triq jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni [11], - L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2830/77 tat-12 ta’ Diċembru 1977 dwar il-miżuri neċessarji biex ikun jista’ jinkiseb paragun bejn is-sistemi tal-kontabbiltà u l-kontabbiltà annwali ta’ l-impriżi tal-ferroviji [12], - L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2183/78 tad-19 ta’ Settembru 1978 li jipprovdi għal prinċipji uniformi tal-ikkontjar għall-impriżi tal-ferroviji [13], - L-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 75/327/KEE ta’ l-20 ta’ Mejju 1975 dwar it-titjib tas-sitwazzjoni ta’ l-impriżi tal-ferroviji u l-armonizzazzjoni tar-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet finanzjarji bejn dawn l-impriżi u l-Istati [14], - L-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/529/KEE tad-19 ta’ Lulju 1982 dwar l-iffissar tar-rati għat-trasport internazzjonali ta’ merkanzija bil-ferrovija [15], - L-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 83/418/KEE tal-25 ta’ Lulju 1983 dwar l-indipendenza kummerċjali tal-ferroviji fl-immaniġġjar tat-traffiku tagħhom internazzjonali ta’ passiġġieri u bagalji [16], qed tinbidel bil-lista li ġej: - "— Société Nationale des Chemins de Fer Belges (SNCB)/Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen (NMBS), - — Danske Statsbaner (DSB), - — Deutsche Bundesbahn (DB), - — Deutsche Reichsbahn (DR), - — Οργανιμός Σιδηροδρόμων Ελλάδος (ΟΣΕ), - — Red Nacionale de los Ferrocarriles Españoles (RENFE), - — Société Nationale des Chemins de Fer Français (SNCF), - — Iarnród Éireann, - — Ente Ferrovie dello Stato (FS), - — Société Nationale des Chemins de Fer Luxembourgeois (CFL), - — Naamloze Vernootschap Nederlandse Spoorwegen (NS), - — Caminhos-de-Ferro Portugueses, EP (CP), - — British Rail (BR), - — Northern Ireland Railways (NIR)." L-Artikolu 6 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89 tas-27 ta’ April 1989 dwar it-titjib fl-istruttura tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni [17] qed jiġi hawn emendat b’li ġej: 1. Il-paragrafu li ġej qed jiġi anness ma’ l-Artikolu 6(4): "Għall-inġenji tal-baħar Ġermaniżi rreġistrati fit-teritorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża fid-data ta’ l-unifikazzjoni tal-Ġermanja il-kontribut għandu jkun obbligatorju mill-1 ta’ Jannar 1991." 2. Il-paragrafu li ġej 8 qed jiġi anness ma’ l-Artikolu 6: "8. Jekk fi żmien sitt xhur mill-unifikazzjoni tal-Ġermanja l-Gvern Ġermaniż jipproponi illi tiġi organizzata azzjoni ta’ skart ta’ l-inġenji tal-baħar fil-flotta tagħha li kienu, qabel l-unifikazzjoni, irreġistrati f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża, għandha tikkomunika din it-talba lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tniżżel ir-regoli għall-azzjoni għall-iskart skond il-paragrafu 7 u fuq il-bażi ta’ l-istess prinċipji ta’ dawk li huma mniżżla fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1102/89. [18] 3. Il-paragrafu li ġej qed jiġi anness ma’ l-Artikolu 8(3)(a): ""Il-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafi 1 u 2 m għandhomx japplikaw ukoll għal inġenji li kienu qegħdin jinbnew f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża qabel l-1 ta’ Settembru 1990, jekk id-data tal-konsenja u ta’ l-ikkummissjonar tagħhom mhuwiex aktar tard mill-31 ta’ Jannar 1991."" 4. Il-paragrafu li ġej qed jiġi anness ma’ l-Artikolu 8(3)(b): ""Il-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għal inġenji li saru parti mill-flotta Ġermaniża ma’ l-unifikazzjoni tal-Ġermanja imma li ma kinux irreġistrati f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża fl-1 ta’ Settembru 1990."" 5. Il-paragrafu 5 li ġej qed jiġi anness ma’ l-Artikolu 10: "5. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet tar-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(4), u tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 8(3)(a) u tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 8(3)(b) qabel l-1 ta’ Jannar 1991 u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan." L-Artikolu 7 1. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2183/78 u (KEE) Nru 2830/77 għandhom japplikaw fit-teritorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża biss mill-1 ta’ Jannar 1992. 2. Ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 għandu japplika fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża biss mill-1 ta’ Jannar 1993. L-Artikolu 8 Id-Deċiżjonijiet 75/327/KEE, 82/529/KEE u 83/418/KEE għandhom japplikaw fit-teritorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża biss mill-1 ta’ Jannar 1993. L-Artikolu 9 1. Miżuri li jaġġustaw nuqqasijiet ovvji u li jagħmlu aġġustamenti tekniċi lill-miżuri msemmija f’din id-Direttiva jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura imniżżla fl-Artikolu 10. 2. Miżuri illi jaġġustaw għandhom ikunu mfasslin b’mod illi jiżguraw l-applikazzjoni koerenti tar-regoli tal-Komunità fis-settur kopert minn din id-Direttiva fit-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża, b’kunsiderazzjoni xierqa għaċ-ċirkostanzi speċifiċi f’dak it-territorju u għad-diffikultajiet speċjali involuti fl-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli. Għandhom ikunu konsistenti mal-prinċipji ta’ dawk ir-regoli, u jkunu relatati mill-qrib ma’ waħda mid-derogi li hemm ipprovduti f’din id-Direttiva. 3. Il-miżuri imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jittieħdu sal-31 ta’ Diċembru 1992. L-applikabbiltà tagħhom għandha tkun limitata għall-istess perjodu. L-Artikolu 10 Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lil-Kumitat abbozz tal-miżuri li jkunu ser jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien stipulat li jista’ jiġi impost mill-President skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tiġi mogħtija mill-maġġoranza mniżżla fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet illi l-Kunsill għandu jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jiġu mwieżna fil-mod ipprovdut f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota. Il-Kummissjoni għandha tadotta il-miżuri maħsuba jekk ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat. Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri illi għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza ikkwalifikata. Jekk, minn meta jiskadu it-tliet xhur mid-data illi fiha jkun hemm riferiment lill-Kunsill, il-Kunsill ikun għadu m’aġixxiex, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. L-Artikolu 11 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Diċembru 1990. Għall-Kunsill Il-President G. De Michelis [1] ĠU L 263, tas-26.9.1990, p. 34, kif emendat fil-25 ta Ottubru 1990 u fit-28 ta’ Novembru 1990. [2] Opinjoni mogħtija fil-21 ta’ Novembru 1990 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] Opinjoni mogħtija fl-20 ta’ Novembru 1990 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] ĠU L 308, tad-19.11.1974, p. 18. [5] ĠU L 308, tad-19.11.1974, p. 23. [6] ĠU L 212, tat-22.7.1989, p. 101. [7] ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 8. [8] ĠU L 375, tal-31.12.1980, p. 1. [9] ĠU L 156, tat-28.6.1969, p. 1. [10] ĠU L 156, tat-28.6.1969, p. 8. [11] ĠU L 130, tal-15.6.1970, p. 4. [12] ĠU L 334, ta’ l-24.12.1977, p. 13. [13] ĠU L 258, tal-21.9.1978, p. 1. [14] ĠU L 152, tat-12.6.1975, p. 3. [15] ĠU L 234, tad-9.8.1982, p. 5. [16] ĠU L 237, tas-26.8.1983, p. 32. [17] ĠU L 116, tat-28.4.1989, p. 25. [18] ĠU L 116, tat-28.4.1989, p. 30." --------------------------------------------------