31990R3492



Official Journal L 337 , 04/12/1990 P. 0003 - 0006
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0173
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0173


Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3492/90

tas-27 ta’ Novembru 1990

li jistabbilixxi l-fatturi li jridu jittieħdu f’konsiderazzjoni fil-kontijiet annwali għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent fil-għamla ta’ ħażna pubblika mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta’ April 1970 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2048/88 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1883/78 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 787/89 [4], jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (FAEGG), dwar il-miżuri ta’ l-intervent;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3247/81 tad-9 ta’ Novembru 1981 dwar il-finanzjament mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji, dwar ċerti miżuri ta’ intervent, b’mod partikolari dawk li jinvolvu l-bejgħ għall-ħażna, il-ħażna u l-bejgħ tal-prodotti agrikolu mill-aġenziji ta’ l-intervent [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3767/89 [6], jistabbilixxi r-regoli u l-kondizzjonijiet li jirregolw il-kontijiet annwali, li jgħinu sabiex in-nefqa tiġi finanzjata mit-Taqsima Garanziji tal-FAEGG, sabiex jiġu stabbiliti l-miżuri ta’ l-intervent li jirrigwardaw il-ħażna pubblika; madankollu, fid-dawl ta’ l-esperjenza huwa meħtieġ li jiġu simplifikati l-proċeduri eżistenti u li jiġi provvdut illi għandhom jiġu ffissati r-regoli ta’ l-implimentazzjoni skond proċedura simplifikata; billi għandu jiġi mħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3247/91;

Billi, skond ir-Regolamenti agrikoli, l-aġenziji ta’ l-intervent jixtru għall-ħażna prodotti offruti għall-intervent; billi jeħtieġu regoli dettaljati aktar rigward ir-responsabbiltà għall-priservazzjoni tal-prodotti maħżuna; billi għandhom jittieħdu l-inventarji tal-prodotti maħżuna f’perjodi regolari taż-żmien għalbiex jitqabblu mal-ħażna u l-kontijiet finanzjarji; billi għandhom jiġu stabbiliti r-regoli tal-finanzjament għalbiex ikopru t-telf fil-kwantità, id-deterjorazzjoni tal-prodotti, it-trasport tal-prodotti offruti għall-intervent u l-irkupru tas-somom tal-flus minn għand il-bejjiegħa, ix-xerrejja u dawk li huma inkarigati mill-ħażniet;

Billi l-Artikolu 37(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/97 tas-16 ta’ Marzu 1987 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1325/90 [8], jipprovdi illi l-ispejjeż dwar id-disponiment mill-prodotti jridu jinħarġu mit-Taqsima Garanziji tal-FAEGG; billi jeħtieġu regoli dettaljati iktar rigward din il-miżura ta’ disponiment;

Billi għandhom jiġu provduti l-adozzjoni tar-regoli dettaljati ta’ l-implimentazzjoni u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti f’dan il-każ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Għandhom jitfasslu kontijiet annwali għal kull prodott li huma bla ħsara għall-miżuri ta’ l-intervent tal-ħażniet pubbliċi.

Il-kontijiet għandhom juri b’mod separat il-klassijiet ta’ oġġetti li ġejjin:

(a) in-nefqa fuq il-ħidmiet fiżiċi involuti fix-xiri għall-ħażna tal-prodotti mill-aġenziji ta’ l-intervent;

(b) il-ħlasijiet ta’ l-imgħax għas-servizzi rigward il-fondi miżmuma immobbli mill-Istati Membri fix-xiri għall-intervent;

(ċ) id-differenzi bejn il-valur tal-kwantitjiet imħollija għas-sena ta’ wara mis-sena ta’ qabel u l-valur tal-kwantitjiet imdaħħla, filwaqt li jitqies id-deprezzament riferit fid-(d) minn banda waħda u l-valur tal-kwantitajiet imneħħija u l-valur tal-kwantitajiet imħollija għas-sena ta’ wara mill-banda l-oħra, u kull infiq jew dħul;

(d) l-ammonti li jirriżultaw mid-deprezzament ipprovdut fl-Artikolu 8 tar-Regolment (KEE) Nru 1993/78.

In-nefqa riferita fil-(a) u nefqa u d-dħul l-oħra riferiti fiċ-(ċ) huma elenkati fl-Anness.

L-ispejjeż li jirriżultaw mit-trasport ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru jew’ il barra minnu għandhomjiġu approvati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75 [9], kifl-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1340/90 [10], jew, skond kif ikun il-każ, fl-Artikolu korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra li jistabbilixxu l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq agrikoli u imdaħħla fil-kontiiet skond il-(a).

2. Għajr jekk tiġi magħmula dipozizzjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8, iż-żmien meta l-oġġetti varji tan-nefqa u tad-dħul jiddaħħlu fil-kontijiet għandu jiġi stabbilit skond iż-żmien tal-ħidma fiżika midħula għaliha bil-miżura ta’ l-intervent.

3. Meta kont juri bilanċ ta’ kreditu, dan għandu jiġi mnaqqas min-nefqa tas-sena finanzjara korrenti.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha għalbiex jiżguraw il-priservazzjoni xierqa tal-prodotti li kienu s-suġġett ta’ intervent Komunitarju.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fuq it-talba tagħha, dwar id-dispożizzjonijiet amministrattivi addizzjonali adottati sabiex jiġu applikati u amministrati l-miżuri ta’ intervent.

L-Artikolu 3

Matul kull sena finanzjarja, l-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jistabbilixxu inventarju għal kull prodott li jkun is-suġġett ta’ intervent Komunitarju.

Għandhom jipparagunaw ir-riżultati ta’ dan l-inventarju ma’ l-informazzjoni dwar il-kontabbiltà: kulldiskrepanza fil-kwantità jew fil-kwalità aċċertata matul l-ispezzjonijiet għandha tiddaħħal fil-kontijiet skond l-Artikolu 5.

L-Artikolu 4

1. Jista’ jiġi ffissat limitu tat-tolleranza għat-telf li jista’ jiġi attribwit lill-priservazzjoni tal-prodotti maħżuna.

It-telf fil-kwanitajiet minħabba l-priservazzjni għandu jkun egwali għad-differenza bejn il-ħażna teoretika murija fl-inventarju tal-kontijiet u l-ħażna fiżika li tifdal fl-aħħar jum tas-sena, kif stabbiliti fuq il-bażi ta’ l-inventarju pprovvdut fl-Artikolu 3, jew rigward il-ħażna murija bħala li tifdal fuq il-kotba meta tiġi eżawrita l-ħażna f’maħżen matul il-kors tas-sena.

2. Jista’ jiġi ffissat limitu tat-tolleranza għat-telf li jista’ jiġi attribwit lill-proċessar tal-prodotti meħud fl-intervent.

3. It-telf li jinqala’ mis-serq jew telf ieħor li jista’ jiġi identifikat ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limiti tat-tolleranza pprovvduti fil-paragrafi 1 u 2.

4. Il-limiti riferiti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ffissati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 wara konsiderazzjoni, meta meħtieġa, mill-kumitat tal-ġestjoni interessat.

L-Artikolu 5

1. Il-kwantitajiet kollha li jkunu nieqsa u l-kwantitajiet li jkunu deterjoraw minħabba l-kundizzjonijiet fiżiċi tal-ħażna, tat-trasport jew għar-raġuni ta’ priservazzjoni twila żżejjed għandhom jiġu reġistrati fil-kontijiet bħala li ħallew il-ħażna ta’ l-intervent fid-data meta ġew stabbiliti t-telf jew id-deterjorazzjoni.

2. Il-valuri tal-kwantitajiet riferiti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8.

3. Għajr jekk ipprovvdut xorta oħra bir-regoli Komunitarji, kull dħul mill-bejgħ tal-prodotti ddeterjorati u kull irċevuta oħra f’konnessjoni ma’ dan ma għandhomx jiddaħħlu fil-kontijiet.

4. Għajr jekk regoli Komunitarji speċifiċi jipprovdu xorta oħra, prodott għandu jitqies li jkun iddeterjora jekk ma jissodisfax iktar il-ħtiġiet tal-kwalità applikabbli meta kien inxtara għall-ħażna.

5. L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bit-telf fil-kwantitajiet jew bid-deterjorazzjoni tal-prodott ikkaġunati minn diżastru naturali. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tadotta d-deċiżjonijiet xierqa skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8:

L-Artikolu 6

L-ammonti miġbura jew irkuprati minn għand il-bejjiegħa, ix-xerrejja jew dawk li huma inkarigati mill-ħażniet li jikkorrispondu għal:

- l-ispejjeż attwali li jinħolqu min-nuqqas tal-konformità mar-regoli li jirregolaw il-bejgħ jew ix-xiri tal-prodotti,

- it-titoli tad-debitu sekwestrat skond ir-Regolament (KEE) Nru 352/78 [11],

- l-ammonti imposti fuq l-operaturi minħabba li jkunu naqsu milli jħarsu l-obbligi tagħhom kif ipprovvdut fir-regoli Komunitarji,

għandhom jiġu akkreditati lill-FAEGG skond l-Artikolu 1(1)(ċ).

L-Artikolu 7

Il-finanzjament ta’ l-ispejjeż għad-disponiment mill-alkoħol iprovvdut fl-Artikolu 37(2) tar-Regolment (KEE) Nru 822/87, għandu jkun bla ħsara għar-regoli dikjarati fl-Artikoli minn 2 sa 6 ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 8

Ir-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70.

L-Artikolu 9

Ir-Regolament (KE) Nru 3247/81 huwa hawnhekk imħassar.

L-Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Novembru 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Novembru 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

V. Saccomandi

[1] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13.

[2] ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 1.

[3] ĠU L 216, tal-5.8.1978, p. 1.

[4] ĠU L 85, tat-30.3.1989, p. 1.

[5] ĠU L 327, ta’ l-14.11.1981, p. 1.

[6] ĠU L 365, tal-15.12.1989, p. 11.

[7] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1.

[8] ĠU L 132, tat-23.5.1990, p. 19.

[9] ĠU L 281, tad-9.11.1975, p. 1.

[10] ĠU L 134, tat-28.5.1990, p. 1.

[11] ĠU L 50, tat-22.2.1978, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-oġġetti tan-nefqa u d-dħul li jistgħu jiġu inklużi fil-kontijiet riferiti fl-Artikolu 1(1)

A. L-oġġetti tan-nefqa li għandhom x’jaqsmu mal-ħidmiet fiżiċi tal-ħażna riferiti fil-(a)

1. L-ispejjeż li jridu jiġu koperti b’ammonti standard:

(a) id-dħul fil-ħażna;

(b) it-tneħħija mill-ħażna;

(ċ) il-ħażna, inklużi l-ispejjeż ta’ l-inventarju;

(d) l-ipproċessar jew it-tneħħija tal-għadam;

(e) it-tħejjija tas-suq;

(f) il-għoti tat-tikketti;

(g) l-analiżi;

(h) l-iżnaturazzjoni, il-għoti tal-kulur, it-tqandil jew ix-xogħol;

(i) it-tneħħija mill-ħażna u l-bdil tagħha;

(j) it-trasport wara x-xiri għall-ħażna

(k) it-trasport bejn il-fabbrika u l-maħżen;

(l) l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mad-distribuzzjoni b’xejn tal-prodotti ta’ l-intervent pubbliku.

2. L-ispejjeż mhux koperti bl-ammonti standard u li mhumiex meħtieġa li għandhom x’jaqsmu maż-żmien tal-ħidma fiżika:

- l-ispejjeż tat-trasport miġrura qabel l-intervent u mħallsa jew irċevuti fiż-żmien tax-xiri għall-ħażna,

- l-ispejjeż li jirriżultaw mit-trasport ġewwa t-territorju ta’ l-Istat Membru jew’ il barra minnu jew mill-esportazzjoni,

- l-ispejjeż koperti bi proċedura tal-ħruġ ta’ l-offerti,

- spejjeż oħra derivati mill-ħidmiet ipprovvduti fir-regoli Komunitarji.

B. Oġġetti oħra ta’ nefqa jew dħul riferiti fiċ-(ċ)

- il-valur tat-telf tal-kwantitajiet jew id-deterjorazzjoni riferiti fl-Artikolu 5(1), (2) u (5),

- l-ammonti miġbura jew irkuprati minn għand il-bejjiegħa, ix-xerrejja jew dawk inkarigati mill-ħażniet għajr dawk riferiti fl-Artikolu 5(3).

--------------------------------------------------