31990R3446



Official Journal L 333 , 30/11/1990 P. 0039 - 0045
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0154
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0154


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3446/90

tas-27 ta’ Novembru 1990

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż [1], u partikolarment Artikolu 7(4) u 28 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1676/85 tal-11 ta’ Ġunju 1985 dwar ir-rati tal-kambju applikabbli għall-agrikoltura [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1636/87 [3], u partikolarment Artikolu 5(3) u 12 tiegħu,

Billi r-regoli dettaljati għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandhom ikunu adottati flimkien mar-regoli ġenerali stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2644/80 [4];

Billi, jekk għandha tilħaq l-għan tagħha, din l-għajnuna għandha tingħata biss lill-persuni fiżiċi jew legali stabbiliti fil-Komunità li l-attività u l-esperjenza tagħhom fis-settur toffri biżżejjed ċertezza li l-ħażna tkun affetwata b’manjiera sodisfaċenti u li jkollhom il-kapaċità adegwata fl-imħażen tas-silġ fi ħdan il-Komunità;

Billi, għall-istess raġuni, l-għajnuna għandha tingħata biss għall-ħażna ta’ prodotti f’kondizzjoni ffriżata, ta’ kwalità xierqa u tajba għall-bejgħ u li joriġinaw mill-Komunità hekk kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 964/71 [5], b’livell ta’ radjoattività ta’ mhux aktar mil-livell massimu permissibbli permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 tat-22 ta’ Marzu 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli li jiġu minn pajjiżi terzi wara l-aċċident fl-istazzjon ta’ l-enerġija nuklejari ta’ Chernobyl [6];

Billi għandhom isiru dispożizzjonijiet biex jassiguraw li l-annimali involuti jkunu maqtula esklussivament f’biċċeriji li jkunu approvati u ssorveljati skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE [7], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 89/662/KEE [8];

Billi, sabiex l-iskema ssir aktar effettiva, il-kuntratti għandhom juru kwantità minima ċerta, skond il-prodott kif xieraq, u l-obligazzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-parti kontraenti, partikolarment dawk li jabbilitaw lill-aġenzija ta’ l-intervent biex tagħmel spezzjoni effetiva, għandhom jiġu speċifikati;

Billi l-ammont ta’ garanzija intiża sabiex tassigura l-konformità mal-obbligazzjonijiet kontrattwali għandha tiġi iffisata f’perċentwal tal-ammont tal-imsemmija għajnuna;

Billi, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ garanziji għall-prodotti agrikoli [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3745/89 [10], il-ħtiġiet primarji għall-ħruġ tal-garanzija għandhom ikunu definiti;

Billi l-ħażna tal-kwantità kontrattata għall-perjodu miftiehem tikkonsisti f’wieħed mill-ħtiġiet primarji għall-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż;

Billi, sabiex tkun ikkonsidrata l-prattika kummerċjali u għall-raġunijiet prattiċi, ċerta tolleranza dwar l-imsemmija kwantità għandha tkun permissibbli;

Billi xi miżura ta’ proporzjonalità fir-rilaxx tal-garanzija u fl-għoti tal-għajnuna meta ċerti ħtiġiet dwar il-kwantità li għandha tiġi maħżuna ma jkunux milħuqa;

Billi, sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-iskema, il-parti kontraenti għandha jkollha permess li tirċievi pagament bil-quddiem mill-għajnuna soġġetta għall-garanzija u għandhom ikunu stabbiliti r-regoli dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, id-dokumenti oħra li għandhom jingħataw u l-limitu ta’ żmien għall-pagament;

Billi, permezz ta’ Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1676/85, għandu jkun speċifikat li, fil-kas tal-għajnuna għall-ħażna privata, il-ġrajja operattiva għall-iddeterminar tal-ammont tal-garanzija u tal-għajnuna f’munita nazzjonali hija d-data tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-ħażna jew id-data finali għall-preżentazzjoni tal-offerti wara s-sejħa għall-offerti;

Billi l-esperjenza tal-passat bi skemi oħra għall-ħażna privata ta’ prodotti agrikoli uriet il-bżonn li jkun speċifikat sa liema punt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 [11] japplika għall-iddeterminar tal-perjodi, tad-dati u l-limiti ta’ żmien msemmija taħt dawn l-iskemi u li jkunu definiti b’eżatezza d-dati meta il-ħażna kontrattwali tibda u tispiċċa;

Billi, partikolarment, Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 jispeċifika li meta l-aħħar ġurnata ta’ perjodu tkun btala pubblika, il-Ħadd jew is-Sibt, il-perjodu għandu jispiċċa mat-tmiem tal-aħħar siegħa tal-ġurnata segwenti ta’ xogħol; Billi l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għall-kuntratti ta’ ħażna tista’ ma tkunx ta’ interess għal dawk li jaħżnu u tista twassal ukoll għal trattament differenti; Billi, għalhekk, għandha ssir deroga mid-determinazzjoni tal-aħħar ġurnata ta’ ħażna fil-kuntratt;

Billi għandu jkun hemm miżura ta’ proporzjonalità fl-għoti tal-għajnuna meta l-perjodu tal-ħażna ma jkunx osservat totalment;

Billi Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2763/75 jgħid li l-ammont tal-għajnuna għall-ħażna privata jista’ jkun iddeterminat permezz tal-proċedura tal-offerti; Billi skond Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 3013/89 il-proċedura tal-offerti hija applikabbli meta ċerti kondizzjonijiet tas-suq ikunu milħuqa; Billi s-sejħa għas-sottomissjoni tal-offerti għandha tirriżulta minn deċizjonijiet tal-Kummissjoni meħuda skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 30 tal-istess Regolament;

Billi Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2644/80 fihom regoli li għandhom jiġu osservati in konnessjoni mal-proċedura tal-offerti; Billi, b’danakollu, hemm bżonn ta’ regoli aktar dettaljati għall dak il-għan;

Billi l-iskop tal-proċedura tal-offerti hija li tiddetermina l-ammont tal-għajnuna; Billi, fil-għażla ta’ dawk li tefgħu l-offerti għandha tingħata preferenza lil dawk l-aktar vantaġġjużi għall-Komunità; billi, għalhekk, jista’ jiġi ffissat ammont massimu tal-għajnuna sa liema l-offerti jiġu aċċettati;

Billi, jekk l-ebda opperta ma ma tkun aċċettabli, l-ebda wieħed m’għandu jiġi aċċettat;Billi għandu jkun hemm miżuri għal sistema ta’ kontrolli sabiex jassiguraw li l-għajnuna ma tkunx ingħatat bla bżonn; Billi għal dan il-għan l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-kontrolli xierqa skond l-istadji varji tal-ħażna;

Billi għandhom jittieħdu passi sabiex jipprevjenu u jippenalizzaw l-irregolitajiet u l-frodi; Billi għal dan il-għan, ikun xieraq li f’każ ta’ dikjarazzjoni falza il-parti kontraenti tkun eskluza mill-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata għas-sitt xhur ta’ wara ta’ meta jkun instab li tkun saret tali dikjarazzjoni falza;

Billi, sabiex il-Kummissjoni jkollha kontroll ġenerali fuq l-effett tal-iskema tal-ħażna privata, l-Istati Membri għandhom ifornuha bl-informazzjoni meħtieġa;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2659/80 tas-17 ta’ Ottubru 1980 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż [12], kif l-aħħar emendat birRegolament (KEE) Nru 3496/88 [13], kien emendat sostanzjalment; Billi, issa li se jsiru emendi ultrerjuri, il-leġislazzjoni rilevanti għandha tiġi rikostruwita kompletament; Billi, b’dana kollu, id-dispożizzjonijiet il-ġodda għandhom japplikaw biss għall-ħażna privata ta’ wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni għan-Nagħaġ u l-Mogħoz ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata, kif hemm provvediment dwarha f’Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3013/89, għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

IT-TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 2

1. Il-kuntratti tal-ħażna privata tal-majjal għandhom jiġi konklużi bejn l-aġenziji tal-intervent tal-Istati Membri u l-persuni fiżiċi jew legali, minn issa ’l quddiem irriferuti bħala "il-parti kontraenti" :

- li ilhom iwettqu n-negozjau fis-setturi tal-laħam u l-qobla minn tal-anqas tnax il-xahar u li huma uffiċjalment irreġistrati fl-Istat Membru, u

- u li għandhom il-kapaċità ta’ ħażna adekwata fil-Komunità.

2. L-għajnuna għall-ħażna privata tista’ tingħata biss għall-karkasi ta’ ħrief iżgħar minn tnax il-xahar u qatgħat minnhom, prodotti skond Artikolu 3(1)(A) (a) sa (e) tad-Direttiva 64/433/KEE, ta’ kwalità xierqa u tajba għall-bejgħ ġejjin minn annimali imrobbija fil-Komunità mill-inqas ma tul l-aħħar xahrejn u maqtula mhux aktar minn għaxart ijiem qabel id-data tat-tpoġġija fil-ħażna kif stabbilit f’Artikolu 4(2).

3. L-ebda laħam b’kontenut ta’ radjoattivita għola mil-livelli massimi permissibbli taħt ir-Regolamenti tal-Komunità ma jista’ jkun is-suġġett ta’ kuntratt ta’ ħażna. Il-livelli applikabbli għall-prodotti ġejjin mill-Komunità għandhom ikunu kif iffissati f’Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90. Il-livell ta’ kontaminazzjoni radjoattiva tal-prodott għandu jiġi ċċekjat biss jekk dan ikun meħtieġ fis-sitwazzjoni u għall-perjodu meħtieġ. Meta jkun hemm bzonn, id-dewmien u l-iskop tal-kontrolli għandu jkun iddeterminat skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 30 tar-Regolament (KEE) Nru 3013/89.

4. Il-kuntratti ma jistgħux ikunu għall-anqas mill-kwantità minima li għandha tkun determinata għal kull prodott.

5. Il-laħam għandu jitpoġġa fil-ħażna frisk u maħżun fi stat iffriżat.

Artikolu 3

1. Applikazzjonijiet għall-kuntratti jew l-offerti u kuntratti għandhom ikunu dwar wieħed biss mill-prodotti li għalihom l-għajnuna tkun tista’ tingħata.

2. L-applikazzjonijiet għall-kuntratti jew l-offerti m’għandhomx jiġu aċċettati sakemm ma jkunux jinkludu d-dettalji li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 3 (a), (b), (d) u (e), u tkun ingħatat prova li ġiet provduta garanzija.

3. Il-kuntratti għandhom jinkludu d-dettalji segwenti:

(a) dikjarazzjoni li biha l-parti kontraenti tintrabat li tpoġġi fil-ħażna u li taħżen biss prodotti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f’Artikolu 2(2) u (3);

(b) id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-prodott li għandu jinħażen;

(ċ) il-limitu taż-żmiem għat-tpoġġija fil-ħażna, msemmija f’Artikolu 4(3), tal-kwantità totali imsemmija f’(b);

(d) it-tul tal-ħażna;

(e) l-ammont tal-għajnuna għal kull ammont ta’ piż;

(f) l-ammont tal-garanzija;

(ġ) dispożizzjoni li tagħmilha possibli li l-perjodu tal-ħażna jkun imqassar jew miżjud skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti tal- Komunità.

4. Il-kuntratti għandhom jimponu tal-inqas dawn l-obbligi fuq il-parti kontraenti:

(a) li jpoġġi l-kwantità tal-prodott miftiehma fil-ħażna fil-perjodu stabbilit f’Artikolu 4 u li jaħżinha bir-riskju u l-ispejjez tagħha għalih fil-kondizzjonijiet li jassiguraw il-manteniment tal-karatteristiċi tal-prodott msemmija f’Artikolu 2(2) għall-perjodu kontrattwali, mingħajr ma jbiddel, jibdel jew jitrasferixxi ġo maħżen ieħor il-prodotti maħżuna; b’danakollu, f’każi eċċezjonali u fuq talba b’motivazzjoni xierqa, l-aġenzija tal-intervent, tista’ tawtorizza ir-rilokazzjoni tal-prodotti maħżuna;

(b) li javża lill-aġenzija tal-intervent li magħha jkun ikkonkluda l-kuntratt, fil-ħin u qabel id-dħul fil-ħażna ta’ kull lott, skond it-tifsira tat-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 4(1), bid-data u l-post tal-ħażna kif ukoll bin-natura u l-kwantità tal-prodott li għandu jkun jinħażen; l-aġenzija tal-intervent tista’ titlob li din l-informazzjoni tingħata mill-anqas jumejn ta’ xogħol qabel it-tpoġġija fil-ħażna ta’ kull lott individwali;

(ċ) li jibgħat lill-aġenzija tal-intervent id-dokumenti dwar ix-xogħol tat-tpoġġija fil-ħażna sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data li hemm referenza dwarha f’Artikolu 4(3);

(d) li jaħżen il-prodotti skond il-ħtiġiet għall-identifikazzjoni li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 13(4);

(e) li jippermetti lill-aġenzija li tiċċekja f’kull ħin li l-obligazzjonijiet kollha stabbiliti fil-kuntratt ikunu qed jiġu osservati.

Artikolu 4

1. It-tpoġġija fil-ħażna għandha tikun kompluta sa mhux aktar tard minn 28 ġurnata wara d-data tal-konklużjoni tal-kuntratt.

Il-prodotti jistgħu jkunu mpoġġija fil-ħażna f’lottijiet individwali, kull lott jirrappreżenta il-kwantità mpoġġija fil-ħażna f’lottijiet individwali, kull lott jirrapreżenta l-kwantità mpoġġija f’dik il-ġurnata skond il-kuntratt u skond il-maħżen.

2. Il-kuntratturi jistgħu, matul il-perjodu tat-tpoġġija fil-ħażna, iqattgħu il-prodotti kollha jew parti minnhom, sakemm il-kwantità biss li għaliha jkun sar il-kuntratt tkun użata u li l-biċċiet kollha li joħorġu minn dan ix-xogħol ikunu mpoġġija fil-ħażna.

L-intenzjoni li tintuża din il-faċilità għandha tkun innotifikata sa mhux aktar tard mill-ġurnata li fiha tibda it-tpoġġija fil-ħażna; b’danakollu, l-aġenzija tal-intervent tista’ titlob li din in-notifika ssir mill-anqas jumejn ta’ xogħol qabel it-tpoġġija fil-ħażna ta’ kull lott individwali. It-tenduni l-kbar, il-qriemeċ, il-biċċiet ta’ xaħam u l-fdalijiet l-oħra mħollija wara t-tqattigħ ma jistgħux jiġu maħżuna.

3. It-tpoġġija fil-ħażna għandha tibda, għal kull lott individwali tal-kwantità kontrattata, fil-ġurnata li fiha tiġi taħt il-kontroll tal-aġenzija tal-intervent.

Dik il-ġurnata għandha tkun il-ġurnata fejn il-piz nett tal-prodott frisk imkessaħ ikun iddeterminat,

- fil-post tal-ħażna, meta l-laħam ikun iffriżat fuq il-post,

- fil-post tal-iffriżar, meta l-laħam ikun iffriżat ġo faċilitajiet addattati ’l barra mill-post tal-ħażna.

B’dana kollu, fil-każ ta’ laħam impoġġi fil-ħażna wara t-tqattigħ, l-użin jista’ jsir fil-post tat-tqattigħ.

Id-determinazzjoni tal-piz tal-prodotti li għandhom jitpoġġew fil-ħażna m’għandiex issir qabel il-konkluzzjoni tal-kuntratt.

4. It-tpoġġija fil-ħażna tispiċċa fil-ġurnata meta l-aħħar lott tal-kwantità miftiehma jiġi mpoġġi fil-ħażna.

Dik il-ġurnata għandha tkun il-ġurnata meta l-prodotti kollha taħt kuntratt ikunu daħlu fil-post tal-ħażna finali, seww jekk friski jew iffriżati.

Artikolu 5

1. L-ammont tal-garanzija li hemm referenza dwaru f’Artikolu 3(2) m’għandux jeċċedi t-30 % tal-ammont tal-għajnuna li tkun qed tigi mitluba.

2. Il-ħtiġiet primarji fit-tifsira ta’ Artikolu 20(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandhom ikunu:

- li ma tiġix irtirata l-applikazzjoni għall-kuntratt jew offerta; u

- li tinżamm fil-ħażna mill-anqas 90 % tal-kwantità miftiehma għall-perjodu tal-ħażna kontrattat, bir-riskju għall-parti kontraenti u taħt il-kondizzjonijiet li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 3(4)(a).

3. Artikolu 27(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 m’għandux japplika.

4. Il-garaniziji għandhom ikunu rilaxxati immedjatament meta l-applikazzjonijiet għall-kuntratti jew l-offerti ma jkunux aċċettati.

5. Meta l-limitu taż-żmien għat-tpoġġija fil-ħażna kif hemm referenza dwaru f’Artikolu 4(1) jiġi maqbuż b’għaxart ijiem, il-kuntratt għandu jiġi mħassar u l-garanzija għandha tkun sekwestrata skond Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Artikolu 6

1. L-ammont tal-għajnuna għandu jiġi stabbilit għal kull ammont ta’ piż u għandu jkun skond il-piż iddeterminat skond Artikolu 4(3).

2. Suġġett għall-paragrafu 3 t’hawn taħt, il-partijiet kontraenti għandhom ikunu intitolati għall-għajnuna jekk il-ħtiġiet primarji li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 5(2) jkunu milħuqa.

3. L-għajnuna għandha titħallas l-aktar għall-kwantità kontrattata provduta. Jekk il-kwantità fil-fatt maħżuna matul il-perjodu tal-ħażna kontrattata tkun anqas mill-kwantità kontrattata u:

(a) mhux anqas mid-90 % ta’ dik il-kwantità, l-għajnuna għandha titnaqqas proporzjonalment;

(b) anqas minn 90 % iżda mhux anqas minn 80 % ta’ dik il-kwantità, l-għajnuna għall-kwantità fil-fatt maħżuna għandha tiġi mnaqqsa bin-nofs;

(ċ) anqas minn 80 % ta’ dik il-kwantità, l-għajnuna m’għandiex tingħata.

4. Wara tliet xhur ta’ ħażna taħt il-kuntratt, pagament wieħed bil-quddiem jista jsir, wara t-talba tal-parti kontraenti, sakemm jagħti garanzija daqs il-pagament bil-quddiem miżjud b’20 %.

Il-pagament bil-quddiem m’għandux jeċċedi l-ammont tal-għajnuna korrispondenti għal perjodu ta’ ħażna ta’ tliet xhur.

Artikolu 7

1. B’ eċċezzjoni fil-każ ta’ force majeure l-applikazzjoni għall-ħlas tal-għajnuna u d-dokumentazzjoni supplimentari għandhom jingħataw lill-awtorità kompetenti fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu massimu għall-ħażna miftiehma. Meta d-dokumenti supplimentari ma jkunux ġew provduti fiż-żmien stipulat għalkemm il-parti kontraenti tkun ħadet azzjoni f’waqtha sabiex tikseb dawn id-dokumenti, limiti taż-żmien addizzjonali, li ma jistgħux jeċċedu t-total ta’ sitt xhur, jistgħu jingħataw għall-kisba tagħhom.

2. Suġġett għal każi ta’ force majeure imsemmija f’Artikolu 10 u l-każi ta’ meta tkun infetħet inkjesta dwar jekk il-parti kontraenti hijiex intitolata għall-għajnuna, l-għajnuna għandha tiġi mħallsa mill-awtorità kompetenti mill-aktar fis possibli u mhux aktar tard minn tlett xhur mill-ġurnata tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-ħlas, bid-dokumentazzjoni supplimentari meħtieġa, mill-parti kontraenti.

Artikolu 8

Ir-rata tal-kambju li għandha tkun applikata għall-ammonti tal-għajnuna u l-garanzija għandha tkun ir-rata tal-kambju agrikola fis-seħħ, fil-kas tal-għajnuna stabbilita b’rata fissa bil-quddiem, fil-ġurnata tal-konklużjoni tal-kuntratt jew, fil-każ tal-għajnuna mogħtija b’offerta, fl-aħħar ġurnata tal-ġbir tal-offerti.

Artikolu 9

1. Il-perjodi, id-dati u l-limiti taż-żmien li hemm referenza dwarhom f’dan ir-Regolament għandhom ikunu ddeterminati skond ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71. B’danakollu, Artikolu 3(4) ta’ dak ir-Regolament m’għandux japplika għad-determinazzjoni tal-perjodu tal-ħażna kif rifertit f’Artikolu 3(3)(d) ta’ dan ir-Regolament jew kif emendat permezz ta’ Artikolu 3(3)(g).

2. L-ewwel ġurnata tal-perjodu tal-ħażna miftiehma għandha tkun il-ġurnata ta’ wara dik li fiha it-tpoġġija fil-ħażna tkun tlestiet.

3. It-tneħħija mill-ħażna tista’ tibda fil-ġurnata ta’ wara l-aħħar ġurnata tal-perjodu tal-ħażna miftiehma.

4. Il-parti kontraenti għandha tavża lill-aġenzija tal-intervent minn qabel, qabel il-bidu tat-tneħħija intiża mill-ħażna; l-aġenzija tal-intervent tista’ titlob li din l-informazzjoni tingħata mill-anqas jumejn ta’ xoghol qabel dik id-data.

Meta l-obbligu tan-notifika lill-aġenzija tal-intervent ma tkunx onorata iżda tkun ingħatat prova biżżejjed, qabel it-30 ġurnata wara t-tneħħija mill-maħżen, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti dwar id-data tat-tneħħija u il-kwantitajiet konċernati:

- l-għajnuna għandha tingħata, bla preġudizzju għal Artikolu 6(3), u

- 15 % tal-garanzija għandha tiġi dikjarata bħala ssekwestrata fir-rigward tal-kwantità kkonċernata.

Għall-każi l-oħra kollha ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ din il-ħtieġa:

- l-ebda għajnuna m’għandha tingħata fir-rigward tal-kuntratt konċernat, u

- l-garanzija kollha għandha tiġi dikjarata bħala ssekwestrata fir-rigward tal-kuntratt konċernat.

5. Ħlief għall-każi ta’ force majeure riferuti f’Artikolu 10, meta l-parti kontraenti tonqos milli tosserva t-tmiem tal-perjodu tal-ħażna kontrattata, kull ġurnata ta’ nuqqas ta’ konformità tkun tfisser tnaqqis ta’ 10 % fl-ammont tal-għajnuna għall-kuntratt f’dak il-każ.

Artikolu 10

Fil-każ ta’ force majeure meta t-twettiq tal-obligazzjonijiet kontrattwali tal-parti kontraenti jiġu affetwati, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiddeċiedi dwar il-miżuri li hija tara neċessarji b’kunsiderazzjoni għaċ-ċirkustanzi partikulari. Dik l-awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni b’kull każ ta’ force majeure u l-azzjoni meħuda f’dak il-kas.

IT-TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI

Artikolu 11

Meta l-għajnuna tkun stabbilita f’rata fissa bil-quddiem:

(a) l-applikazzjoni għall-kuntratt għandha tkun ippreżentata lill-aġenzija tal-intervent kompetenti skond Artikolu 3(1) u (2);

(b) l-aġenzija tal-intervent ikkonċernata għandha, fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara l-ġurnata li fiha l-applikazzjoni għall-kuntratt tkun ingħatat lill-aġenzija, tavża lill-applikant bid-deċizjoni dwar dik l-applikazzjoni permezz ta’ ittra reġistrata, bit-telex, bil-fax jew b’konferma bil-miktub.

Meta l-applikazzjoni tiġi aċċettata, il-kuntratt għandu jitqies li jkun ġie konkluż fil-ġurnata tat-tluq tan-notifika tad-deċizjoni riferita fl-ewwel paragrafu taħt (b). L-aġenzija tal-intervent għandha tispeċifika d-data riferita f’Artikolu 3(3)(ċ) skond l-imsemmi artikolu.

Artikolu 12

1. Meta l-għajnuna tkun qed tingħata b’offerta:

(a) ir-Regolament li joħroġ is-sejħa għall-offerti skond Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 3013/89 għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet ġenerali, il-prodotti li għandhom jiġu maħżuna, il-limitu taż-żmien (id-data u s-siegħa) għas-sottomissjoni tal-offerti u għall-kwantitajiet minimi għal-liema l-offerta tkun tista’ tinħareġ;

(b) l-offerti għandhom isiru f’ecus u ppreżentati lill-aġenzija tal-intervent ikkonċernata skond Artikolu 3(1) u (2);

(ċ) l-offerti għandhom jiġu eżaminati f’sessjonijiet privati mill-aġenziji xierqa għal dan il-għan tal-Istati Membri; il-persuni preżenti għal dan l-eżami għandhom ikunu marbuta bil-ġurament tas-segretezza;

(d) l-offerti mogħtija għandhom jingħataw anonimament lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, sabiex jaslu sa mhux aktar tard mit-tieni ġurnata ta’ xogħol wara d-data finali għall-preżentazzjoni tagħhom kif speċifikat fis-sejħa;

(e) meta ma tinġabar l-ebda offerta, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan fil-limitu taż-żmien kif speċifikat taħt (d);

(f) fuq il-bażi tal-offerti mirċieva, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 30 tar-Regolament (KEE) Nru 3013/89, jew li tistabilixxi ammont ta’ għajnuna massima, b’kunsiderazzjoni għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2644/80, jew li ma tagħti l-ebda għajnuna;

(ġ) meta jkun ġie stabbilit ammont massimu tal-għajnuna, l-offerti li ma jeċċedux dan l-ammont għandhom jiġu aċċettati.

2. Fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara l-ġurnata li l-Istati Membri jkunu notifikati bid-deċizjoni tal-Kummissjoni, l-aġenzija tal-intervent ikkonċernata għandha tinforma lill-dawk kollha li jkunu tefgħu l-offerti bid-deċiżjoni meħuda permezz ta’ ittra reġistrata, bit-telex, bil-fax jew b’konferma bil-miktub.

Meta l-offerta tkun aċċettata, il-kuntratt għandu jitqies li jkun ġie konkluż fil-ġurnata tat-tluq tan-notifika tal-aġenzija tal-intervent lill-dawk li jkunu tefgħu l-offerti kif riferuti fl-ewwel subparagrafu. L-aġenzija tal-intervent għandha tispeċifika d-data riferita f’Artikolu 3(3)(ċ) kif xieraq.

IT-TITOLU III

IL-VERIFIKAR U S-SANZJONIJIET

Artikolu 13

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kondizzjonijiet li jagħtu lok għad-dritt għall-għajnuna jkunu mwettqa. Għal dan il-għan huma għandhom jinnominaw l-awtorità nazzjonali li għandha tkun responsabbli li tivverifika l-operazzjoni tal-ħażna.

2. Il-parti kontraenti għandha tagħmel possibli li l-awtorità responsabbli twettaq il-kontrolli fuq l-operazzjonijiet tal-ħażna, jkollha id-dokumentazzjoni kollha, għal kull kuntratt, li jippermettu partikolarment li l-informazzjoni segwenti dwar il-prodotti mpoġġija fil-ħażna privata tkun verifikata:

(a) il-pussess komplut fiż-żmien tat-tpoġġija fil-ħażna;

(b) id-data tat-tpoġġija fil-ħażna;

(ċ) il-piż u n-numru ta’ kaxxi jew oġġetti mod ieħor ippakjati;

(d) il-preżenza ta’ prodotti fil-maħżen;

(e) id-data kkalkulata tat-tmiem tal-perjodu tal-ħażna minima u meta Artikolu 9(5) jiġi applikat, komplut bid-data attwali tat-tneħħija.

3. Il-parti kontraenti jew, meta applikabbli, l-operatur tal-maħżen, għandu jżomm rendikont tal-ħażna disponibbli fil-maħżen li tkopri, bin-numru tal-kuntratt:

(a) l-identifikazzjoni tal-prodotti mpoġġija fil-ħażna privata;

(b) id-data tat-tpoġġija fil-ħażna u d-data kkalkulata tat-tmiem tal-perjodu minimu tal-ħażna, u d-data reali tat-tneħħija mill-ħażna;

(ċ) in-numru tal-karkassi jew in-nofs karkassi, kaxex jew oġġetti oħra maħżuna individwalment, deskrizzjoni tal-prodotti u l-piz ta’ kull pallet jew l-oġġetti l-oħra maħżuna individwalment, irreġistrati, meta applikabbli, f’lottijiet individwali;

(d) il-lokazzjoni tal-prodotti fil-maħżen.

4. Il-prodotti maħżuna iridu jkunu faċilment identifikabbli u jridu jkunu identifikati individwalment mill-kuntratt. Kull pallet u, meta applikabli, kull oġġett maħżun individwalment għandu jkun immarkat b’mod hekk li n-numru tal-kuntratt, id-deskrizzjoni tal-prodott u l-piż ikunu jidhru. Id-data tat-tpoġġija fil-ħażna trid tkun tidher fuq kull lott individwali impoġġi fil-ħażna f’dik il-ġurnata.

Meta l-prodotti jiġu mpoġġija fil-ħażna, l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-operazzjoni għandha tivverifika l-identifikazzjoni riferita fl-ewwel subparagrafu u tista’ tissiġilla l-prodotti fil-ħażna.

5. L-awtorità responsabbli għax-xogħol tal-kontrolli għandha tintrabat:

(a) għal kull kuntratt, kontroll dwar il-konformità mal-obbigazzjonijiet kollha stabbiliti fl-l-Artikolu 3(4);

(b) il-verifika obbligatorja sabiex ikun assigurat li l-prodotti jkunu preżenti fil-maħżen matul l-aħħar ġimgħa tal-perjodu tal-ħażna miftiehma;

(ċ) - jew l-issiġillar tal-prodotti kollha maħżuna taħt il-kuntratt skond it-tieni subparagrafu tar-raba’ paragrafu,

- jew kontroll ta’ kampjun għall-għarrieda sabiex ikun assigurat li l-prodotti jkunu preżenti fil-maħżen. Il-kampjun meħud għandu jkun rappreżentattiv u jrid jikkorrispondi għall tal-inqas 10 % tal-kwantità kollha mpoġġija fil-ħażna f’kull Stat Membru taħt miżura ta’ għajnuna għall-ħażna privata. Dawn il-verifiki għandhom jinkludu, minbarra l-eżami tal-kontijiet riferiti fil-paragrafu 3, verifika fiżika fuq il-piż u t-tip tal-prodotti u l-identifikazzjoni tagħhom. Dawn il-verifiki fiżiċi għandhom isiru fuq mill-anqas 5 % tal-kwantità soġġetta għall-verifiki għall-għarrieda.

L-ispejjez tas-siġillar u ċ-ċaqliq għall-verifiki għandhom jitħallsu mill-parti kontraenti.

6. Il-verifiki permezz tal-paragrafu 5 għandhom ikunu soġġetti għal rapport li jistqarr:

- id-data tal-verifika,

- it-tul tiegħu, u

- l-operazzjonijiet imwettqa.

Ir-rapport dwar il-verifiki għandu jkun iffirmat mill-uffiċċjal responsabbli u kontrofirmat mill-parti kontraenti jew, meta applikabbli, mill-operatur tal-maħżen u għandu jiġi inkluż fil-fajl tal-pagamenti.

7. Fil-każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti li jaffettwaw mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet tal-prodotti koperti minn kuntratt wieħed soġġett għall-verifiki, il-verifika għandha tkun estiża għal kampjun akbar li għandu jkun iddeterminat mill-awtorità responsabbli għall-verifiki.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw każi bħal dawn lill-Kummissjoni fi żmien erba’ ġimgħat.

Artikolu 14

Fil-każ meta jkun stabbilit u vverifikat mill-awtorità responsabbli mix-xogħol tal-verifiki li d-dikjarazzjoni kif riferita f’Artikolu 3(3)(a) hija dikjarazzjoni falza magħmula jew deliberatament jew permezz ta’ negliġenza serja, il-parti kontraenti f’dan il-każ għandha tkun eskluza mill-iskema tal-għajnuna għall-ħażna privata għal sitt xhur wara x-xahar li fih il-falsifikazzjoni tkun aċċertata.

IT-TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

1. l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dawk id-dispożizzjonijiet kollha adottati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-telex jew bil-fax

(a) qabel il-Ħamis ta’ kull ġimgħa u maqsumin skond il-perjodu tal-ħażna, bil-prodotti u l-kwantitajiet li kienu parti mill-applikazzjoni ta’ kuntratti, u bil-prodotti u l-kwantitajiet għal-liema jkunu ġew konklużi kuntratti matul il-ġimgħa ta’ qabel, u jagħtu ġabra fil-qosor tal-prodotti u l-kwanitajiet għal-liema jkun ġie konkluż il-kuntratt;

(b) kull xahar, bil-prodotti u l-kwantitjiet totali mpoġġija fil-ħażna;

(ċ) kull xahar, bil-prodotti u l-kwantitajiet totali fil fatt fil-ħażna u bil-prodotti u l-kwantitajiet totali li għalihom ikun spiċċa l-perjodu tal-ħażna kontrattat;

(d) kull xahar, jekk il-perjodu tal-ħażna jkun ġie mqassar jew miżjud skond Artikolu 3(3)(g) jew imnaqqas skond Artikolu 9(5) bil-prodotti u l-kwantitajiet għal-liema l-perjodu tal-ħażna jkun ġie rivedut u bix-xhur oriġinali u riveduti għat-tneħħija mill-ħażna.

3. L-applikazzjoni tal-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-ezami regolari skond il-proċedura stabilita f’Artikolu 30 tar-Regolament (KEE) Nru 3031/89.

Artikolu 16

1. Ir-Regolament (KEE) Nru 2659/80 huwa mħassar.

2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar mill-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Referenzi għall-Artikoli tar-Regolament (KEE) Nru 2659/80 għandhom jinqraw skond il-lista korrelattiva mogħtija fl-Anness.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1990.

Għandu japplika għall-ħażna privata miftuħa minn dik il-ġurnata.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Novembru 1990.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 289, tas-7.10.1989, p. 1

[2] ĠU L 164, tad-29.6.1985, p. 1.

[3] ĠU L 201, tal-31.7.1990, p. 9.

[4] ĠU L 275, tat-18.10.1980, p. 8.

[5] ĠU L 104, tal-11.5.1971, p. 12.

[6] ĠU L 82, tad-29.3.1990, p. 12.

[7] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64.

[8] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[9] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5.

[10] ĠU L 364, tal-14.12.1989, p. 54.

[11] ĠU L 124, tat-8.6.1971, p. 1.

[12] ĠU L 276, tal-20.10.1980, p. 12.

[13] ĠU L 306, tal-11.11.1988, p. 28.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KEE) Nru 2659/80 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2 | Artikolu 2 |

Artikolu 3 | Artikolu 3(3) u (4) |

Artikolu 4 | Artikolu 3(1) u (2) |

— | Artikolu 4 |

Artikolu 5 | Artikolu 5 |

Artikolu 6 | Artikolu 6 |

— | Artikolu 7 |

Artikolu 7 | Artikolu 8 |

Artikolu 8 | Artikolu 9 |

Artikolu 9 | Artikolu 10 |

Artikolu 10 | Artikolu 11 |

Artikolu 11 | Artikolu 12 |

— | Artikolu 13 |

— | Artikolu 14 |

Artikolu 12 | Artikolu 15 |

Artikolu 13 | Artikolu 16 |

Artikolu 14 | Artikolu 17 |

--------------------------------------------------