Official Journal L 292 , 24/10/1990 P. 0005 - 0007
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0149
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0149
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3044/90 tat-22 ta' Ottubru dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, B'konsiderazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2943/90 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9, Sabiex ikun assigurat it-tħaddim b'mod uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa ma' l-imsemmi Regolament, huwa meħtieġ illi jkunu adottati miżuri dwar l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness għal dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ipprovda regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli jgħoddu wkoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha jew in parti bbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjonijiet addizzjonali għaliha u li hi mwaqqfa b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, b'viżjoni għall-applikazzjoni ta' tariffa jew miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu man-negozju ta' oġġetti; Billi, skond l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma’ dan ir-Regolament iridu jkunu kklassifikati skond il-kodiċi NM xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijet ipprovduti fil-kolonna 3; Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura għar-rigward tal-prodotti Nru 1 u 3 fit-tabella annessa, Billi l-Kumitat tan-Nomenklatura ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, dwar il-prodott Nru 4 fit-tabella annessa, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti mfissra fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM xierqa indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha Magħmul fi Brussell, fit-22 ta' Ottubru 1990. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 281, tat-12.10.1990, p. 22. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Preparazzjoni alimentari bbażata fuq it-tadam li jkun fiha kwantitajiet baxxi ta' bċejjeċ viżibbli ta' tadam u ta' faqqiegħ, ġulepp tal-glukosju, żejt veġetali, ħxejjex u ħwawar. Il-prodott huwa fil-forma ta' zalza u huwa ppakkjat sabiex jinbiegħ bl-imnut. | 21032000 | Il-klassifikar huwa stabbilit bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u t-testi tal-kodiċi NM 2103 u 21032000. Peress illi l-prodott hu ppreżentat bħala zalza li jkun fiha kwantitajiet baxxi ta' bċejjeċ viżibbli ta' tadam u ta' faqqiegħ, hi ma tistax tkun ikkunsidrata bħal ħaxix ippreparat tal-Kapitolu 20 tas-NM (Ara n-noti spjegattivi HS, Intestatura 21.03 A, it-2 paragrafu) | — lamtu … | 44,9 % mill-piż tal-prodott niexef | — xaħmijiet … | 4,9 % mill-piż tal-prodott niexef | — proteini … | 16,8 % mill-piż tal-prodott niexef(kontenut ta' nitroġenu × 6,25). | Il-kontenut ta' lamtu u proteini ġie stabbilit bl-użu tal-metodi pprovduti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 72/199/KEE tas-27 ta' April 1972, l-Anness I (1) u (2) (ĠU L 123, tad-29.5.1972 p. 6). Il-kontenut ta' xaħam u umdità, ġie stabbilit bl-użu tal-metodi pprovduti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 71/393/KEE tat-18 ta' Novembru 1971, l-Anness: Taqsima 4 (metodu A) u Taqsima 1, rispettivament. (ĠU L 279, ta' l-20.12.1971, p. 7) | 23099051 | Il-klassifikar huwa stabbilit bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bit-testi tal-kodiċi 2309, 230990 u 23099051. | 3. Il-prodott jikkonsisti f'taħlita ta' qamħirrun sħiħ mitħun u residwi mill-estrazzjoni taż-żejt bl-għafis taż-żerriegħa tal-qamħirrun miksuba bil-proċess tat-tixrib. It-taħlita turi dawn il-kwalitajiet li ġejjin x'ħin tkun analizzata: — lamtu … | 42,7 % mill-piż tal-prodott niexef | — xaħmijiet … | 4,9 % mill-piż tal-prodott niexef | — proteini … | 13,5 % mill-piż tal-prodott niexef(kontenut ta' nitroġenu × 6,5). | Il-kontenut ta' lamtu u proteini ġie stabbilit bl-użu tal-metodi pprovduti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 72/199/KEE tas-27 ta' April 1972, l-Anness I (1) u (2) (ĠU L 123, tad-29.5.1972 p. 6). Il-kontenut ta' xaħam u umdità, ġie stabbilit bl-użu tal-metodi pprovduti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 71/393/KEE tat-18 ta' Novembru 1971, l-Anness: Taqsima 4 (metodu A) u Taqsima 1, rispettivament. (ĠU L 279, ta' l-20.12.1971, p. 7) | | 23099051 | Il-klassifikar huwa stabbilit bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bit-testi tal-kodiċi 2309, 230990 u 23099051. | 4. Il-prodott jikkonsisti f'taħlita ta' qoxra tal-qamħirrun u residwi mill-estrazzjoni taż-żejt permezz ta' solvents taż-żerriegħa tal-qamħirrun miksuba bil-proċess tat-tnixxif. It-taħlita turi dawn il-kwalitajiet li ġejjin x'ħin tkun analizzata: — lamtu … | 44,8 % mill-piż tal-prodott niexef | — xaħmijiet … | 4,2 % mill-piż tal-prodott niexef | — proteini … | 13,4 % mill-piż tal-prodott niexef(kontenut ta' nitroġenu × 6,25). | Il-kontenut ta' lamtu u proteini ġie stabbilit bl-użu tal-metodi pprovduti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 72/199/KEE tas-27 ta' April 1972, l-Anness I (1) u (2) (ĠU L 123, tad-29.5.1972 p. 6). Il-kontenut ta' xaħam u umdità, ġie stabbilit bl-użu tal-metodi pprovduti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 71/393/KEE tat-18 ta' Novembru 1971, l-Anness: Taqsima 4 (metodu A) u Taqsima 1, rispettivament. (ĠU L 279, ta' l-20.12.1971, p. 7) | | 23099051 | Il-klassifikar huwa stabbilit bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bit-testi tal-kodiċi 2309, 230990 u 23099051. | --------------------------------------------------