Official Journal L 249 , 12/09/1990 P. 0005 - 0005
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0216
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0216
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2617/90 tal-11 ta’ Settembru 1990 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 429/90 dwar l-għoti permezz ta’ stedina għal offerta ta’ għajnuna għal butir ikkonċentrat intiż għall-konsum dirett fil-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3879/89 [2] u partikolarment Artikolu 7 a (3) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 429/90 [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1265/90 [4], jipprovdi għall-għoti ta’ għajnuna għal butir konċentrat miksub minn butir jew krema li toriġina mis-suq u ntiżi għall-konsum dirett fil-Komunità; billi butir ikkonċentrat għandu jitqiegħed f’pakki issiġġillati li jkollhom waħda jew aktar mill-indikazzjonijiet f’Artikolu 10(3) ta’ dak ir-Regolament; billi, in vista ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali fuq id-deskrizzjoni ta’ affarijiet tal-ikel, dawk l-indikazzjonijiet ma jkoprux il-possibilitajiet ta’ marketing kollha u għandhom għalhekk jiġu supplimentati; Billi Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 5429/90 jipprovdi biex isiru ċerti iskrizzjonijiet fuq il-kopja ta’ kontroll T5 meta butir konċentrat ippakkjat huwa mibgħut biex jittieħed mill-kummerċ bl-imnut fi Stat Membru ieħor; billi, biex tiġi evitata konfużjoni, għandu jiġi speċifikat illi dak id-dokument għandu jinħareġ u jintuża skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2823/87 [5]; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għal-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 429/90 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. is-sitt inċiż ta’ Artikolu 10(3) huwa sostitwit b’dan li ġej: "— "Beurre concentré — Règlement (CEE) no 429/90"; jew "beurre concentré pour la cuisine — Règlement (CEE) no 429/90"; jew "beurre concentré pour la cuisine et la pâtisserie — Règlement (CEE) no 429/90"; jew "beurre cuisinier — Règlement (CEE) no 429/90"; jew "beurre de cuisine — Règlement (CEE) no 429/90";,"; 2. is-sentenza introduttorja ta’ Artikolu 14 hija sostitwita b’dan li ġej: "Meta butir ippakkjat u kkonċentrat hu mibgħut biex jittieħed mill-kummerċ bl-imnut fi Stat Membru ieħor, il-prova neċessarja tingħata bil-produzzjoni tal-kopja ta’ kontroll T 5 maħruġa u użata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2823/87 [6]. Il-Kaxxa 104 tal-kopja ta’ kontroll T 5 għandu jkollha waħda mill-iskrizzjonijiet li ġejjin:" Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Settembru 1990. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 378, tas-27.12.1989, p. 1. [3] ĠU L 45, tal-21.2.1990, p. 8. [4] ĠU L 124, tal-15.5.1990, p. 34. [5] ĠU L 270, tat-23.9.1987, p. 1. [6] ĠU L 270, tat-23.9.1987, p. 1. --------------------------------------------------