Official Journal L 174 , 07/07/1990 P. 0025 - 0026
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0129
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0129
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1936/90 ta' l-4 ta' Lulju 1990 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1251/90 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9, Billi sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni b'mod uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa ma’ l-imsemmi Regolament, huwa neċessarju illi jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikar ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness għal dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ipprovda regoli ġenerali għall-interpretazjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha jew in parti bażata fuqha jew li żżid xi sotto-diviżjonijiet adizzjonali għaliha u li hi mwaqqfa b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, b'viżjoni għall-applikazzjoni ta' tariffa jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu man-negozju ta' oġġetti; Billi, skond l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma’ dan ir-Regolament għandha tkun klassifikata skond il-kodiċi NM xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijet provduti fil-kolonna 3; Billi il-kumitat tan-nomenklatura ma tax opinjoni fit-terminu stabbilit mill-President tiegħu, dwar il-prodott Nru 2 fit-tabella annessa; Billi l-miżuri li hemm provduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tan-nomenklatura fir-rigward tal-prodott Nru 1 fit-tabella annessa, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati fi ħdan in-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi NM xierqa ndikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fl-4 ta' Lulju 1990. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 121, tat-12.5.1990, p. 29. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Deskrizzjoni ta’' l-oġġetti | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Ħwejjeġ ħfief minsuġa (100 % fibra sintetika) bi ċniegi dojoq fuq l-ispallejn li jgħattu l-ġisem sal-crotch. Dawn il-ħwejjeġ huma bil-lastiku fuq wara fil-livell tal-qadd u jintrabat mal-crotch permezz ta' tlett press studs. Fiha ukoll it-tarf tal-bizzilla magħmula bil-magna (Ara r-ritratt Nru 440) | 61089200 | Il-klassifikar huwa stabbilit bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għan-nomenklatura magħquda u bit-testi tal-kodiċi NM 6108 u 61089200. | 2.Ħwejjeġ ħfief minsuġa (100 % qoton) bi kmiem qosra maħsuba sabiex jgħattu l-parti ta' fuq tal-ġisem li jwassal sa taħt il-qadd. Għandha l-għonq tond, epaulettes interni u dekorazzjonijiet fil-forma ta' ħames piegi fit-tarf tal-komma (Ara r-ritratt Nru 449) | 61091000 | Il-klassifikar huwa stabbilit bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għan-nomenklatura magħquda, bin-nota addizzjonali 2 tal-Kapitolu 61 u bit-testi tal-kodiċi NM 6109 and 61091000. | +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------