Official Journal L 105 , 25/04/1990 P. 0009 - 0010
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0133
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0133
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1014/90 ta’ l-24 ta’ April 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġu implimentati r-regoli dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb spirituż IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjonijiet, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb spirituż [1], u b’mod partikolari Artikolu 1(4)(f) (1) (a), (g), (i) (1) (d), (i) (2), (i) (1) u (i) (1) (b) u (r) (1) tiegħu, Billi jridu jiġi adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 sabiex jipprovdu kjarifiki essenzjali tal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament imsemmi hawn fuq u r-regoli supplimentari tiegħu; Billi dawn il-kjarifiki u regoli addizzjonali għandhom fl-ewwel lok iqisu l-kriterji segwiti meta ġie adottat ir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 innifsu; billi huwa wkoll xieraq li jintużaw bħala bażi t-tradizzjonijiet u d-drawwiet tad-diversi reġjuni tal-Komunità, għall-inqas safejn u sakemm dawn huma kumpatibbli mas-suq waħdieni; billi kriterju ieħor għandu jkun dak li jiġu evitati kull sorsi possibbli ta’ konfużjoni fit-tagħrif mogħti fuq it-tikketti u li jiggarantixxi illi għal dak kollu li għandu x’jaqsam mat-tikketti l-konsumatur jingħata t-tagħrif l-iktar sħiħ u ċar possibbli; Billi dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet transitorji stabbiliti fir-Regolment tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3773/89 ta’ l-14 ta’ Diċembru 1989 li jistabbilixxi miżuri transitorji li għandhom x’jaqsmu ma’ tipi ta’ xorb spirituż [2]; Billi l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Implimentazzjoni tax-Xorb Spirituż, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għall-iskopijiet ta’ Artikolu 1(4)(f) (1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89 il-kwantità ta’ fond li tista’ tiġi miżjuda mal-karfa ta’ l-għeneb magħsur qabel ma jiħmar fit-tħejjija tal-karfa tal-għeneb magħsur qabel ma jiħmar ma jistax jaqbeż il-25 kg ta’ fond għal kull 100 kg wżata ta’ karfa tal-għeneb magħsur qabel ma jiħmar. Il-kwantità ta’ alkoħol miksub mill-fond ma tistax taqbeż il-35 % tal-kwantità totali tal-alkoħol fil-prodott finali. Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta’ Artikolu 1(4)(g) tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89 l-ispirtu mill-karfa tal-frott magħsur huwa x-xarba spirituża miksuba bil-fermentazzjoni u d-distillazzjoni biss f’inqas minn 86 % vol. tal-karfa tal-frott magħsur għajr il-karfa ta’ l-għeneb magħsur qabel ma jiħmar. Hija awtorizzata d-distillazzjoni mill-ġdid ta’ l-istess qawwa alkolika. Il-kwantità minima ta’ sostanzi volatili għandha tkun ta’ 200 g għal kull ettolitru alkoħol f’100 % vol. Il-kontenut massimu ta’ methyl alkoħol għandu jkun ta’ 1500 g għal kull ettolitru alkoħol f’100 % vol. Il-kontenut massimu ta’ aċidu idroċjaniku għandu jkun ta’ 10 g għal kull ettolitru alkoħol f’100 % vol. fil-każ ta’ l-ispirtu mill-karfa ta’ l-għadma tal-frott magħsur. L-isem tal-prodotti għall-bejgħ għandu jkun l-isem tal-frott segwit bil-frażi "spirtu mill-karfa". Jekk jintużaw tipi ta’ karfa mill-għasir ta’ frott differenti, l-isem tal-prodotti għall-bejgħ għandu jkun "spirtu mill-karfa tal-frott". Artikolu 3 Għall-iskopijiet ta’ Artikolu 1(4)(i) (1) (d) tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89 l-isem tal-frott jista’ jidħol minflok il-kelma "spirtu" preċedut bl-isem tal-frotta biss fil-każ tal-frott li ġej: - il-mirabelle (Prunus domestica L. var. syriaca), - l-għanbaqar (Prunus domestica L.), - il-quetsch (Prunus domestica L.), - l-arbutus (Arbutus unedo L.), - it-tuffieħ ta’ belludja "Golden Delicious". Jekk ikun hemm riskju li l-konsumatur finali ma jifhimx malajr wieħed minn dawn l-ismijiet, it-tikkettjar għandu jinkludi l-kelma "spirtu", possibbilment supplimentata bi spjegazzjoni. Artikolu 4 Ix-xorb spirituż li għalih issir referenza f’Artikolu 1(4)(i) (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89 jista’ jkollu l-isem "spirtu" preċedut bl-isem tal-frotta jekk it-tikketta jkollha wkoll il-kliem "prodott biľ maċerazzjoni u d-distillazzjoni". Il-paragrafu ta’ qabel dan ikopri xorb spirituż miksub mill-frott li ġej: - it-tut (Rubus fruticosus L.), - il-frawli (Fragaria L.), - il-mirtill (Vaccinium myrtillus L.), - il-lampun (Rubus idaeus L.), - il-passolina l-ħamra (Ribes vulgare Lam.), - il-prajn tax-xewk (Prunus spinosa L.), - il-lampun ("rowanberry") (Sorbus domestica L.), - is-"service-berry" (Sorbus domestica L.), - (il-frotta ta’) l-ileks ("hollyberry") (Ilex cassine L.), - iċ-"checkerberry" (Sorbus turminalis L.), - il-frotta tas-sebuka (Sambucus nigra L.), - il-frotta tal-ballerina (Rosa canina L.), - il-passolina s-sewda (ribes nigrum L.). Artikolu 5 Għall-iskop ta’ Artikolu 1(4)(L) (1) tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89 il-kwantità ta’ frott użat għandu jkun minimu ta’ ħames kg għal kull 20 litri ta’ alkoħol b’100 % vol., użat. Artikolu 6 1. Id-derogi li għalihom issir referenza f’Artikolu 1(4)(i) (1) (b) tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89 għandu jkollhom x’jaqsmu mal-kontenut massimu ta’ etil-alkoħol ta’ spirtu tal-frott, li għandu jiġi mgħolli sa 1500 g kull ettolitru ta’ alkoħol f’100 % vol., fil-każ ta’ l-ispirti miksuba minn produtturi individwali tal-frott fid-distilleriji bi produzzjoni totali annwali ta’ l-ispirtu nvolut li ma taqbiżx il-500 ettolitru ta’ alkoħol f’100 % vol., miksub mill-frott li ġej: - l-għanbaqar (Prunus domestica L.), - il-mirabelle (Prunus domestica L. var syriaca), - il-quetsch (Prunus domestica L.), - it-tuffieħ (Malus domestica Borkh.), - l-arbutus (Arbutus unedo L.). 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll sal-31 ta’ Diċembru 1992, għall-ispirtu miksub mil-lanġas (Pyrus comunis) mingħajr limitu fuq il-produzzjoni annwali tad-distilleriji. Artikolu 7 Bħala deroga minn Artikolu 1(4)(r) (1) tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89, il-kontenut minimu taz-zokkor għal kull 100 g kull litru stabbilit għal-likuri huwa hawnhekk imnaqqas għal: - 80 g kull litru għal-likuri mill-ġenzjana mħejjija mill-ġenzjana bħala s-sustanza aromatika waħdiena; - 70 g kull litru għal-likuri miċ-ċirasa li l-etil-alkoħol tagħhom huwa spirtu taċ-ċirasa waħdu. Artikolu 8 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 1990. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ April 1990. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1. [2] ĠU L 365, tal-15.12.1989, p. 48. --------------------------------------------------