31990R0640



Official Journal L 074 , 20/03/1990 P. 0004 - 0004
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0210
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0210


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 640/90

tal-5 ta' Marzu 1990

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2843/72 dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi fil-31 ta' Ottubru 1989 kien iffirmat Protokoll Supplimentari mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda bil-għan li jelimina u jipprevjieni r-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti [1];

Billi l-Protokoll jipprovdi li tiġi inserita fil-Ftehim klawsola speċifika tas-salvagward iddisinjata sabiex ittaffi l-problemi li x'aktarx jiħolqu b'riżultat ta' l-abolizzjoni tar-restrizzjonijioet fuq l-esportazzjonijiet; billi għandhom jiġu stabbiliti disposizzjonijiet ta' implimentazzjoni billi jiġi emendat ir-Regolament (KEE) Nru 2843/72 [2];

Billi l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi jipprovdi illi, sabiex jiġi evitat li tiġi kompromessa l-unità tas-suq komuni, il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Kunsill illi jiġi emendat ir-Regolamenrt, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu kif meħtieġ fid-dawl ta' l-esperjenza;

Billi fil-kuntest tat-tkomplija tas-suq intern fis-sena 1992, il-miżuri nazzjonali ta' salvagward għandhom jiġu aboliti u mibdula bi proċedura Komunitarja skond ir-regoli dettaljati ffissati mill-Kunsill fid-Deċiżjoni 87/373/KEE [3],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu Uniku

Ir-Regolament (KEE) Nru 2843/72 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 1(1), il-frażi "bil-għan li jittieħdu l-miżuri pprovduti fl-Artikoli 23, 25 u 27 tal-Ftehim" tiġi mibdula bil-frażi "bil-għan li jittieħdu l-miżuri pprovduti fl-Artikoli 23, 25, 25a u 27 tal-Ftehim"

2. L-Artikolu 4 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 4

1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjoni riferita fl-Artikoli 25, 25a u 27 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet għall-esportazzjoni li jkollhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, jistgħu jiġu adottati l-miżuri prekawzjonarji pprovduti fl-Artikolu 28(3)(e) tal-Ftehim skond il-proċedura dikjarata minn issa’ l quddiem.

2. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat kompost mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u ppresjedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.

Il-kumitat għandu jiltaqa’ meta msejjaħ mill-President tiegħu. Dan ta' l-aħħar għandu jikkomunika kull tagħrif approprjat lill-Istati Membri mingħajr dewmien.

3. Wara li tikkonsulta lill-kumitat, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi dwar il-miżuri approprjati jew fuq l-inizjattiva tagħha nfisha jew fuq it-talba ta' Stat Membru, L-Istati Membri kollha għandhom jiġu nnotifikati bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li għandha tapplika minnufih.

4. Meta l-Kummissjoni tiġi mitluba li tieħu azzjoni minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni ġewwa perjodu massimu taż-żmien ta' ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tkun irċeviet it-talba.

5. Kull Stat Membru jista’ jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill ġewwa perjodu massimu taż-żmien ta' ħamest ijiem tax-xogħol min-notifika tad-deċiżjoni.

Filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, il-Kunsill jista’ jieħu deċiżjoni differenti ġewwa perjodu massimu taż-żmien ta' għaxart ijiem tax-xogħol ta' dan ir-riferiment."

3. L-Artikolu 7 huwa hawnhekk imħassar.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Marzu 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Collins

[1] ĠU L 295, 13.10.1989, p. 9.

[2] ĠU L 301, 31.12.1972, p. 162.

[3] ĠU L 197, 18.7.1987, p. 33.

--------------------------------------------------