Official Journal L 035 , 07/02/1990 P. 0009 - 0011
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0117
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0117
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 314/90 tal-5 ta' Frar 1990 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3945/89 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati l-miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodiviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita permezz ta' disposizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan li jiġu applikati tariffi jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tal-prodotti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, il-prodotti deskritti fl-ewwel kolonna tal-lista annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati skond il-kodiċi NM propizji indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3; Billi l-Kumitat tan-Nomenklatura ma tax l-opinjoni tiegħu fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, fuq il-prodott Nru 4 fil-lista annessa; Billi l-miżuri pprovduti minn dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura għall-prodotti Nri 1,2,3,5, u 6 fil-lista annessa, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-prodotti deskritti fl-ewwel kolonna tal-lista annessa issa huma klassifikati fin-nomenklatura magħquda skond il-kodiċi NM propizji indikati fil-kolonna 2 tal-lista msemmija. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fil-5 ta' Frar 1990. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1. [2] ĠU L 374, tat-22.12.1989, pġ. 2. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni tal-prodotti | Klassifikazzjoni tal-Kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Blokok iffriżati ta' flett tas-sider tat-tiġieġa fi brodu magħmul mill-ilma, karkassi tal-laħam tat-tjur, ħxejjex u trab tal-brodu. Il-blokok jiżnu madwar 15kg u bejn wieħed u ieħor għandhom l-istess ammont ta' flett u brodu | 16023930 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u t-testi tal-kodiċi NM 1602, 160239 u 16023930. Il-fatt li l-flett huwa fil-brodu jeskludih mill-Kapitolu 2 (ara n-Noti ta' Spjegazzjoni tas-SA, Kapitolu 2, "Distinzjoni bejn laħam u ġewwieni f'dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu 16", l-ewwel paragrafu). Il-prodott m'huwiex bażi għas-soppa jew brodu skond it-tifsira tal-kodiċi NM 21041000 (ara n-Noti ta' Spjegazzjoni tas-SA, titolu 2104 A, l-ewwel paragrafu). | 2.Preparazzjoni tat-tadam li fiha kwantità żgħira ta' biċċiet tat-tadam li jidhru, ġulepp taz-zokkor, żejt veġetali, u ħwawar. Il-prodott huwa fil-forma ta' zalza u huwa ippakkjat għall-bejgħ bl-imnut | 21032000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u t-testi tal-kodiċi NM 2103 u 21032000. Minħabba li l-prodott huwa ppreżentat bħala zalza bi kwantità żgħira ta' biċċiet tat-tadam li jidhru ma jistax jitqies bħala ħaxix ippreparat skond il-Kapitolu 20 tan-nomenklatura magħquda (ara n-Noti ta' Spjegazzjoni tas-SA, titolu 2103 A, it-tieni paragrafu) | 3.Preparazzjoni f'forma ta' trab għal zalza tat-tarja, sempliċiment billi żżid l-ilma jew il-ħalib.Kompożizzjoni: 48 % bl-użin trab tal-ġobon,20 % bl-użin trab tax-xorrox,8 % bl-użin ta' ħwawar varji,6 % bl-użin ta' trab tal-ħalib tal-butir,6 % bl-użin lamtu immodifikat,4 % bl-użin trab tal-krema,4 % bl-użin dqiq tal-qamħ,4 % bl-użin ta' essenzi varji, inkluż melħ tat-tisjir, | 21039090 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u t-testi tal-kodiċi NM 2103, 210390 u 21039090. B'mod partikolari minħabba l-preżenza tad-dqiq u l-lamtu bl-iskop li jgħaqqdu, il-prodott huwa bażi għal zalza u mhux trab tal-ġobon jew ġobon maħkuk imħawwar. | 4.Taħlita likwida ta' idrokarburi li tikkonsisti bejn wieħed u ieħor f'87 % ta' paraffins lineari bil-piż, b'tulijiet ta' ktajjen ta' 8 sa 16 l-atomu tal-karbonju, u bejn wieħed u ieħor 13 % ta' alkylbenzenes bil-piż, bi ktajjen laterali ta' 10 sa 12 l-atomu tal-karbonju | 27100059 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u t-testi tal-kodiċi NM 2710 u 27100059. Il-klassifikazzjoni bħala pitrolju hija eskluża minħabba l-konċentrazzjoni ta' alkylbenzenes | Dehra: | likwidu mingħajr kulur, ċar, b'viskożità baxxa, u żejtni | Indiċi ta' rifrazzjoni f'tempeatura tà 20 °C: | 1,45 63 | Irmied: | xejn | Heteroatoms: | Kubrit, aloġenu, nitroġenu, u negattiv fosforuż | Valur bromin: | 0,3 | Distillazzjoni permezz ta' vakwu (1,5 mbar): | Temperatura meta jagħli 'l fuq minn 121 °C (= 300 °C ma1013 mbar) | Spektrum IR: | Essenzjalment juri strippi ta' idrokarburi saturati u alifatiċi | Densità f'temperatura ta' 20 °C: | 0,8225 kg/l | | | 39029000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-Noti 3 (a) u 6(a) tal-Kapitolu 39 u t-testi tal-kodiċi NM 3902 u 39029000 | 6. Folji ċellulari li jkun fihom bejn wieħed u ieħor 60 % ethylene-vinyl acetate copolymer (prodott saturat) u 40 % fillers u pigments. Il-folji huma ta' forma rettangolari u jvarjaw fil-ħxuna minn 4 sa 16 il-mm | 39211990 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u n-Nota 4 (a) tal-Kapitolu 40 u t-testi tal-kodiċi NM 3921, 392119 u 39211990. L-ethylene-vinyl acetate copolymer hija sustanza saturata li ma tistax tiġi vvulkanizzata bil-kubrit u għalhekk ma tissodisfax il-kondizzjonijiet tan-Nota 4(a) tal-Kapitolu 40. | --------------------------------------------------