Official Journal L 022 , 27/01/1990 P. 0056 - 0056
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0104
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0104
Regolament tal-kummissjoni (EURATOM) Nru 220/90 tas-26 ta’ Jannar 1990 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 3227/76 tad-19 ta’ Ottubru 1976 li jikkonċerna l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet dwar salvagwardji ta’ l-Euratom IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 3227/76 tad-19 ta’ Ottubru 1976 li jikkonċerna l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet dwar salvagwardji tal-Euratom [1], u b’mod partikulari l-Artikolu 38 tiegħu, Billi skond l-Artikolu 38 tar-Regolament (Euratom) Nru 3227/76 imsemmi hawn fuq il-Kummissjoni tista’ tagħmel aġġustamenti tekniċi żgħar lill-Annessi tiegħu; Billi hemm il-ħtieġa li tiġi stabbilita bidla ta’ inventarju xierqa għar-reġistrar u r-rappurtar ta’ materjal nukleari miksub minn sustanzi mhux suġġetti għal salvagwardji; Billi l-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri bl-aġġustament preżenti u kkunsidrat il-veduti tagħhom, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 6 "tip ta’ bidla ta’ inventarju" man-Noti ta’ Spjegazzjoni għall-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 3227/76: Keyword | Kodiċi | Spjegazzjoni | Produzzjoni ta’ materjal nukleari | MP | Materjal nukleari miksub minn sustanzi mhux suġġetti għal salvagwardji minħabba li ntlaħqu l-kondizzjonijiet minimi meħtieġa għal konċentrazzjoni (L-Artikolu 36(i)) | Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 15-il jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fis-26 ta’ Jannar 1990. Għall-Kummissjoni Antonio Cardoso e Cunha Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 363, tal-31.12.1976, pġ. 1. --------------------------------------------------