31990L0488



Official Journal L 270 , 02/10/1990 P. 0025 - 0025
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0250
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0250


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-17 ta’ Settembru, 1990

li temenda d-Direttiva 87/404/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ reċipjenti sempliċi ta’ pressjoni

(90/488/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2]

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva 87/404/KEE [4] tipprovdi għall-armonizzazzjoni kompleta ta’ l-istandards għal reċipjenti sempliċi ta’ pressjoni manifatturati f’sensiela;

Billi fl-assenza ta’ standards armonizzati d-Direttiva 87/404/KEE titlob eżami tat-tip KE fuq ir-reċipjenti fil-kwistjoni; billi dawk l-istandards mhux se jkunu disponibbli sad-data ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva;

Billi d-Direttiva 87/404/KEE ma pprovditx għal perjodu ta’ transizzjoni li matulu jkun permess li jitqiegħdu fis-suq ħażniet ta’ reċipjenti manifatturati bi qbil ma’ regoli nazzjonali li jkunu għadhom applikabbli qabel tidħol fis-seħħ dik id-Direttiva;

Billi l-manifatturi għandhom ikollhom iż-żmien meħtieġ biex japplikaw il-proċedura ta’ eżami tat-tip KE u huwa meħtieġ li jkun iffissat perjodu ta’ transizzjoni li jippermetti biex ir-reċipjenti maħżuna jitqiegħdu fis-suq,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied permezz ta’ dan ma’ l-Artikolu 18 (1) tad-Direttiva 87/404/KEE:

"L-Istati Membri, għall-perjodu sa l-1 ta’ Lulju, 1992, jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew f’servizz ta’ reċipjenti li jikkonformaw mar-regoli fis-seħħ fit-territorji tagħhom qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva."

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw id-disposizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Lulju1991. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-17 ta’ Settembru, 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Romita

[1] ĠU Nru Ċ 13, 19.1.1990, p. 7.

[2] ĠU Nru Ċ 149, 18.6.1990, p.145 u Deċiżjoni tat-12 ta’ Settembru, 1990 (li għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU Nru Ċ 168, 10.7.1990, p. 2.

[4] ĠU Nru L 220, 8.8.1987, p. 48.

--------------------------------------------------