Official Journal L 219 , 14/08/1990 P. 0049 - 0057
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0245
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0245
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1990 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 86/280/KEE dwar valuri ta’ limitu u oġġettivi ta’ kwalità għal skariki ta’ ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta’ l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE (90/415/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113s fih imsemmi, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta’ l-4 ta’ Mejju 1976 dwar tniġġiz ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi mitfugħa fl-ambjent akwatiku tal-Komunità [1], u partikolarment l-Artikolu 6 u 12 ta’ l-istess, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [4], Billi, sabiex ikun protett l-ambjent akwatiku tal-Komunità kontra tniġġiż minn ċerti sustanzi perikolużi, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/464/KEE introduċa sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel li tistabbilixxi standards ta’ emissjoni għall-iskariki tas-sustanzi fl-Lista I fl-Anness tiegħu; billi l-Artikolu 6 ta’ l-imsemmi Direttiva jistipula illi valuri ta’ limiti ser ikunu stabbiliti għal tali standards ta’ skariki u oġġettivi ta’ kwalità għall-ambjent akwatiku affettwat mill-iskarikar tas-sustanzi; Billi l-Istati Membri huma mitluba li japplikaw il-valuri ta’ limiti salv f’każijiet fejn huma jistgħu jużaw oġġettivi ta’ kwalità; Billi Direttiva 86/280/KEE [5], kif emendata bid-Direttiva 88/347/KEE [6], se jkollha tkun emendata u ssupplimentata, a bazi ta’ proposti mill-Kummissjoni, skond żviluppi fit-tagħrif xjentifiku li jirrelataw prinċipalment mat-tossiċità, persistenza u akkumulazzjoni tas-sustanzi msemmija f’organiżmi ħajjin u qiegħan, jew f’każ ta’ titjib fl-aqwa mezzi tekniċi disponibbli; billi huwa neċessarju, għal dak il-għan, li jiġi pprovdut għal żjidiet għall-imsemmija Direttiva, li tirrelata għall-miżuri fir-rigward ta’ sustanzi perikolużi oħra, u għall-emendi għall-kontenut ta’ l-Anness II; Billi l-Artikolu 5 tad-Direttiva 86/280/KEE jistipula illi, fil-każ ta’ ċertu sorsi sinifikanti ta’ tniġġiż minn dawn is-sustanzi minbarra sorsi illi huma suġġetti għall-valuri ta’ limitu Komunitarji jew standards ta’ emissjoni nazzjonali, programmi speċifiċi għandhom jitfasslu biex jeliminaw it-tniġġiż; Billi jixraq illi skariki żgħar illi huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 86/280/KEE jistgħu jkunu eżentati mir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/464/KEE; Billi, a bażi tal-kriterji stipulati fid-Direttiva 76/464/KEE, 1–2-dichloroethane, trichloroethylene, perchloroethylene u trichlorobenzene għandhom jiġu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 86/280/KEE, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness II tad-Direttiva 86/280/KEE qed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness ma’ dan. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha [7]. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’dan. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1990. Għall-Kunsill Il-President E. Rubbi [1] ĠU L 129, tat-18.5.1976, p. 23. [2] ĠU C 253, tat-29.9.1988, p. 15. [3] ĠU C 96, tas-17.4.1989, p. 188. [4] ĠU C 23, tat-30.1.1989, p. 4. [5] ĠU L 181, ta’ l-4.7.1986, p. 16. [6] ĠU L 158, tal-25.6.1988, p. 35. [7] Din id-Direttiva kienet notifikati lill-Istati Membri fil-31 ta’ Lulju 1990. -------------------------------------------------- L-ANNESS EMENDI LILL-ANNESS II TAD-DIRETTIVA 86/280/KEE 1. Is-segwenti qed jinżied wara t-Titolu: "8 . Li jirrigwarda 1,2-dichloroethane (EDC) 9. Li jirrigwarda trichloroethylene (TRI) 10. Li jirrigwarda perchloroethylene (PER ) 11. Li jirrigwarda trichlorobenzene (TCB)" . 2. Is-segwenti artikolu qed jiġi miżjud: "VIII. Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għal 1,2-dichloroethane (EDC) (No 59) [1] CAS — No 107–06–2" Intestatura A (59): Valuri ta’ limiti għal standards ta’ skariki [2] Tip ta’ impjant industrijali | Tip ta’ valur medju | | Għandhom ikunu mħarsa minn | Toqol (g/tunnellata) | Konċentrazzjoni (mg/litri) | (a)Produzzjoni biss ta’ 1,2-dicholorethane (mingħajr ipproċessar jew użu fl-istess sit) | Ta’ kull xahar | 4 | 2 | ta’ l- 1.1.1993 | | 2,5 | 1,25 | ta’ l- 1.1.1995 | | Ta’ kuljum | 8 | 4 | ta’ l- 1.1.1993 | | 5 | 2,5 | ta’ l- 1.1.1995 | (b)Produzzjoni ta’ 1,2-dichloroethane, u pproċessar jew użu fl-istess sit, salv għall-użu msemmi f’(e) hawn taħt | Ta’ kull xahar | 12 | 6 | ta’ l- 1.1.1993 | | 5 | 2,5 | ta’ l- 1.1.1995 | | Ta’ kuljum | 24 | 12 | ta’ l- 1.1.1993 | | 10 | 5 | ta’ l- 1.1.1995 | (ċ)Ipproċessar ta’ 1,2-dichloroethane f’sustanzi minbarra vinyl chloride | Ta’ kull xahar | 2,5 | 1 | ta’ l- 1.1.1993 | | Ta’ kuljum | 5 | 2 | ta’ l- 1.1.1993 | (d)Użu ta’ EDC biex jitneħħa xi grass mill-metall (’l bogħod mis-sit industrijali kopert minn (b)) | Ta’ kull xahar | – | 0,1 | ta’ l- 1.1.1993 | | Ta’ kuljum | – | 0,2 | ta’ l- 1.1.1993 | (e)Użu ta’ EDC fil-produzzjoni ta’ "ion exchangers" | Ta’ kull xahar | – | – | – | | Ta’ kuljum | – | – | – | Intestatura B (59): oġġettivi ta’ kwalità Ambjent | Oġġettivi ta’ kwalità (μf/litre) | Li ser ikunu mħarsa sa mill-: | Superfiċi ta’ l-ilma interni | 10 | ta’ l- 1.1.1993 | Ilmijiet ta’ estwarju | Ilmijiet tal-kosta ta’ ġewwa minbarra dawk ta’ estwarji | Ibħra territorjali | Il-Kummissjoni se tipparaguna r-riżultati tal-monitoraġġ eżegwit, skond it-tielet indent ta’ l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 76/464/KEE, b’konċentrazzjoni indikattiva ta’ 2,5 mg/litru. Il-Kummissjoni sejra, sa l-1998, terġa’ teżamina l-oġġettivi ta’ kwalità a bażi ta’ l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-miżuri preżenti. Intestatura C (59): metodu ta’ referenza ta’ kejl 1. Il-metodu ta’ referenza li se jintuża biex tkun stabbilita l-preżenza ta’ 1,2-dichloroethane fl-effluwenti l-ambjent ta’ l-ilma huwa kromatografija tal-gass b’detezzjoni tal-kattura elettronika wara estrazzjoni permezz ta’ taħlita xierqa kew kromatografija tal-gass permezz tal-proċess "purge and trap" u ittrapolar bl-użu ta’ nasba kapillari kirogenikament imkessħa. Il-limitu ta’ determinazzjoni huwa 10 mg/litru għall-effluwenti a u 1 mg/litru għall-ambjent ta’ l-ilma. 2. Il-korrettezza u l-preċiżjoni tal-metodu għandha tkun ± 50 % f’konċentrazzjoni li tirrappreżenta d-doppju tal-valur tal-limitu ta’ determinazzjoni. 3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu konċentrazzjonijiet ta’ l-EDC b’referenza għall-kwantità ta’ AOX, EOX jew VOX, sakemm il-Kummissjoni hija qabel xejn sodisfatta illi dawn il-metodi jagħtu riżultati ekwivalenti u sakemm id-Direttiva tat-taħlit ġenerali tkun adottata. L-Istati Membri kkonċernati se jistabbilixxu regolarment ir-relazzjoni fil-konċentrazzjoni bejn l-EDC u l-parametri użati. "IX. Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għall-trichloroethylene (TRI) (No 121) [12] CAS 79.01.6" Intestatura A (121): Valuri ta’ limiti għall-istandards ta’ emissjoni [13] Tipi ta’ impjanti industrijali | Tipi ta’ valur medju | | Għandu jkun hemm konformità ma’ dawn mill– | Toqol (g/tunnellata) | Konċentrazzjoni (mg/litru) | (a)Produzzjoni ta’ Trichloroethylene (TRI) u perchloroethylene (PER) | Ta’ kull xahar | 10 | 2 | ta’ l- 1.1.1993 | | 2,5 | 0,5 | ta’ l- 1.1.1995 | | Ta’ kuljum | | | | | | 20 | 4 | ta’ l- 1.1.1993 | | | 5 | 1 | ta’ l- 1.1.1995 | (b)Użu ta’ TRI biex jitneħħa xi grass minn mal-metalli | Ta’ kull xahar | | 0,1 | ta’ l- 1.1.1993 | | Ta’ kuljum | | 0,2 | ta’ l- 1.1.1993 | Intestatura B (121): oġġettivi ta’ kwalità Ambjent | Oġġettivi ta’ kwalità (μg/litre) | Li ser ikunu mħarsa sa mill– | Wiċċ ta’ l-ilmijiet ta’ ġo l-art | 10 | ta’ l- 1.1.1993 | Ilmijiet ta’ estwarju | Ilmijiet tal-kosta ta’ ġewwa minbarra dawk ta’ estwarji | Ibħra territorjali | Il-Kummissjoni se tipparaguna r-riżultati mal-monitoraġġ illi sar, skond it-tielet daħla ta’ l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 76/464/KEE, b’konċentrazzjoni indikattiva ta’ 2,5 mg/litri. Il-Kummissjoni sejra, sa l-1988, terġà teżamina l-oġġettivi ta’ kwalità a bażi ta’ l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-miżuri preżenti. Intestatura Ċ (121): metodu ta’ referenza ta’ kejl 1. Il-metodu ta’ referenza ta’ kejl li se jintuża biex tkun stabbilita l-preżenza ta’ trichloroethylene (TRI) f’effluwenti u l-ambjent akwatiku huwa kromatografija tal-gass b’detezzjoni tal-kattura ta’ l-ektroni wara estrazzjoni permezz ta’ taħlita xierqa. Il-limitu ta’ determinazzjoni għat-TRI huwa 10 mg/litru għall-effluwenti u 0,1 mg/litru għall-ambjent akwatiku. 2. Il-korrettezza u preċiżjoni tal-metodu għandha tkun ± 50 % f’konċentrazzjoni li tirrappreżenta d-doppju tal-valur tal-limitu ta’ determinazzjoni. 3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu konċentrazzjonijiet ta’ TRI b’referenza għall-kwantità ta’ AOX, EOX jew VOX, sakemm il-Kummissjoni hija qabel xejn sodisfatta illi dawn il-metodi jagħtu riżultati ekwivalenti u dana sakemm id-Direttiva tat-taħlita ġenerali hija adottata. L-Istati Membri kkonċernati ser jistabbilixxu regolarment ir-relazzjoni fil-konċentrazzjoni bejn it-TRI u l-parametri użati. X. Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għall-perchloroethylene (PER) (No 111) [18] CAS-127–18–4 Intestatura A (111): Valuri ta’ limiti għal standars ta’ skariki [19] Tip ta’ impjant industrijali | Tip ta’ valur medju | | Li ser ikunu mħarsa sa mill– | Piż (g/tonne) | Konċentrazzjoni (mg/litre) | (a)Tricholoroethyle (TRI) u perchloroethylene (PER) Produzzjoni (proċessi TRI-PER) | Ta’ kull xahar | 10 | 2 | ta’ l- 1.1.1993 | | 2,5 | 0,5 | ta’ l- 1.1.1995 | | Ta’ kuljum | 20 | 4 | ta’ l- 1.1.1993 | | 5 | 1 | ta’ l- 1.1.1995 | (b)Carbon tetrachloride u erchloroethylene Produzzjoni (proċessi TETRA-PER) | Ta’ kull xahar | 10 | 5 | ta’ l- 1.1.1993 | | 2,5 | 1,25 | ta’ l- 1.1.1995 | | Ta’ kuljum | 20 | 10 | ta’ l- 1.1.1993 | | 5 | 2,5 | ta’ l- 1.1.1995 | (ċ)Użu ta’ PER għat-tneħħija ta’ grass tal-metalli | Ta’ kull xahar | – | 0,1 | ta’ l- 1.1.1993 | | Ta’ kuljum | – | 0,2 | ta’ l- 1.1.1993 | (d)Produzzjoni tal-Chlorofluorocarbon | Ta’ kull xahar | – | – | – | | Ta’ kuljum | – | – | – | Intestatura B (111): oġġettivi ta’ kwalità Ambjent | Oġġettivi ta’ kwalità (μg/litru) | Li ser ikunu mħarsa sa mill– | Wiċċ ta’ l-ilmijiet ta’ ġo l-art | 10 | ta’ l- 1.1.1993 | Ilmijiet ta’ estwarji | Ilmijiet tal-kosta ta’ ġewwa minbarra dawk ta’ estwarji | Ibħra territorjali | Il-Kummissjoni se tipparaguna r-riżultati mal-monitoraġġ illi sar, skond it-tielet daħla ta’ l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 76/464/KEE, b’konċentrazzjoni indikattiva ta’ 2,5 mg/litri. Il-Kummissjoni sejra, sa l-1998, terġà teżamina l-oġġettivi ta’ kwalità a bażi ta’ l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-miżuri preżenti. Intestatura C (111): metodu ta’ referenza ta’ miżurazzjoni 1. Il-metodu ta’ referenza li se jintuża biex tkun stabbilita l-preżenza ta’ perchloroethylene (PER) fi skariki u l-ambjent akwatiku huwa l-kromatografija tal-gass bid-detezzjoni tal-kattura elettronika wara estrazzjoni permezz ta’ taħlita xierqa. Il-limitu ta’ determinazzjoni għall-PER huwa 10 mg/litru għall-effluwenti u 0,1 mg/litru għall-ambjent akwatiku. 2. Il-korrettezza u preċiżjoni tal-metodu għandha tkun ± 50 % f’konċentrazzjoni li tirrappreżenta d-doppju tal-valur tal-limitu ta’ determinazzjoni. 3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu konċentrazzjonijiet ta’ PER b’referenza għall-kwantità ta’ AOX, EOX jew VOX, sakemm il-Kummissjoni hija qabel xejn sodisfatta illi dawn il-metodi jagħtu riżultati ekwivalenti u sakemm id-Direttiva tat-taħlita ġenerali hija adottata. L-Istati Membri kkonċernati se jistabbilixxu regolarment ir-relazzjoni fil-konċentrazzjoni bejn il-PER u l-parametri użati. Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għat-trichlorobenzene [25](TCB) (117, 118) [26] L-Intestatura A (117, 118): limiti ta’ valuri għall-istandards ta’ emissjoni Wieqfa: Ma għandu jkun hemm l-ebda żieda sinifikattiva diretta jew indiretta maż-żmien fit-tniġġiż li jiġi minn skariki ta’ TCB u li jaffettwaw konċentrazzjonijiet fil-qiegħan u/jew molluski u/jew frott tal-baħar u/jew ħut. Tip ta’ impjant industrijali | Tip ta’ valur medju | | Li ser ikunu mħarsa sa mill– | Piż (g/tonne) | Konċentrazzjoni (mg/litre) | (a)Produzzjoni ta’ TCB via dehydrochlorination ta’ HCH u/jew ta’ ipproċessar ta’ TCB | Ta’ kull xahar | 25 | 2,5 | ta’ l- 1.1.1993 | | 10 | 1 | ta’ l- 1.1.1995 | | Ta’ kuljum | 50 | 5 | ta’ l- 1.1.1993 | | 20 | 2 | ta’ l- 1.1.1995 | (b)Produzzjoni u/jew ta’ ipproċessar ta’ chlorobenzenes via chlorination ta’ benzene | Ta’ kull xahar | 5 | 0,5 | ta’ l- 1.1.1993 | | 0,5 | 0,05 | ta’ l- 1.1.1995 | | Ta’ kuljum | 10 | 1 | ta’ l- 1.1.1993 | | 1 | 0,1 | ta’ l- 1.1.1995 | Intestatura B (117, 118): oġġettivi ta’ kwalità Wieqfa: Ma għandu jkun hemm l-ebda żieda sinifikattiva maż-żmien fil-konċentrazzjoni ta’ TCB f’qiegħan u/jew molluski u/jew frott tal-baħar u/jew ħut. Ambjent | Oġġettivi ta’ kwalità (μg/litre) | Li ser ikunu mħarsa sa mill– | Wiċċ ta’ l-ilmijiet ta’ ġo l-art | 0,4 | ta’ l- 1.1.1993 | Ilmijiet ta’ estwarji | Ilmijiet tal-kosta ta’ ġewwa minbarra dawk ta’ estwarji | Ibħra territorjali | Il-Kummissjoni se tipparaguna r-riżultati mal-monitoraġġ illi sar, skond it-tielet daħla ta’ l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 76/464/KEE, b’konċentrazzjoni indikattiva ta’ 0,1 mg/litri. Il-Kummissjoni sejra, sa l-1998, terġa’ teżamina l-oġġettivi ta’ kwalità a bażi ta’ l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-miżuri preżenti. Intestatura C (117, 118): metodu ta’ referenza ta’ kejl 1. Il-metodu ta’ referenza li se jintuża biex tkun stabbilita l-preżenza ta’ trichlorobenzene (TCB) fi skariki u l-ambjent akwatiku huwa l-kromatografija tal-gass b’detezzjoni tal-kattura ta’ l-elektroni wara estrazzjoni permezz ta’ taħlita xierqa. Il-limitu ta’ determinazzjoni għal kull isomer separatament huwa 1 mg/litru għall-iskariki u 10 ng/litru għall-ambjent akwatiku. 2. Il-metodu ta’ referenza użat għad-determinazzjoni ta’ TCB f’sedimenti u organiżmi huwa gass kromatografu b’detezzjoni tal-kattura ta’ l-elektroni wara preparazzjoni xierqa tal-kampjun. Il-limitu ta’ determinazzjoni għall kull isomer separatament huwa 1 m g/kg ta’ materja xotta. 3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu konċentrazzjonijiet ta’ TCB b’referenza għall-kwantità ta’ AOX, EOX, sakemm il-Kummissjoni hija qabel xejn sodisfatta illi dawn il-metodi jagħtu riżultati ekwivalenti u sakemm id-Direttiva tat-taħlit ġenerali hija adottata. L-Istati Membri kkonċernati ser jistabbilixxu regolarment ir-relazzjoni fil-konċentrazzjoni bejn it-TCB u l-parametri użati. 4. Il-korrettezza u preċiżjoni tal-metodu għandha tkun ± 50 % f’konċentrazzjoni li tirrappreżenta d-doppju tal-valur tal-limitu ta’ determinazzjoni. [1] L-Artikolu 5 tad-Direttiva 86/280/KEE japplika partikolarment għall-EDC użat bħala taħlita ’l bogħod mis-sit ta’ produzzjoni jew ipproċessar jekk l-iskariki annwali jammontaw għal inqas minn 30 kg/sena. Tali skariki żgħar jistgħu jkunu eżentati mir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/464/KEE. Minkejja l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 86/280/KEE, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-programmi speċifiċi tagħhom mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1993. Huma għandhom jikkomunikawhom lill-Kummissjoni fl-istess ħin. [12] L-Artikolu 5 tad-Direttiva 86/280/KEE japplika partikolarment għat-TRI użat bħala taħlita għad-"dry-cleaning", għall-estrazzjoni ta’ grass jew irwejjaħ u għat-tneħħija ta’ grass ta’ metalli fejn l-iskariki annwali jammontaw għal anqas minn 30 kg/sena. Tali skariki żgħar jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/464/KEE. Minkejja l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 86/280/KEE, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-programmi speċifiċi tagħhom mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1993. Huma għandhom jikkomunikawhom lill-Kummissjoni fl-istess ħin. [18] L-Artikolu 5 tad-Direttiva 86/280/KEE japplika partikolarment għall-PER użat bħala taħlita għad-"dry-cleaning", għall-estrazzjoni ta’ grass jew irwejjaħ u għat-tneħħija ta’ grass mill-metalli fejn l-iskariki annwali jammontaw għal anqas minn 30 kg/sena. Tali skariki żgħar jistgħu jkunu eżentati mir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/464/KEE. Minkejja l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 86/280/KEE, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-programmi speċifiċi tagħhom mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1993. Huma għandhom jikkomunikawhom lill-Kummissjoni fl-istess ħin. [25] L-Artikolu 5 tad-Direttiva 86/280/KEE japplika partikolarment għat-TCB użat bħala taħlita jew bħala għajnuna għall-kulur fl-industrija tad-drapp, jew bħala komponent taż-żjut użat fi transformers sa meta jkun hemm leġislazzjoni Komunitarja fuq dan is-suġġett. Minkejja l-Artikolu 5(3), l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-programmi speċifiċi tagħhom mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1993. Huma għandhom jikkomunikawhom lill-Kummissjoni fl-istess żmien. [26] It-TCB jistà jseħħ bħala wieħed mis-segwenti tlett "isomers": - 1, 2, 3-TCB — CAS 87/61–6; - 1, 2, 4-TCB — CAS 120–82–1 (Nru 118 tal-lista KEE); - 1, 3, 5-TCB — CAS 180–70–3.It-TCB Tekniku (Nru 117 tal-lista KEE) huwa taħlita ta’ dawn it-tlett "isomers", bi preponderanza ta’ 1,2,4-TCB, u jista’ wkoll ikollu kwantitajiet żgħar ta’ di-u tetrachlorobenzene.Fi kwalunkwe każ, dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għat-total TCB (is-somma ta’ tlett "isomers")." --------------------------------------------------