Official Journal L 071 , 17/03/1990 P. 0040 - 0042
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0149
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0149
It-Tnax-Il Direttiva tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Frar 1990 li taddatta għal progress tekniku Annessi II, III, IV, V u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (90/121/KEE) Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/679/KEE [2], u b’mod partikulari Artikolu 8(2) tiegħu, Billi fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, ċerti aġenti koloranti, sustanzi u preservattivi permissibbli proviżonalment, jistgħu jkunu permissibbli definittivament, waqt li oħrajn għandhom ikunu ipprojbiti definittivament jew ikunu permissibbli għal perjodu ieħor speċifiku; Billi, sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika, hemm bżonn li jkun ipprojbit l-użu ta’ ċerti aġenti koloranti, 11 a -hydroxypregn-4-ene-3,20-dione u l-esteri, l-ormoni, ż-żirkonjum tiegħu bl-eċċezzjoni ta’ ċerti kumplessi, tyrothricin, antiandroġeni ta’ struttura ta’ sterojd, acetonitrile u tetrahydrozoline; Billi, fuq il-bażi tar-riċerka xjentifika u teknika l-aktar reċenti, l-użu ta’ l-aċetat taċ-ċomb bħala kulur għax-xagħar jista’ jkun permissibbli fi prodotti kosmetiċi suġġett għal ċerti limitazzjonjiet u ħtiġijiet, basta li jingħataw ċerti twissijiet fuq l-ittikettjar għall-iskop li tkun protetta s-saħħa pubblika; Billi l-użu tal-lakki koloranti CI 17200 għandu jkun awtorizzat; Billi, fuq il-bażi tar-riċerka xjentifika u teknika l-aktar reċenti, l-użu ta’ 3-decyloxy-2-hydroxy-1-aminopropane-hydrochloride bħala preservattiv fi prodotti kosmetiċi u l-użu ta’ Solvent isfar 98 bħala aġent koloranti fi prodotti ta’ kura tad-dwiefer, huwa permissibli suġġett għal ċerti limitazzjonijiet u ħtiġiet; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ fis-settur tal-prodotti kosmetiċi, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 76/768/KEE hi emendata kif ġej: 1. F’Anness II: - fin-Nru 39, "bl-eċċezzjoni ta’ dak mogħti f’Anness V" huwa mħassar, - fin-Nru 194, "bl-eċċezzjoni ta’ dawk elenkati f’Anness V" huwa mħassar, - fin-Nru 289, "taħlita, bl-eċċezzjoni ta’ dak imsemmi f’Anness V" huwa mibdul bi "taħlitiet, bl-eċċezzjoni ta’ dak imsemmi f’Anness III, Nru 55 permezz tal-kundizzjonijiet mistqarra." - fin-Nri 376 u 377, "u l-imluħa tagħhom" hi miżjuda, - is-sustanzi li ġejjin huma miżjuda: "385. 11 α-Hydroxypregn-4-ene-3,20-dione u l-esteri tiegħu 386. l-aġent koloranti CI 42640 387. l-aġent koloranti CI 13065 388. l-aġent koloranti CI 42535 389. l-aġent koloranti CI 61554 390. l-antiandroġeni bi struttura ta’ sterojdi 391. Iż-żirkonjum u t-taħlitiet tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-kumplessi taħt ir-referenza numru 50 f’Anness III (il-Parti 1) u tal-lakki, l-imluħa u l-pigmenti taż-żirkonjum ta’ l-aġenti koloranti elenkati bir-referenza numru 3 f’Anness IV (il-Parti 1) 392. Thyrothricine 393. Acetonitrile 394. Tetrahydrozoline u l-imluħa tiegħu." 2. F’Anness III, il-Parti 1, fil-verżjoni Franċiża biss, taħt ir-referenza numru 1, l-aċidu boriku: (a) fil-kolonna (e), "ne pas employer dans des produits de soins pour enfants en dessous de 3 ans" hi mibdula bi "ne pas employer dans des produits d’hygiène pour enfants en dessous de 3 ans" (it-test Ingliż (u Malti) jibqa’ l-istess); (b) fil-kolonna (f), "ne pas employer pour les soins d’enfants en dessous de 3 ans" hi mibdula bi "ne pas employer pour l’hygiène des enfants en dessous de 3 ans" (it-test Ingliż (u Malti) jibqa’ l-istess). 3. F’Anness III, il-Parti 1, ir-referenza numru 55 hija miżjuda ma’ dan li ġej: "a | b | c | d | e | f | 55 | Aċetat taċ-ċomb | Biss għal żebgħa tax-xagħar | 0,6 % ikkalkulat f’ċomb | | Żommu ‘l bogħod mit-tfal. Evita kull kuntatt ma’ l-għajnejn. Aħsel idejk wara l-użu. Fih l-aċetat taċ-ċomb. Tużaħx biex tagħti kulur lix-xagħar ta’ l-għajnejn jew tal-mustaċċi. Jekk tiżviluppa irritazzjoni, waqqaf l-użu." | 4. F’Anness III, il-Parti 2, "tal- 31.12.1989" fil-kolonna intitolata "Permissibli sal" hija mibdula bi "tal- 31.12.1990" għan-numri ta’ referenza kif ġej: 2. 1,1,1-Trichloroethane (methyl chloroform), u 4. 2,2-Dithiobis (pyridine 1-oxide), prodott li jiżdied mas-sulfat tal-magnesju tri-idrat. 5. F’Anness IV, il-Parti 1: (a) indiċi tal-kulur numru 42640 hija mħassra; (b) għall-indiċi ta’ kulur numri 42045 u 44045 is-sinjal salib "X" hu mħassar mill-kolonna 4 u mdaħħal fil-kolonna 3; (ċ) "Limitazzjonijiet u ħtiġiet oħra" hija mħassra għall-indiċi ta’ kulur numri 42045 u 44045; (d) referenza għan-nota f’qiegħ il-paġna "(3)" hija miżjuda mad-daħla għall-indiċi ta’ kulur numru 17200. 6. F’Anness IV, il-Parti 2: (a) l-aġent koloranti li ġej huwa miżjud: "Numru ta’ indiċi jew denominazzjoni tal-kulur | Kulur | Qasam ta’ l-applikazzjoni | Limitazzjonijiet u ħtiġiet Oħra (2) | Permissibbli sal- | 1 | 2 | 3 | 4 | Solvent isfar 98 | Isfar | | | × | | Biss fil-preparazzjonijiet ta’ kura tad-dwiefer massimu ta’ 0,5 % fil-prodott finali | tal- 31.12.1991" | (b) l-indiċi tal-kulur numri 13065, 21110, 42045, 42535, 44045, 61554 huma mħassra; (ċ) "tal- 31.12.1989" fil-kolonna intitolata "Awtorizzazzjoni valida sal" hija mibdula bi "tal- 31.12.1990" sa fejn huma ikkonċernati l-indiċi ta’ kulur numri 26100 u 73900; (d) "tal- 31.12.1990" fil-kolonna intitolata "Awtorizzazzjoni valida sal" hija mibdula bi "tal- 31.12.1991" sa fejn huma konċernati l-indiċi ta’ kulur numru 74180; 7. F’Anness V, in-numri 1, 3, 6, 9 huma mħassra. 8. (a) F’Anness VI, il-Parti 2, in-numru 27 huwa miżjud: a | b | ċ | d | e | f | 27 | 3-Decyloxy-2-hydroxy-1-amino propane-hydro-chloride (Decominol) (INN)) | 0,5 % | | | tal- 31.12.1990 | (b) f’Anness VI, il-Parti 2, "tal- 31.12.1989" fil-kolonna (f) hija mibdula bi "tal- 31.12.1990" għas-sustanzi li ġejjin: 2. Chlorphenesin (IIM), 4. Alkyl (C12-C22) trimethyl-ammonium bromide u klorid (inkluż il-bromid taċ-ċetrimonjum) (*), 6. 4,4-Dimethyl-1,3-oxazolidine, 15. Benzethonium chloride (IIM) (*), 16. Benzalkonium chloride (IIM), bromide u saccharinate (*), 17. 1-[1,3-Bis (hydroxymethyl)2,5-dioxoimidazo- lidin-1-yl]-1,3-bis (hydroxymethy) urea, 20. Hexamidine (IIM) u l-imluħa tiegħu (li jinkludu l-isethionate u 4-hydroxybenzoate) (*), 21. Benzylhemiformal (a 1: 1 taħlita ta’ benzyloxymethanol u (benzyloxymethoxy) methanol). Artikolu 2 1. Independentament mid-dati ta’ dħul li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 1, il-punti 4, 6 u 8, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li sa mill-1 ta’ Jannar 1991, għas-sustanzi msemmija f’Artikolu 1, il-punt 1, u sa mill-1 ta’ Jannar 1992, għas-sustanzi msemmija f’Artikolu 1, il-punti 3, 5, 6 u 8, la l-manufatturi u lanqas l-importaturi stabbiliti fil-Komunità ma għandhom ipoġġu fis-suq prodotti li ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li l-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 li jkun fihom is-sustanzi msemmija f’Artikolu 1, il-punt 1 ma għandhomx jinbiegħu aktar jew ikunu mogħtija lill-konsumatur finali wara l-31 ta’ Diċembru 1991 u li l-prodotti li jkun fihom is-sustanzi msemmija f’Artikolu 1, il-punti 3, 5, 6 u 8 ma għandhomx jinbiegħu aktar jew jingħataw lill-konsumatur finali wara l-31 ta’ Diċembru 1993, jekk ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1990. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Frar 1990. Għall-Kummissjoni Karel Van Miert Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169. [2] ĠU L 398, tat-30.12.1989, p. 25. --------------------------------------------------