31990D0680



Official Journal L 374 , 31/12/1990 P. 0013 - 0013
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0161
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0161


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-26 ta' Novembru 1990

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-għamla ta' skambju ta' l-ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra

(90/680/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 99 u 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi l-arranġamenti nazzjonali bħalissa fis-seħħ fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra għandhom jiġu mibdula b'sistema Komunitarja;

Billi, minħabba l-fatturi ġeografiċi, storiċi u soċjo-ekonomiċi, għandhom jiġu konċessi arranġamenti speċjali lill-Prinċipalità ta' Andorra rigward l-eżenzjonijiet mid-dazji fuq l-importazzjoni, it-taxxi tad-dħul u l-ħruġ u d-dazji tas-sisa li japplikaw għall-oġġetti fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi;

Billi l-Ftehim fil-għamla ta' skambju ta' l-ittri nnegozjat bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra kien iffirmat fil-Lussemburgu fit-28 ta' Ġunju 1990; billi għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità l-Ftehim fil-għamla ta' skambju ta' l-ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra, u l-Ftehim u d-Dikjarazzjonijiet annessi miegħu.

It-testi ta' l-Atti riferiti fl-ewwel sub-paragrafu huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 24 tal-Ftehim [2].

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Donat Cattin

[1] Opinjoni mogħtija fit-23 ta' Novembru 1990 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] Ara l-paġna 33 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------