Official Journal L 326 , 24/11/1990 P. 0056 - 0057
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 1990 fir-rigward tal-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Traffiku Illeċitu ta' Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi (90/611/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, Billi, fit-8 ta' Ġunju 1989, fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York il-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-traffiku illeċitu ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, adottat fi Vjenna fid-19 ta' Diċembru 1988, kif għamlu wkoll l-Istati Membri; Billi x-xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kunsill, il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 1989 u l-Kumitat għall-Ġlieda kontra d-Drogi (CELAD) għamilha possibbli għall-Konvenzjoni illi tidħol fis-seħħ malajr; Billi il-maġġoranza ta' l-Istati Membri ser jissodisfaw il-proċedura interna tar-ratifika fix-xhur illi ġejjin u, l-aktar tard, sat-30 ta' Ġunju, 1991; Billi, fir-rigward tal-kwestjonijiet li jaqgħu fil-kompetenzi tagħha, il-Komunità għandha allura tapprova l-Konvenzjoni sa l-aktar tard sa l-istess data kif l-ewwel Stati Membri, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffiku Illeċitu tad-Drogi Narkotici u s-Sustanzi Psikotropiċi huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill, għandu f'isem il-Komunità jiddepożita l-att ta' approvazzjoni tal-Konvenzjoni mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-President tal-Kunsill għandu fl-istess ħin jiddepożita d-dikjarazzjoni tal-kompetenza li jinsab fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, skond l-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni. Magħmula fil-Lussemburgu, 22 ta' Ottubru 1990. F'isem il-Kunsill Il-President G. De Michelis -------------------------------------------------- ANNESS DIKJARAZZJONI TA' L-ANNESS IMSEMMIJA FIT-TIENI SUB PARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 2 Kompetenzi għall-Komunità Ekonomika Ewropea fir-rigward tal-materji koperti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Traffiku Illeċitu ta' Drogi Illeċiti u Sustanzi Psikotropiċi (Id-Dikjazzjoni skond l-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni) L-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffiku Illeċitu ta' Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi tistipula illi, fl-istrumenti tal-konferma formali, l-organizzazzjonijiet integrati reġjonali ekonomiċi għandhom jiddikjaraw sa fejn jaslu l-kompetenzi tagħhom fir-rigward tal-kwestjonijiet koperti minn din il-Konvenzjoni. Il-Komunità Ekonomika Ewropea ġiet stabbilita bit-Trattat ta' Ruma illi ġie ffirmat fil-25 ta' Marzu 1957 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 1958. Dan it-Trattat ġie emendat u supplimentat bl-Att Uniku Ewropew, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju, 1987. Skond id-disposizzjonijiet imsemmijin hawn fuq, il-Komunità Ekonomika Ewropea li, fil-preżent, hija kompetenti għall-kwestjonijiet tal-politika kummerċjali fir-rigward ta' sustanzi li huma użati ta' spiss fil-manifattura ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, kwestjonijiet illi huma msemmija fl-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni. L-eżerċizzju tal-poteri li l-Istati Membri trasferew lill-Komunitajiet taħt it-Trattat, huma, min-natura tagħhom, bla ħsara għall-iżvilupp kontinwu. Il-Komunitajiet għaldaqstant, jirriservaw id-dritt illi jagħmlu dikjarazzjonijiet ulterjuri skond l-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni. --------------------------------------------------