31990D0432



Official Journal L 223 , 18/08/1990 P. 0019 - 0020
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0113
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0113


Deċiżjoni tal-kummissjoni

tat-30 ta’ Lulju 1990

Dwar il-lista ta’ stabbilimenti approvati fin-Namibja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità

(90/432/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Minkejja t-Trattat li jistabbilixxi l-Kommuntajiet Ewropej,

Minkejja d-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi ta’ l-ispezzjoni tas-saħħa u veterinarji fl-annimali taċ-ċanga u tal-majjali, tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1],hekk kif l-aħħar emendata b’Direttiva 89/227/KEE [2], u b’mod partikulari l-Artiklu 4 (1) u 18(1) tagħha,

Minkejja illi l-istabbilimenti tal-pajjiżi terzi ma jistgħux jiġu awtorizzati illi jesportaw laħam frisk lill-Komunità sakemm ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet speċjali u ġenerali mniżżla fid-Direttiva 72/462/KEE

Minkejja illi n-Namibja saret indipendenti huwa neċessarju illi tistabbilixxi lista ta’ stabbilimenti approvati f’dak il-pajjiż minħabba l-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità;

Minkejja illi dawn l-istabbilimenti huma spezzjonati regolarment skond is-sistema ta’ missjonijiet Komunitarji fin-Nofs in-nhar ta’ l-Afrika skond Artiklu 5 tad-Direttiva 72/462/KEE u l-Artiklu 2 (1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/474/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-ispezzjonijiet fuq il-post li għandhom jsiru fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ laħam taċ-ċanga u laħam frisk fil-pajjiżi mhux membri [3];

Minkejja l-i standards ta’ iġene fl-istabbilimenti tan-Namibja huwa meqjus bħala sodisfaċenti f’dawn iċ-ċirkustanzi, jistgħu jiġu inklużi fil-lista ta’ stabbilimenti awtorizzati għall-esportazzjoni fil-Komunità;

Minkejja illi l-esportazzjoni tal-laħam frisk mill-istabbilimenti li jidhru fl-Anness jibqgħu suġġetti għall-provedimenti tal-Kummissjoni mniżżla f’postijiet oħra, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw is-saħħa ta’ l-annimali, u l-eżami għall-preżenza ta’ residwi Fil-laħam frisk, projbizzjoni ta’ l-użu ta’ ċertu sustanzi li fihom azzjoni ormonali fit-trobbija ta’ l-annimali;

Minkejja illi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

1. L-istabbilimenti fin-Nambija li jidhru fl-Anness huma minn issa approvati għall-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità skond l-istess l-Anness.

2. L-importazzjoni mill-istabbilimenti mniżżla fl-anness għandha tibqa’ suġġetta għall-provedimenti tal-Kummissjoni Veterinarja imniżżla x’imkien ieħor.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni ta’ laħam frisk li ġej minn stabbilimenti li mhux imniżżla fl-Anness.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 84/576/KEE hija imħassra.

Magħmula fi Brussel, fit-30 ta’ Lulju 1990.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, 31. 12: 1972, pġ. 28.

[2] ĠU L 395, 30.12: 1989, pġ. 13.

[3] ĠU L 279, tat-30.9.1986, pġ. 55.

--------------------------------------------------

ANNESS

Lista ta’ stabbilimenti

Approvazzjoni Nru | Stabbiliment/Indirizz | Kategorija |

SL | CP | CS | B | S/G | P | SP | SR |

22 | Swavleis, Windhoek | × | × | | × | | | × | ×× |

23 | Swavleis, Okahandja | × | × | | × | | | | ×× |

27 | Windhoek Wild,-Windhoek - - | | × | | × | | | | ×× |

--------------------------------------------------