31990D0212



Official Journal L 112 , 03/05/1990 P. 0026 - 0026
Finnish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0063
Swedish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0063


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-23 April 1990

li temenda Deċiżjoni 77/271/Euratom dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 77/270/Euratom li tagħti l-jedd lill-Kummissjoni li toħroġ self ta' l-Euratom sabiex tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' power stations nuklejari

(90/212/Euratom)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom tad-29 Marzu 1977 li tagħti l-poter lill-Kummissjoni biex toħroġ self ta' l-Euratom għall-iskop li tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' power stations nukleari [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 ta' l-istess,

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-valur totali tat-transazzjonijiet magħmula laħaq il-figura ta' EKU2800 miljun, li hemm provdut dwaru fid-Deċiżjoni 77/271/Euratom [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 85/537/Euratom [3];

Billi l-enerġija nukleari tagħti kont għall-biċċa l-kbira mill-provista totali ta' l-enerġija tal-Komunità u għandu jsir investiment konsiderevoli f'dan is-settur kemm fl-istadju tal-produzzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġiet tas-sigurezza u sigurta, u d-downstream tal-produzzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-ipproċessar mill-ġdid u l-ħżin ta' l-iskart;

Billi l-esperjenza indikat li huwa mixtieq li jiġi miżjud, b' EKU 1000 miljun, l-ammont totali ta' self li l-Kummissjoni għandha l-poter li tikkontratta għan-nom tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika;

Billi d-Deċiżjoni 77/271/KEE għandha għalhekk tiġi emendata;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Artikolu Uniku tad-Deċiżjoni 77/271/Euratom għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu Uniku

Self kif hemm provdut dwaru fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 77/270/Euratom jista' jiġi kkontrattat għal ammonti li t-total tas-somma oriġinali tagħhom m'għandux jeċċedi l-ekwivalenti ta' EKU 4000 miljun.

Meta l-valur totali tat-transazzjonijiet magħmula jilħaq it-EKU 3800 miljun, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill, li, waqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi dwar l-iffissar ta' ammont ġdid mill-aktar fis possibbli"

.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-23 ta' April 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Reynolds

[1] ĠU L 88, tas-6.4.1977, p. 9.

[2] ĠU L 88, tas-6.4.1977, p. 11.

[3] ĠU L 334, tat-12.12.1985, p. 23.

--------------------------------------------------