31990D0209



Official Journal L 108 , 28/04/1990 P. 0104 - 0105
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0139
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0139


Deċiżjoni tal-kummissjoni

tad-19 ta' April 1990

li tħoll lill-Istati Membri mill-obbligu li japplikaw għal ċerti speċi d-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE dwar il-marketing ta' żerriegħa tal-ħaxix, li temenda d-Deċiżjonijiet 73/122/KEE u 74/358/KEE waqt li tirrevoka 74/363/KEE

(90/209/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar il-marketing ta' żerriegħa tal-ħaxix [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 88/380/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 42(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-applikazzjonijiet sottomessi mill-Istati Membri,

Billi, f'konformità ma' l-Artikolu 42(a) tad-Direttiva 70/458/KEE, b'rabta ma' l-ispraġ, iċ-ċikwejra tat-tip witloof u ċ-ċikwejra b'weraq kbir (ċikwejra Taljana), Stat Membru jista', fuq applikazzjoni, ikun meħlus kompletament jew parzjalment mill-obbligu li japplika d-disposizzjonijiet tad-Direttiva, ħlief fejn din tista' taħdem kontra d-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 16(1) u 30 (1);

Billi, minħabba l-applikazzjonijiet sottomessi mid-diversi Stati Membri, huwa għalhekk xieraq li dawn il-Membri jkunu meħlusa, b'limitu ta' żmien jew mingħajru, mill-obbligu li japplikaw għall-ispeċi msemmija fuq:

- id-disposizzjonijiet tad-Direttiva dwar it-twaqqif ta' katalgi nazzjonali tal-varjetajiet, jew

- id-disposizzjonijiet tad-Direttiva dwar iċ-ċertifikazzjoni u l-kontroll taż-żerriegħa, jew

- f'ċerti każijiet, id-disposizzjonijiet kollha tad-Direttiva,

bl-eċċezzjoni, fil-każijiet kollha, ta' l-Artikoli 16(1) u 30 (1);

Billi din id-Deċiżjoni tieħu post id-Deċiżjonijiet ta' qabel li jagħtu l-ħelsien għal dawn l-ispeċi; billi, b'mod xieraq, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 73/122/KEE [3] u 74/358/KEE [4], li kienu jagħtu dan il-ħelsien, rispettivament, lill-Ġermanja u l-Lussemburgu u lill-Irlanda għandhom ikunu emendati, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 74/363/KEE [5], li kienet tagħti dan il-ħelsien lir-Renju Unit, għandha tkun revokata;

Billi l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. B'rabta ma' l-Asparagus officinalis L. - spraġ, l-Istati Membri indikati fil-kolonna 1 tal-Parti I ta' l-Anness huma meħlusa mill-obbligu li japplikaw id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/458/KEE indikati fil-kolonna 2 għall-perjodu indikat fil-kolonna 3.

2. B'rabta mal-Cichorium intybus L. (partim) - ċikwejra tat-tip witloof, l-Istati Membri indikati fil-kolonna 1 tal-Parti II ta' l-Anness huma meħlusa mill-obbligu li japplikaw id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/458/KEE indikati fil-kolonna 2 għall-perjodu indikat fil-kolonna 3.

3. B'rabta mal-Cichorium intybus L. (partim) - ċikwejra b'weraq kbar (ċikwejra Taljana), l-Istati Membri indikati fil-kolonna 1 tal-Parti III ta' l-Anness huma meħlusa mill-obbligu li japplikaw id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/458/KEE indikati fil-kolonna 2 għall-perjodu indikat fil-kolonna 3.

Artikolu 2

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 73/122/KEE huwa emendat kif ġej:

1. fil-paragrafu 1, is-subparagrafi (b) u (e) huma mħassra;

2. fil-paragrafu 2, is-subparagrafi (b) u (ġ) huma mħassra.

Artikolu 3

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 74/358/KEE, il-paragrafu (b) huwa mħassar.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 74/363/KEE hija revokata.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' April 1990.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 225, tat-12.10.1970, pġ. 7.

[2] ĠU L 187, tas-16.7.1988, pġ. 31.

[3] ĠU L 145, tat-2.6.1973, pġ. 41.

[4] ĠU L 196, tad-19.7.1974, pġ. 15.

[5] ĠU L 196, tad-19.7.1974, pġ. 21.

--------------------------------------------------

ANNESS

1 | 2 | 3 |

Stat Membru | Id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/458/KEE li għalihom japplika l-ħelsien mill-obbligu | Żmien ta' ħelsien mill-obbligu |

Parti I -Asparagus officinalis L. - spraġ

1.Irlanda, Lussemburgu | Kollha barra l-Artikoli 16(1) u 30 (1) | Illimitat |

2.Ġermanja, Franza | Kollha barra l-Artikoli 16(1) u 30 (1) | Sal-31 ta' Diċembru 1995 |

3.Belġju, Greċja, Spanja, Italja, Olanda, Portugal | L-Artikoli 3(1) u 16 sa 44, barra l-Artikoli 16(1) u 30 (1) | Sal-31 ta' Diċembru 1995 |

4.Danimarka, Renju Unit | L-Artikoli 3(2) u 4 sa 15 | Illimitat |

L-Artikoli 3(1) u 16 sa 44, barra l-Artikoli 16(1) u 30 (1) | Sal-31 ta' Diċembru 1995 |

Parti II -Cichorium intybus L. (partim) - ċikwejra tat-tip witloof

5.Ġermanja, Lussemburgu | Barra ħlief l-Artikoli 16(1) 1, u 30 (1) | Illimitat |

6.Danimarka, Renju Unit | L-Artikoli 3(2) u 4 sa 15 | Illimitat |

Parti III -Cichorium intybus L. (partim) - ċikwejra b'weraq kbir (ċikwejra Taljana)

7.Ġermanja, Lussemburgu | Kollha barra l-Artikoli 16(1) u 30 (1) | Illimitat |

8.Franza | Kollha barra l-Artikoli 16(1) u 30 (1) | Sal-31 ta' Diċembru 1992 |

9.Belġju, Greċja, Spanja, Irlanda, Italja, Olanda, Portugal | L-Artikoli 3(1) u 16 sa 44, barra l-Artikoli 16(1) u 30 (1) | Sal-31 ta' Diċembru 1992 |

10.Danimarka, Renju Unit | L-Artikoli 3(2) u 4 sa 15 | Illimitat |

L-Artikoli 3(1) u 16 sa 44, barra l-Artikoli 16(1) u 30 (1) | Sal-31 ta' Diċembru 1992 |

--------------------------------------------------