Official Journal L 091 , 06/04/1990 P. 0034 - 0035
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0120
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0120
Deċiżjoni tal-kummissjoni tat- 28 ta’ Marzu 1990 Dwar il-lista ta’ stabbilimienti fil-Madagascar approvati għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunita’ (90/165/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar l-ispezzjoni tal-problemi tas-saħħa u veterinarja dwar l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga u tal-majjal u tal-laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], hekk kif l-aħħar emendat permezz ta’ Direttiva 89/227/KEE [2], u b’mod partikulari l-Artikoli 4(1) u 18 (1) tagħha, Billi l-istabbilimenti tal-pajjiżi terzi ma jistgħux jiġu awtorizzati illi jesportaw laħam frisk lill-Komunità sakemm ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet speċjali u ġenerali imniżżla fid-Direttiva 72/462/KEE Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/576/KEE [3] ipprojbiet l-importazzjoni tal-laħam frisk li ġej mill-istabbilimenti tal-Madagascar;Minkejja illi sabiex ma jkunx hemm interruzzjoni f’daqqa tal-kummerċ eżistenti, l-importazzjonijiet inżammu sat- 30 ta’ Ġunju 1985; Billi wara iktar spezzjonijiet imexxija skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 72/462/KEE u l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/474/KEE dwar l-implimentazzjoni ta’ l-ispezzjonijiet f’waqthom li jsiru fir-rigward ta’ l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga u tal-majjal u tal-laħam frisk minn pajjiżi mhux membri [4] wera illi l-i standard ta’ l-iġjene f’żewġ stabbilimenti żdiedet u għalhekk ġiet meqjusa bħala sodisfaċenti; Billi l-istabbilimenti jistgħu, f’dawn iċ-ċirkostanzi, ikunu inklużi f’lista ta’ stabbilimenti awtorizzati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità u għalhekk id-Deċiżjoni 84/576/KEE għandha tiġi imħassra; Billi l-esportazzjoni tal-laħam frisk mill-istabbilimenti li jidhru fl-Anness jibqgħu suġġetti għad-disposizzjonijiet tal-Kummissjoni imniżżla postijiet oħra, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw is-saħħa ta’ l-annimali, u l-eżami tal-preżenza ta’ residwi Fil-laħam frisk, projbizzjoni ta’ l-użu ta’ ċertu sustanzi li fihom azzjoni ormonali fit-trobbija tal-annimali; Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI Artikolu 1 1. L-istabbilimenti fil-Madagascar li jidhru fl-Anness huma minn issa appruvati għall-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità skond l-istess l-Anness. 2. L-importazzjoni mill-istabbilimenti mniżżla fl-Anness għandhom jibqgħu suġġetti għad-disposizzjonijiet tal-Kummissjoni Veterinarja mniżżla x’imkien ieħor. Artikolu 2 L-Istati membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni ta’ laħam frisk li ġej minn stabbilimenti li mhux imniżżla fl-Anness. Artikolu 3 Id-Deċiżjoni 84/576/KEE hija imħassra. Artikolu 4 Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Marzu 1990. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 28. [2] ĠU L 93, tas-6.4.1989, pġ. 25. [3] ĠU L 15, tal-5.12.1984, pġ. 25. [4] ĠU L 279, tat-30.9.1986, pġ. 55. -------------------------------------------------- ANNESS LISTA TA' STABBILIMENTI Nru | Stabbiliment/Indirizz | Kategorija | SL | CP | CS | B | S/G | P | SP | SR | 16/26 | Biċċerija ta' Morondava, Morondava, Tulea | x | x | | x | | | | xx | 17/27 | Biċċerija Frigorifique de Majunga, Majunga | x | x | | x | | | | | --------------------------------------------------