Official Journal L 014 , 18/01/1990 P. 0022 - 0022
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Jannar 1990 li tirrigwarda l-konklużjoni finali, f'isem tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, tal-Ftehim Qafas għal koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika ta' l-Islanda (90/24/Euratom) IL-KUMMISSJONI TA' KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 miġjub fih, Billi l-Ftehim Qafas għal koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika ta' l-Islanda ġie ffirmat fit-30 ta' Ottubru 1989; Billi bid-Deċiżjoni tad-19 ta' Ġunju 1989, il-Kunsill approva dan il-Ftehim Qafas għall-għanijiet ta' konklużjoni finali mill-Kummissjoni f' isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika; Billi dan il-Ftehim Qafas għandu jiġi konkluż finalment f' isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika; ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim Qafas għal koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika ta' l-Islanda huwa finalment hawn hekk konkluż f isem tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. Artikolu 2 Il-President tal-Kummissjoni għandha tagħti n-notifika provvduta fl-Artikolu 12 tal-Ftehim Qafas f'isem il-Komunità Ewropeja dwar l'Atomika. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Jannar 1990. F' isem il-Kummissjoni Jacques Delors Il-President --------------------------------------------------