31989R3786



Official Journal L 367 , 16/12/1989 P. 0042 - 0042
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0246
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0246


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3786/89

tal-15 ta’ Diċembru 1989

li jawtorizza lill-Portugall jabolixxi d-dazji fuq l-importazzjoni tal-ġwież biż-żejt magħsur minnu minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u b’mod partikolari Artikolu 243(4) tiegħu,

Billi l-ewwel inċiż ta’ Artikolu 243(4)(a) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni jipprovdi illi l-Portugall jista’, fuq it-talba tiegħu, jabolixxi d-dazji tad-dwana fuq iż-żerriegħa taż-żejt, il-frott oljoġenu u l-prodotti mnissla minnu jew jersaq lejn l-allinjament tagħhom;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 566/87 [1] jawtorizza lill-Portugall li jissospendi parzjament id-dazji fuq il-ġwież biż-żejt magħsur minnu sal-31 ta’ Diċembru 1987; billi r-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 1692/88 [2] jipprovdi l-istess awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 1988; billi l-għan ta’ din il-miżura kien li jiffaċilita l-provista tal-ġwież biż-żejt magħsur minnu lill-industrija Portugiża tal-għalf; billi, minn dak in-nhar, il-fatturi li jiġġustifikaw din il-miżura baqgħu validi; billi l-Portugall talab awtorizzazzjoni sabiex jabolixxi, skond Artikolu 243 ta’ hawn fuq, id-dazji tad-dwana fuq il-ġwież biż-żejt magħsur minnu vis-à-vis il-pajjiżi terzi mill-1 ta’ Jannar 1890;

Billi l-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Portugall huwa hawnhekk awtorizzat li jabolixxi d-dazji li japplikaw għall-importazzjonijiet tal-ġwież biż-żejt magħsur minnu u fdalijiet oħra solidi li jidħlu fil-kodiċi tan-NM bin-numri 23040000, 23050000 u 2306, bl-eċċezzjoni tal-kodiċi tan-NM bin-numri 23069011 u 23069019, li joriġinaw u fl-Istati Membri l-oħra u li japplika d-dazji tat-Tariffa Komuni tad-Dwana fuq l-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti minn pajjiżi terzi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 1990.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Diċembru 1989.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 57, tas-27.2.1987, p. 17.

[2] ĠU L 151, tas-17.6.1988, p. 35.

--------------------------------------------------