Official Journal L 364 , 14/12/1989 P. 0054 - 0054
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0237
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0237
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3745/89 tat-13 ta’ Diċembru 1989 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2220/85 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ garanziji għal prodotti agrikoli IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomikà Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1491/85 tat-23 Mejju 1985 li jistabilixxi miżuri speċjali dwar il-fażola sojja [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2217/88 [2], u b’mod partokolari l-Artikolu 2(8) tiegħu, Billi l-ewwel Artikolu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru Nru 1181/87 [4], jirreferi għal Regolamenti agrikoli tal-Komunità li jeħtieġu li tingħata garanzija biex taċċerta il-ħlas ta’ somma dovuta jekk xi obbligazzjoni ma tkunx milħuqha; Billi la r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1491/8 u lanqas ir-regolament (KEE) Nu 2194/85 tal-25 ta’ Lulju 1985 li jaddotta regoli ġenerali dwar miżuri speċjali għall-fażola sojja [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1231/89 [6], minkejja l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ garanziji, huma msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85; billi, għalhekk, biex tkun assigurata l-interpretazzjoni uniformi li tkun tkopri wkoll l-imsemmija sistema, ir-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandu jkun imwettaq kif xieraq; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitati Amministrattivi relevanti, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 Fir-Regolament (KEE) Nru 2220/85, il-punt (g) segwenti huwa miżjud ma’ l-Artikolu 1: "(g) Ir-Regolament (KEE) Nru 1491/85 (fażola tas-soja) [7]." L- Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jseħħ wara dak li fih ikun ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Diċembru 1989. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 151, ta' l-10.6.1985, p. 15. [2] ĠU L 197, tas-26.7.1988, p. 11. [3] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5. [4] ĠU L 113, tat-30.4.1987, p. 31. [5] ĠU L 204, tat-2.8.1985, p. 1. [6] ĠU L 128, tal-11.5.1989, p. 24. [7] ĠU L 151, ta' l-10.6.1985, p. 15. --------------------------------------------------