Official Journal L 338 , 22/11/1989 P. 0007 - 0008
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0101
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0101
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3481/89 ta' l-20 ta' Novembru 1989 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa tad-Dwana Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3469/89 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura komuni annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati l-miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jippreskrivi r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura komuni u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita permezz ta' disposizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan li jiġu applikati ta' tariffi jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta' l-oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fl-ewwel kolonna tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati taħt il-kodiċi NM propizji indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3; Billi l-Kumitat tan-Nomenklatura ma tax l-opinjoni tiegħu fit-terminu stabbilit mill-president tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fl-ewwel kolonna tat-tabella annessa issa huma klassifikati fin-nomenklatura komuni skond il-kodiċi NM propizju indikat fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jobot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fl-20 ta' Novembru 1989. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 337, tal-21.11.1989, p. 5. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni tal-Kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | Irjus ta' l-awwista u l-partijiet t'isfel tagħha (subbassimenti) miksuba permezz tat-tneħħija tal-qoxra ta' fuq u tal-fwied, mismutin jew mgħollijin fl-ilma, imbagħad iffriżati. Dawn il-prodotti jintużaw fit-tħejjija ta' aljotti magħquda, zlazi u butir krustaċju | 03061290 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita skond id-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għal interpretazzjoni tan-nomenklatura komuni u permezz tal-kliem tal-kodiċi NM 0306, 030612 u 03061290, (ara wkoll in-noti spjegatorji HS, kapitolu 3, konsiderazzjonijiet ġenerali, l-ewwel subparagrafu). Il-kodiċi NM 0511 ma jistax jiġi kkunsidrat minħabba n-nota legali 1a tal-kapitolu 5 | --------------------------------------------------