31989R3471



Official Journal L 337 , 21/11/1989 P. 0008 - 0009
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0099
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0099


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3471/89

tas-17 ta' Novembru 1989

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3469/89 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura komuni annessa mar-Regolament imsemmi, huwa neċessarju li jiġu adottati l-miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura komuni u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita permezz ta' disposizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan li jiġu applikati tariffi jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tà l-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fl-ewwel kolonna tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati skond il-kodiċi NM propizji indikati fil-kolonna 2, għar-raġunijiet msemmija fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri pprovduti minn dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fl-ewwel kolonna tat-tabella annessa huma issa klassifikati fin-nomenklatura komuni skond il-kodiċi NM propizji indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fis-17 ta' Novembru 1989.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tal-7.9.1987, pġ. 1.

[2] Ara paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni tal-Kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Barżakka magħmula minn materjal minsuġ (100 % fibri sintetiċi) li magħha tkun ġiet meħjuta biċċa ħwejjeġ ħafifa ta' materjal minsuġ, bħal inċirata, li tista’ tintewa f'wieħed mit-tliet kompartamenti tal-barżakka | 42029291 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 3b u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura komuni kif ukoll mit-testi tal-kodiċi NM 4202 u 42029211.L-artikolu ma jistax jiġi kklassifikat fi ħdan il-Kapitolu 62 għaliex jintuża biss xi kultant bħala lbies |

--------------------------------------------------