31989R2403



Official Journal L 227 , 04/08/1989 P. 0030 - 0031
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0080
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0080


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2403/89

tal-31 ta' Lulju 1989

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistiċi u dwar it-Tariffa tad-Dwana Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1672/89 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura komuni annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati l-miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jippreskrivi r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura komuni u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita permezz ta' disposizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan li jiġu applikati tariffi jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta' l-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fl-ewwel kolonna tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċi NM propizji indikati fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri provduti minn dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fl-ewwel kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati fin-nomenklatura komuni skond il-kodiċi NM propizji indikata fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fil-31 ta' Lulju 1989.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1.

[2] ĠU L 169, tad-19.6.1989, pġ. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni tal-Kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

+++++ TIFF +++++

1.Ilbies ħafif, wiesgħa, innittjat (100 % tal-qoton), maħsub sabiex jgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem, u li jasal sal-ġenbejn, mingħajr għonq, bi skullatura tonda biċ-ċinta, li jinfetaħ parzjalment minn quddiem b'buttuna li taqfel minn fuq il-lemin għax-xellug, bi kmiem twal bil-komma.L-ilbies għandu keffa isfel u biċtejn suf triangulari b'linji mqabbża fil-ġenb (ara ritratt Nru 413) | 61061000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni, tan-nomenklatura komuni, minn Nota 4 tal-Kapitolu 61 kif ukoll mit-testi tal-Kodiċi NM 6106 u 61061000. Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tal-Kodiċi NM 6106 applikabbli għall-qomos innittjati u qomos tan-nisa. Il-klassifikazzjoni ta' dan l-ilbies bħala artikolu li jaqa’ taħt il-Kodiċi NM 6110 hija eskluża minħabba li l-biċtejn fil-qiegħ ma jissikkawx biżżejjed. |

+++++ TIFF +++++

2.Ilbies ħafif, bla kmiem, innittjat (100 % tal-qoton), maħsub sabiex jgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem, u li jasal sal-qadd, bla għonq, bi skullatura tonda u fonda li ma tinfetaħx minn quddiem.L-ilbies għandu keffa isfel u għandu biċtejn drapp innittjati u b'linja mqabbża nofs tond. L-iskollatura ta' l-għonq u tal-kmiem għandhom strixxi innittjati meħjutin magħhom (ara r-ritratt Nru 422) | 61091000 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura komuni, minn Nota 4 Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 61 kif ukoll mit-testi tal-Kodiċi NM 6109 u 61091000. Il-klassifikazzjoni ta' dan l-ilbies bħala artikolu li jaqa’ taħt il-Kodiċi NM 6110 hija eskluża minħabba li ż-żewġ biċċiet drapp fil-qiegħ ma jissikkawx. |

--------------------------------------------------