31989R2218



Official Journal L 211 , 22/07/1989 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0085
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0085


Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 2218/89

tat-18 ta’ Lulju 1989

li jemenda r-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jisstabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, magħmula wara li kienet miksuba l-opinjoni ta’ grupp ta’ esperti maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Anness mar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 [4] fih intestaturi għal-livelli massimi permissibbli f’oġġetti ta’ l-ikel u għalf;

Billi, madankollu, l-ebda livelli massimi ma ġew stabbiliti għal uħud minn dawk l-intestaturi sakemm tittieħed deċiżjoni mill-Kunsill fi stadju aktar tard wara li jkun twettaq xogħol addizzjonali prinċipalment minn esperti xjentifiċi;

Billi l-Kummissjoni issottomettiet żewġ komunikazzjonijiet lill-Kunsill fl-14 ta’ Ġunju u d-9 ta’ Diċembru 1988 rispettivament li kienu intenzjonati li jissuplimentaw l-Anness tar-Regolament hawn fuq imsemmi u kienu ġew abbozzati wara konsultazzjoni mal-grupp ta’ esperti msemmija fl-Artikolu 31 tat-Trattat;

Billi l-Anness ta’ dak ir-Regolament għandu għalhekk ikun issuplimentat;

Billi xi informazzjoni oħra fl-imsemmi l-Anness għandha wkoll tkun adottata fid-dawl tax-xogħol xjentifiku l-aktar riċenti f’dan il-qasam;

Billi għalhekk jidher li hu rakkomandabbli li jkunu kkonsolidati l-livelli u l-informazzjoni l-oħra fl-imsemmi l-Anness f’tabella waħda;

Billi jidher ukoll li huwa rakkomandabbli, la darba aktar xogħol jeħtieġ li jitwettaq, li jkun stipulat li l-proċedura li hemm provdut dwarha fl-Artikolu 7 tar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 għandha wkoll tkun tapplika għall-istabbilizzazzjoni ta’ livelli massimi permissibbli għal għalf; billi dak ir-Regolament għandu jkun issupplimentat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 huwa hawnhekk mibdul bl-Anness t’hawnhekk.

Artikolu 2

L-Artikolu 7 tar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 huwa hawnhekk mibdul b’li ġej:

"Artikolu 7

Regoli għal applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, lista ta’ oġetti ta’ ikel minuri flimkien ma’ livelli massimi li għandhom ikunu applikati għalihom, u l-livelli massimi għall-għalf għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68, li għandu japplika b’analoġija. Għal dan il-għan għandu jiġi stabbilit Kumitat ad hoc."

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Lulju 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Dumas

[1] ĠU C 174, tat-2.7.1987, pġ. 6

[2] ĠU C 13, tat-18.1.1988, pġ. 61

[3] ĠU C 180, tat-8.7.1987, pġ. 20.

[4] ĠU L 371, tat-30.12.1987, pġ. 11.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS

LIVELLI MASSIMI PERMISSIBBLI GĦAL OĠĠETTI TA’ L-IKEL U GĦALF (Bq/Kg)

| Oġġetti ta’ l-ikel | Għalf |

Ikel tat-trabi | Prodotti tal-ħalib | Oġġetti oħra ta’ l-ikel ħlief oġġetti minuri ta’ l-ikel | Oġġetti likwidi ta’ l-ikel |

Iżotopi ta’ strontium, l-aktar Sr-90 | 75 | 125 | 750 | 125 |

Iżotopi ta’ l-jodju, l-aktar I-131 | 150 | 500 | 2000 | 500 | |

Iżotopi ta’ elementi tal-plutonju u tat-trans-plutonjuli jarmu-Alpha, l-aktar Pu-239, Am-241 | 1 | 20 | 80 | 20 | |

In-nuklidi l-oħra kollha li għandhom nofs ħajja akbar minn 10t’ijiem, l-aktar Cs-134, Cs-137 | 400 | 1000 | 1250 | 1000 | |

"

--------------------------------------------------