Official Journal L 203 , 15/07/1989 P. 0023 - 0024
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0242
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0242
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2123/89 tal-14 ta’ Lulju 1989 li jistabilixxi lista tas-swieq rappreżentattivi għall-laħam tal-majjal fil-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 t’Ottubru 1975 fuq l-organiżżazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1249/89 [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 4(6) tiegħu, Billi l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 jipprovdi għad-determinazzjoni għall-prezz tal-majjal maqtul fis-suq tal-Komunità minn prezzijiet miżmuma fis-swieq rappreżentattivi; Billi, sabiex dan il-provvediment ikun jista’ jiġi applikat, lista ta’ swieq rappreżentattivi għandha tiġi mħejjija; billi riferenza għandha tiġi magħmula fl-iffissar tal-prezzijiet ta’ karkassi tal-majjali għal kwotazzjonijiet ottenuti b’mod dirett mis-swieq jew mill-biċċeriji kif ukoll kwotazzjonijiet stabbiliti f’ċentri tal-kwotazzjoni u li fil-kollettività tagħhom jiffurmaw suq rappreżentattiv għal kull Stat Membru; Billi fil-Ġermanja, fid-Danimarka, fi Franza, fl-Olanda u fir-Renju Unit il-prezzijiet imħallsa mill-biċċeriji pubbliċi u privati huma magħrufa minn ċentru ta’ kwotazzjoni wieħed jew aktar għar-reġjuni varji; billi fl-Italja, fl-Irlanda u fil-Lussemburgu, il-prezzijiet huma direttament rekordjati fl-iktar postijiet importanti għall-bejgħ, waqt li fil-Belġju u fl-Ispanja il-kwotazzjonijiet huma stabbiliti mill-medja ta’ bejn il-kwotazzjonijiet innotati fis-swieq u fil-biċċeriji minn naħa waħda u fiċ-ċentri ta’ kwotazzjoni minn naħa l-oħra; Filwaqt li l-iskop ta’ dan ir-Regolament hu li jieħu post il-lista stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 43/81 ta’ l-1 ta’ Jannar 1981 li jistabbilixxi l-lista tas-swieq rappreżentattivi għall-laħam tal-majjal fil-Komunità [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 3553/88 [4]. Billi l-miżuri li provvduti għalihom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Laħam tal-Majjal, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Is-swieq rappreżentattivi skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 għandhom ikunu s-swieq elenkati fl-Anness ta’ hawn. Artikolu 2 Riferenzi għar-Regolament (KEE) Nru 43/81, għandhom jiġu mfissra bħala riferenzi għal dan ir-Regolament. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropei. Għandu japplika b’mod effettiv mill-1 ta’ Lulju 1989. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Lulju 1989. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1. [2] ĠU L 129, tal-11.5.1989, p. 12. [3] ĠU L 3, ta’ l-1.1.1981, p. 15. [4] ĠU L 311, tas-17.11.1988, p. 4. -------------------------------------------------- L-ANNESS Lista tas-swieq rappreżentattivi għall-laħam tal-majjal fil-Komunità 1.Iċ-ċentru ta' kwotazzjoni segwenti: | Anderlecht | u | | l-grupp ta' swieq segwenti: | Genk, Lokeren, Herve | 2.Iċ-ċentru ta' kwotazzjoni segwenti: | Copenhagen | 3.Il-grupp segwenti ta' ċentri ta' kwotazzjoni: | Kiel, Hamburg, Bremen, Hannover, Oldenburg, Muenster, Duesseldorf, Trier, Frankfurt am Main, Stuttgart, Nuernberg, Muenchen | 4.Il-grupp segwenti ta' ċentri ta' kwotazzjoni: | Ebro, Mercolrida, Mercovélez, Segovia, Segura, Silleda | u | | l-grupp ta' swieq segwenti: | Murcia, Barcelona, Burgos, Fuenteovejuna, Lugo, Pozuelo de Alarcon, Alhama de Murcia, Mollerusa, Calamocha, Segovia, Olvega | 5.Il-grupp segwenti ta' ċentri ta' kwotazzjoni: | Rennes, Lyon, Nantes, Clermont-Ferrand, Bordeaux, Caen, Lille, Toulouse, Metz, Orléans | 6.Il-grupp segwenti ta' ċentri ta' kwotazzjoni: | Alexandroupolis, Serres, Ioannina, Larissa, Chalkis, Pyrgos, Heraklion | 7.Il-grupp segwenti ta' swieq: | Cavan, Rooskey, Roscrea, Tralee u Mitchelstown | 8.Il-grupp segwenti ta' swieq: | Milano, Cremona, Mantova, Modena, Parma, Reggio Emilia, Macerata/Perugia | 9.Il-grupp segwenti ta' swieq: | Il-Lussemburgu, Esch | 10.Iċ-ċentru ta' kwotazzjoni segwenti: | Copenhagen | 11.Iċ-ċentru ta' kwotazzjoni ta' Bletchley għall-grupp ta' reġjuni segwenti: | l-Iskozja, L-Irlanda ta' Fuq, Wales u l-Punent ta' l-Ingilterra, l-Ingilterra ta' Fuq, L-Ingilterra tal-Lvant | --------------------------------------------------