Official Journal L 196 , 12/07/1989 P. 0018 - 0018
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0060
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0060
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 2067/89 tal-11 ta' Lulju 1989 li tistabbilixxi d-data ta' l-implimentazzjoni fil-Komunità tas-sistema ta' ċertifikati ta' oriġini provdut fil-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 1983, meta jkunu sospiżi l-kwoti IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 678/87 tas-26 ta' Jannar 1987 fuq l-applikazzjoni tas-sistema ta' ċertifikati ta' oriġini provduti skond il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 1983 [1], u partikolarment Artiklolu 4 tiegħu, Billi l-Kunsill ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè iddeċieda fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Lulju 1989 biex jissospendi l-kwoti mill-4 ta' Lulju 1989; Billi huwa għalhekk xieraq li jkunu implimentati d-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 1983, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 678/87 għandhom japplikaw mill-4 ta' Lulju 1989. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fil-11 ta' Lulju 1989. F'isem il-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 69, tat-12.3.1987, p. 1. --------------------------------------------------