31989R2054



Official Journal L 195 , 11/07/1989 P. 0014 - 0016
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0205
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0205


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2054/89

ta’ l-10 ta’ Lulju 1989

li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ prezzijiet minimi għall-importazzjoni ta’ l-għeneb niexef.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 ta’ l-24 ta’ Frar 1986 fuq l-organiżżazzjoni komuni tas-suq fi prodotti pproċessati mill-ħaxix u l-frott [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1125/899 [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra r- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1676/85 tal-11 ta’ Ġunju 1985 fuq il-valuta monetarja u r-rati tal-kambju li għandhom jiġu mplimentati għal raġunijiet tal-politika agrikola komuni [3], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 1636/87 [4], u b’mod partikulari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Billi l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KEE) Nru 426/86 jipprovdi għall-applikazzjoni ta’ prezz minimu għall-importazzjoni ta’ xi prodotti elenkati fl-Anness I, parti B ta’ dak ir-Regolament; filwaqt li r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2089/85 [5] jistipula regoli ġenerali li għandhom x’jaqsmu mas-sistema ta’ prezz minimu għall-importazzjoni tal-għeneb niexef;

Billi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din is-sistema għandhom jiġu determinati; filwaqt li l-skop ta’ regoli bħal dawn għandu jkun li jwaqqfu negozjanti milli jevadu l-osservanza tal-prezzijiet minimi permezz ta’ drawwiet qarrieqa li huma diffiċli li wieħed jiskoprihom u jiġġildilhom b’mod effettiv; filwaqt li drawwiet qarrieqa bħal dawn jista’ jkollhom konsegwenzi serji għas-suq tal-Komunità fejn jidħlu l-prodotti in kwistjoni, u n-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi kompensatorji li jirrżultaw joħloq telf konsiderevoli fejn jidħlu riżorsi tal-budget;

Billi sabiex tiġi prevenuta l-frodi u l-konsegwenzi ta’ ħsara għas-suq ta’ l-għeneb niexef in kwistjoni, sistemi ta’ kontrolli tad-dwana sostanzjalment imsaħħa għandhom jiġu stabbiliti; filwaqt li l-awtoritajiet tad-dwana nazzjonali għandhom jivverifikaw jekk il-prezz minimu għall-importazzjoni huwiex osservat ma’ kull kunsinja u, fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ osservazzjoni lejn dak il-prezz jimponu ċifra dovuta li hija ffissata b’riferenza lejn skala ta’ prezzijiet ta’ importazzjoni;

Billi, madanakollu, l-iskop ewlieni għal sistema ta’ prezzijiet minimi għall-importazzjoni huwa li jiggarantixxi li l-prodotti mit-tielet dinja ma jħarbtux is-suq tal-Komunità minħabba li l-prezzijiet li bihom qegħdin jiġu offruti huma baxxi wisq; filwaqt li l-istess l-osservanza tal-prezz minimu għall-importazzjoni għandu konsegwentement jiġi vverifikat sa l-istadju tal-bejgħ; filwaqt li għandu jkun hemm riferenza, bħala turija ta’ l-osservazzjoni tal-prezz minimu għall-importazzjoni, lejn dokumenti li jistabbilixxu l-prezz għal bejgħ mill-ġdid;

Billi r-riskji ta’ prezzijiet għall-importazzjoni iddikjarati b’mod qarrieqi huma għoljin; billi proċedura speċjali għandha għalhekk tiġi mwaqqfa biex taħdem fuq każijiet sospetti ta’ dikjarazzjonijiet foloz;

Billi f’każijiet fejn il-prezz minimu għall-importazzjoni ma kienx, infatti, osservat, għandha tiġi assigurata l-ġbir taxxa kompensatorja; billi b’dak il-għan il-prodotti jistgħu jitħallew jidħlu skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/695/KEE [6], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 81/853/KEE [7] u l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 82/857/KEE [8], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 83/371/KEE [9]; filwaqt li l-importatur għandu jforni prova tal-konformità mal-prezz minimu; filwaqt li żmien limitat għall-forniment ta’ l-istess prova għandu wkoll jiġi speċifikat;

Billi huwa wkoll neċessarju li jiġu ntrodotti tfittxijiet a posteriori fuq l-importi: billi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom iwettqu tfittxijiet bl-addoċċ fuq xi 10 % mill-kunsinji mportati; filwaqt li n-neguzjanti għandhom jiġu meħtieġa li jżommu d-dokumenti rilevanti għal perijodu speċifiku, bil-għan li jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti; billi dan il-perijodu għandu jkun limitat għal tlett snin wara s-sena li fiha d-dikjarazzjoni għall-ħelsien ta’ ċirkulazzjoni libera kienet aċċettata;

Billi l-Kummissjoni għandha tiġi nfurmata fuq it-tfittxijiet magħmula għall-verifikazzjoni ta’ l-osservazzjoni tal-prezzijiet minimi għall-importazzjoni;

Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Komunità għall-Prodotti Pproċessati mill-Haxix u l-Frott ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stipulat mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Prinċipji u definizzjonijiet

Artikolu 1

Il-prezz minimu għall-importazzjoni ta’ l-għeneb niexef għandu jiġi maħsub li jkun rispettat meta l-prezz għall-importazzjoni m’huwiex inqas mill-prezz minimu għall-importazzjoni applikabbli fil-ġurnata li fiha d-dikjarazzjoni għall-ħelsien għal ċirkulazzjoni libera hija aċċettata.

Artikolu 2

1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, il-fatturi li ġejjin għandhom jikkostitwixxu l-prezz għall-importazzjoni:

(a) il-prezz fob fil-pajjiż ta’ oriġini; u

(b) spejjeż ta’ assigurazzjoni u trasport għall-iskop ta’ ntroduzzjoni fit-territorju tad-dwana tal-Komunità.

2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, ‘il-prezz fob’ ifisser il-prezz fuq il-post imħallas jew li għandu jitħallas għall-kwantità ta’ prodotti miżmuma fil-kunsinja, li jinkludi l-ispiża biex il-kunsinja tiġi ġini mqiegħda fuq meżż ta’ trasport fil-post ta’ tagħbija fil-pajjiż ta’ oriġini u spejjez oħra li jintlaħħqu f’dak il-pajjiż. Il-prezz fob ma jinkludix l-ispiża ta’ kwalunkwe servizzi li jkun a karigu tal-bejjiegħ minn x’ħin il-prodotti jiġu meħuda abbord il-meżż ta’ trasport.

3. Fejn jinstab li l-prezzijiet fuq bejgħ mill-ġdid, b’mod dirett jew permezz ta intermedjarji kummerċjali, huma aktar minn 15 % inqas mill-prezz minimu għal kunsinja mportata, l-medja weighted ta’ dawk il-prezzijiet għandha tiġi meqjusa bħala l-prezz minimu għall-importazzjonijiet.

4. Meta l-fatturi msemmija fil-paragrafu 1 huma megħquda f’munita ta’ oħra minn dik tal-Pajjiż Membru li fih il-prodotti huma meħlusa għall-ċirkulazzjoni libera, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/85 [10] fuq ir-rati tal-kambju li għandhom jintużaw fid-determinazzjoni tal-valur tad-dwana għandu japplika.

5. Il-prezz għall-importazzjoni għandu jintwera fid-dikjarazzjoni għall-ħelsien għal ċirkulazzjoni libera.

6. L-utent aħħari, għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun jew manifattur li juża l-prodott imsemmi bil-għan li jipproċessah fi prodott ieħor li huwa skond il-kodiċi tal-KN xort’oħra minn dawk murija fid-dikjarazzjoni għall-ħelsien għal ċirkulazzjoni libera, jew bejjiegħ bl-imnut li jbigħ b’mod esklussiv lill-konsumaturi.

7. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, kunsinja mportata għandha tkun magħmula mill-prodotti kollha li huma s-suġġett ta’ l-istess dikjarazzjoni kollha kemm hi ta’ ħelsien għall-ċirkulazzjoni libera.

Artikolu 3

Il-prezz minimu għall-importazzjoni għandu jiġi aġġustat minn koeffiċjent monetarju meqjus b’tali mod li jikkonverti dak il-prezz bir-rata tal-kambju medja użata fit-twaqqif jew l-alterazzjoni ta’ l-ammonti monetarji ta’ kumpens.

Kontroll u taxxi fuq l-importazzjoni

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom, kull meta dikjarazzjoni għall-ħelsien għal ċirkulazzjoni libera hija aċċettata, jikkumparaw il-prezz ta’ l-importazzjoni dikjarat mall-prezz minimu għall-importazzjoni applikabbli għall-merkanzija fil-ġurnata li fiha d-dikjarazzjoni hija aċċettata.

Meta l-prezz muri fuq il-fattura huwa għal pagament differit għal perijodu li jeċċedi t-tlett xhur, il-prezz muri fuq il-fattura għandu jiġi mnaqqas b’1 % għal kull xahar ta’ differiment mogħti barra dawk it-tlett xhur.

Artikolu 5

Fejn il-prezz għall-import huwa inqas mill-prezz minimu għall-importazzjoni applikabbli għall-merkanzija, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jiċċarġjaw taxxa kompensatorja ffissta b’riferenza lejn skala ta’ prezzijiet għall-importazzjoni.

Proċedura speċjali ta’ kontroll

Artikolu 6

1. Meta l-awtoritajiet tad-dwana għandhom dubji validi li l-prezz li jidher fid-dikjarazzjoni għall-ħelsien għal ċirkulazzjoni libera jirrifletti l-prezz għall-importazzjoni attwali, dawn għandhom jinħtieġu l-importatur li jforni fi żmien sitt xhur prova li l-prodott ġie mibjugħ skond kondizzjonijiet li jassikuraw li l-prezz minimu għall-importazzjoni kien osservat, mingħajr preġudizzju lejn l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 13 tad-Direttiva 79/695/KEE u l-Artikolu 20 tad-Direttiva 82/57/KEE.

2. Iż-żmien limitat mqiegħed fil-paragrafu 1 jista’ jiġi estiż mill-awtorità kompetenti bi tlett xhur l-iktar wara applikazzjoni ġustifikata mill-operatur kif xieraq.

Artikolu 7

1. Il-prezz minimu għall-importazzjoni għandu jiġi meqjus li jkun osservat jekk l-importatur iforni prova fejn jidħlu mqar 95 % tal-kunsinja mportata li l-prodott ġie mibjugħ lill-utent aħħari mingħajr aktar pproċessar, wara li ġie ppakkjat, b’mod dirett jew permezz ta’ intermedjarji kummerċjali bi prezz għall-inqas ekwivalenti għall-prezz minimu għall-importtazzjoni.

2. Jekk il-prova mill-utent aħħari ma tistax tiġi ppreżentata minkejja l-passi kollha meħudha mill-importatur, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaċċettaw provi oħra li juru li l-prodott kien mibjugħ skond kondizzjonijiet li jindikaw li l-prezz minimu ġie osservat.

3. L-applikazzjoni għall-proċedura ta’ kontroll speċjali għandha tkun mingħajr preġudizzju lejn it-tfittxijiet a posteriori msemmija fl-Artikoli 8, 9 u 10.

Tfittxijiet a posteriori

Artikolu 8

L-importatur għandu jżomm disponibbli għall-eżami mill-awtoritajiet kompetenti, bi skop ta’ tfittxijiet a posteriori, turija ta’ pagament lill-bejjiegħ u d-dokumenti kummerċjali kollha bħal fatturi, kuntratti u korrispondenza li tikkonċerna x-xiri u l-bejgħ tal-prodotti msemmija għal mill-inqas tlett snin wara s-sena li fiha d-dikjarazzjoni għall-ħelsien għal ċirkulazzjoni libera kienet aċċettata.

Artikolu 9

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu tfittxijiet bl-addoċċ.

2. It-tfittxijiet għandhom jitwettqu kull sena fuq xi 10 % mill-kunsinni mportati.

Artikolu 10

Meta, matul tfittxija, l-awtoritajiet kompetenti jsibu li l-prezz minimu ma ġiex osservat, dawn għandhom jiċċarġjaw taxxa kompensatorja imnaqqsa b’kwalunkwe ammont diġa mħallas bħala taxxa kompensatorja.

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni darba f’sena, qabel it-tmiem ta’ l-ewwel sitt xhur, fuq it-tfittxijiet magħmula fis-sena preċedenti biex jivverifikaw l-osservanza tal-prezzijiet minimi għall-importazzjoni.

Artikolu 12

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2237/85 [11] huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 13

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tmien ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Lulju 1989.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 49, tas-27.2.1986, p. 1.

[2] ĠU L 118, tad-29.4.1989, p. 29.

[3] ĠU L 164, ta’ l-24.6.1985, p. 1.

[4] ĠU L 153, tat-13.6.1987, p. 1.

[5] ĠU L 197, tas-27.7.1985, p. 10.

[6] ĠU L 205, tat-13.8.1979, p. 19.

[7] ĠU L 319, tas-7.11.1981, p. 1.

[8] ĠU L 28, tal-5.2.1982, p. 38.

[9] ĠU L 204, tat-28.7.1983, p. 63.

[10] ĠU L 168, tat-28.6.1985, p. 21.

[11] ĠU L 209, tas-6.8.1985, p. 24.

--------------------------------------------------